Fl-ewwel sena tal-mandat tiegħu, il-Kumitat CRIS iffoka fuq analiżi dwar il-kawżi u l-konsegwenzi tal-kriżi, l-effetti ħżiena tan-nuqqas ta' azzjoni, u modi possibbli kif negħlbu l-kriż u ma nħallux li tirrepeti ruħha.
Permezz ta' diversi avvenimenti, fosthom seduti ta' smigħ pubbliku u laqgħat ta' ħidma, skambji ta' fehmiet, diskussjonijiet dwar dokumenti tematiċi, żjajjar ta' delegazzjonijiet u xogħol investigattiv u analitiku sod, il-Kumitat CRIS ħadem mhux biss biex jidentifika oqsma ewlenin għal azzjoniji aktar koordinata, imma wkoll biex jagħmel rakkomandazzjonijiet politiċi konkreti.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet politiċi konkreti jinsabu fir-riżoluzzjoni CRIS, li s-seduta plenarja adottatha f'Ottubru 2010.
Ix-xogħol tal-kumitat fit-tieni sena se jikkonċentra fuq djalogu intensiv mal-parlamenti nazzjonali bil-għan li jiġbor reazzjonijiet dwar ir-rapport provviżorju u jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet politiċi konkreti fir-rapport finali jgawdu l-appoġġ tal-parlamenti nazzjonali fl-UE.
Dan is-sit għandu rwol importanti biex inżommuk aġġornat dwar dan ix-xogħol li qed nagħmlu.
Inħeġġek ma toqgħodx lura milli tikkuntattja lis-segretarjat jekk ikollok aktar mistoqsijiet.
Nirringrazzjak taż-żjara tiegħek fis-sit tal-Kumitat CRIS.