Avvenimenti

Avvenimenti

 
Mode d'affichage des résultats
 
 

L-ebda avveniment disponibbli

 
Xandiriet li jmiss
 
Librerija Multimidja
 
Merħba fil-Kumitat AGRI!
 
 

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) hu responsabbli mill-iskrutinju tal-ħidma tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-politika agrikola. Prinċipalment dan jinvolvi t-tħejjija ta' rapporti għal proposti leġiżlattivi għal adozzjoni fil-plenarja, skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill.
 
Is-setgħat u r-responsabilitajiet tal-Kumitat tagħna jinkludu l-oqsma ta' politika li ġejjin: il-Politika Agrikola Komuni (PAK), is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, il-kwalità tal-prodotti agrikoli, il-forestrija u l-agroforestrija.
 
B'żieda mal-ħidma leġiżlattiva tiegħu, il-Kumitat tagħna jissorvelja ukoll l-implimentazzjoni tal-PAK, u kwistjonijiet importanti oħrajn bħas-sigurtà tal-ikel. F'dan ir-rigward, il-Kumitat jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Kunsill, mal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE, u mal-partijiet interessati.
 
Il-Kumitat AGRI għandu 45 membru sħiħ u 45 membru sostitut, li kollha kemm huma huma impenjati ħafna f'ħidmiethom.
 
Il-websajt tagħna toffri ħafna aktar informazzjoni, fil-lingwi kollha tal-UE, li tippermettielek issegwi l-ħidma tagħna: aġendi tal-laqgħat, xandiriet diretti fuq l-internet(live webstreaming) tal-laqgħat tagħna, rapporti u emendi, profili tal-MPE u dettalji ta' kuntatt, eċċ. Nixtieqlek żjara pjaċevoli!
 
Czesław Adam Siekierski
President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali