Avvenimenti

Avvenimenti

 
Mode d'affichage des résultats
 

Seduti ta' smigħ, Skond l-Artikolu 193 tar-Regoli ta’ Proċeduri, kumitat jista’ jorganizza seduta ta' smigħ ma’ esperti, meta dan jitqies essenzjali għal xogħolu fuq suġġett partikolari. Is-seduti ta' smigħ jistgħu jsiru b’mod konġunt minn żewġ kumitati jew aktar. Il-biċċa l-kbira tal-kumitati jorganizzaw seduti ta' smigħ regolari, peress li jippermettulhom jisimgħu mingħand l-esperti u jkollhom diskussjonijiet fuq kwistjonijiet fundamentali. F’din il-paġna għandek issib l-informazzjoni kollha disponibbli li għandha x’taqsam mas-seduti ta' smigħ tal-kumitati, inkluż programmi, posters u kontributi mill-kelliema.

AFCO

Affarijiet Kostituzzjonali

04-12-2014

The reform of the European electoral law

  • common.download.document Programme

  • common.download.document Poster

  • common.download.document Contributions by Andrew Duff
 
Xandiriet tal-ġurnata
 
L-ebda xandira llum  
Librerija Multimidja
 
Kelmtejn ta' merħba
 
 

Nilqgħuk fis-sit tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali.
 
Il-leġiżlatura 2014-2019 se tiffoka fuq l-aspetti istituzzjonali li jiddeterminaw il-ġejjieni tal-UE. Se nibqgħu nevalwaw l-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, u se nużaw din l-evalwazzjoni bħala bażi għal żviluppi ġodda. L-evalwazzjoni ta' miżuri meħuda wara l-kriżi tal-2008 se twassal ukoll sabiex inqisu jekk hijiex meħtieġa jew le riforma ġdida tat-Trattat. L-għan ta' tali riforma jkun doppju: l-integrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabilità, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja fil-qafas ġuridiku tal-UE, li jista' jirrikjedi emendi għat-trattati, u l-għoti ta' leġittimità demokratika lill-governanza ekonomika taż-żona tal-euro. Sfida waħda se tkun l-iżgurar li integrazzjoni iktar b'saħħitha taż-żona tal-euro ma tipperikolax l-integrità tal-UE.
 
It-tiġdid tal-fiduċja pubblika fil-proġett Ewropew jirrikjedi li tingħata iktar attenzjoni lit-tħassib taċ-ċittadini. L-AFCO se jiżgura li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, istanza għall-involviment taċ-ċittadini fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet imnedija tul il-leġiżlatura preċedenti, titħaddem kif xieraq. Il-proċedura elettorali, l-implimentazzjoni tal-istatut il-ġdid għall-partiti politiċi Ewropej u kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali wkoll se jkunu fuq l-aġenda. L-għan tagħna se jkun li nagħtu spinta lid-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-UE.
 
Danuta Hübner, President