Kumitat responsabbli:
1. għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Liġi Ewropea, għall-qbil ta' l-atti ta' l-Unjoni Ewropea mal-leġiżlazzjoni primarja, b'mod partikulari l-għażla tal-bażi legali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
2. għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, għal dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea;
3. għas-simplifikazzjoni tal-liġi Ewropea, b'mod partikulari l-proposti leġiżlattivi għall-kodifikazzjoni uffiċjali tagħha;
4. għall-protezzjoni legali tad-drittijiet u l-prerogattivi tal-Parlament, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Parlament f'kawżi miftuħa fil-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti tal-Prim' Istanza;
5. għall-atti Komunitarji li jaffettwaw il-liġijiet ta' l-Istati Membri, b'mod partikulari fl-oqsma:
(a) tal-liġi ċivili u kummerċjali,
(b) tal-liġi dwar il-kumpaniji,
(c) tal-liġi dwar il-proprjetà intellettwali,
(d) tal-liġi proċedurali;
6. għall-miżuri rigward il-koperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva fil-qasam ċivili;
7. għar-responsabbiltà ambjentali u għas-sanzjonijiet applikabbli għal delitti kontra l-ambjent;
8. għall-kwistjonijiet etiċi li għandhom x'jaqsmu ma' teknoloġiji ġodda, bl-applikazzjoni tal-proċedura b'kumitati assoċjati mal-kumitati rilevanti;
9. għall-Istatut tal-Membri u għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej;
10. għall-privileġġi u l-immunitajiet, kif ukoll għall-verifika tal-kredenzjali tal-Membri;
11. għall-organizzazzjoni u għall-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;
12. għall-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.