Huwa pjaċir kbir għalija li nilqgħak fil-paġni onlajn tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT). Dan il-websajt hu mfassal biex iċ-ċittadin ikun jista' jsegwi xogħolna.
Il-CONT jeżamina kif jintefaq il-Baġit tal-UE, kemm qed jintlaħqu sew l-objettivi u jekk il-programmi humiex joffru riżultati tajba għall-flus li jintefqu fuqhom, u jiżgura li l-flus tal-Ewropej li jħallsu t-taxxi jintefqu b'mod effiċjenti, effettiv u skont il-liġi tal-UE. F'dan il-kuntest, il-Kumitat jikkollabora mill-qrib mal-Qorti tal-Awdituri u jissuġġerixxi titjib fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifiki tal-Qorti sabiex jiżgura ġestjoni finanzjarja soda.
Barra minn hekk, il-CONT jikkollabora wkoll mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex isaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni rigward il-Baġit tal-UE.
L-istrument prinċipali li għandu l-CONT huwa l-proċedura ta' "kwittanza". Tul din il-proċedura l-CONT jiskrutinizza l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE mis-setturi kollha involuti, jiġifieri, inter alia, il-Kummissjoni, il-Parlament, u istituzzjonijiet u aġenziji oħra.
Jekk jinteressak kif nirrealizzaw fil-prattika t-teorija, nissuġġerilek tara r-rapporti tagħna. Tista' wkoll tara xandiriet diretti tal-laqgħat tagħna u tagħti daqqa t'għajn lid-diversi links fuq din il-paġna, li għandhom ituk stampa iktar ċara tax-xogħol tal-CONT.
Taħsibhiex darbtejn biex tikkuntattjana dwari kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok.
Michael Theurer