Membri

 

Membri

Paolo DE CASTRO President Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew l-Italja Partito Democratico
 
Czesław Adam SIEKIERSKI Viċi President Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) il-Polonja Polskie Stronnictwo Ludowe
 
José BOVÉ Viċi President Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea Franza Europe Écologie
 
Janusz WOJCIECHOWSKI Viċi President Grupp tal-Konservattivi u Riformisti Ewropej il-Polonja Prawo i Sprawiedliwość
 
Marit PAULSEN Viċi President Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa l-Isvezja Folkpartiet liberalerna
 
John Stuart AGNEW Membru Grupp għall Ewropa ħielsa u demokratika ir-Renju Unit United Kingdom Independence Party
 
Eric ANDRIEU Membru Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew Franza Parti socialiste
 
Liam AYLWARD Membru Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa l-Irlanda Fianna Fáil Party
 
Luis Manuel CAPOULAS SANTOS Membru Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew il-Portugall Partido Socialista
 
Vasilica Viorica DĂNCILĂ Membru Grupp tal-Allejanza Progressiva tas-Socjalisti u d-Demokratici fil-Parlament Ewropew ir-Rumanija Partidul Social Democrat
 
 
Xandiriet tal-ġurnata
 
L-ebda xandira llum  
Librerija Multimidja
 
Merħba bik għand il-COMAGRI!
 
 

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (COMAGRI) huwa responsabbli, qabel xejn, li jeżamina l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea u jemendahom jekk ikun hemm bżonn, huwa u jħejji r-rapporti dwar l-agrikoltura li l-Parlament Ewropew imbagħad jadottahom f'seduta plenarja. Għandu 45 membru, u l-istess għadd ta' membri sostituti, ilkoll entużjasti. Ħafna minnhom fil-fatt għandhom rabtiet intimi ħafna mal-agrikoltura, minħabba l-oriġini tagħhom jew inkella minħabba responsabbiltajiet li kellhom fl-imgħoddi.
 
Il-kompiti tal-Kumitat tagħna huma aktar importanti minn qatt qabel, minħabba li l-Parlament Ewropew, wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, għandu s-setgħa ta' kodeċiżjoni dwar il-Politika Agrikola Komuni (PAK), flimkien mal-Kunsill tal-ministri tal-agrikoltura.
 
Nistednuk iddur is-sit tagħna, fejn issib – bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea – it-tagħrif kollu meħtieġ biex tkun tista' ssegwi xogħolna (tista' tara l-laqgħat tagħna bil-"webstreaming", tniżżel abbozzi ta' rapporti u dokumenti oħra tal-laqgħat tagħna, tifli l-aġenda u l-kalendarju tal-ħidmiet, taqra informazzjoni dwar il-membri tagħna u dettalji ta' kuntatt tagħhom, eċċ.).
 
Paolo De Castro,
President tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali