Dar

 
L-aħħar aħbarijiet
 
Titilfuhix
 
Science and Technology Options Assessment - Annual Report 2012

Parliament's unit for Science and Technology Options Assessment (STOA) mainly assesses the impact of introducing new technologies and identifies the best possible options for action, from a technological point of view. In 2012, STOA focused on eco-efficient transport, sustainable management of natural resources, security of the Internet, e-Government, cloud computing and social networks.
 
 
 
 
 

 
Għal aktar informazzjoni
 
 
Preżentazzjoni u kompetenzi
 
Kumitat responsabbli:
  1. għall-operat u l-iżvilupp tal-politika agrikola komuni;
  2. għall-iżvilupp rurali, inklużi l-attivitajiet ta' l-istrumenti finanzjarji rilevanti;
  3. għal-leġiżlazzjoni dwar:
    1. kwistjonijiet veterinarji u li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti u ma' l-għalf kompost, kemm-il darba dawn il-miżuri ma jkunux intiżi sabiex titħares s-saħħa tal-bniedem,
    2. it-trobbija u l-benesseri ta' l-annimali;
  4. għat-titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli;
  5. għall-provvista ta' materja prima għall-agrikoltura;
  6. għall-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti;
  7. għall-foresti.
 
Xandiriet tal-ġurnata
 
L-ebda xandira llum  
Librerija Multimidja
 
Merħba bik għand il-COMAGRI!
 
 

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (COMAGRI) huwa responsabbli, qabel xejn, li jeżamina l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea u jemendahom jekk ikun hemm bżonn, huwa u jħejji r-rapporti dwar l-agrikoltura li l-Parlament Ewropew imbagħad jadottahom f'seduta plenarja. Għandu 45 membru, u l-istess għadd ta' membri sostituti, ilkoll entużjasti. Ħafna minnhom fil-fatt għandhom rabtiet intimi ħafna mal-agrikoltura, minħabba l-oriġini tagħhom jew inkella minħabba responsabbiltajiet li kellhom fl-imgħoddi.
 
Il-kompiti tal-Kumitat tagħna huma aktar importanti minn qatt qabel, minħabba li l-Parlament Ewropew, wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, għandu s-setgħa ta' kodeċiżjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK), flimkien mal-Kunsill tal-ministri tal-agrikoltura.
 
Nistednuk iddur is-sit tagħna, fejn issib – bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea – it-tagħrif kollu meħtieġ biex tkun tista' ssegwi xogħolna (tista' tara l-laqgħat tagħna bil-"webstreaming", tniżżel abbozzi ta' rapporti u dokumenti oħra tal-laqgħat tagħna, tifli l-aġenda u l-kalendarju tal-ħidmiet, taqra informazzjoni dwar il-membri tagħna u dettalji ta' kuntatt tagħhom, eċċ.).
 
Paolo De Castro,
President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali