Abbozzi ta’ rapporti


Il-Kumitati jistgħu jintalbu jabbozzaw rapport fuq kwistjonijiet leġislattivi u mhux leġislattivi. Normalment, il-kumitat jintalab jabbozza rapport fuq kwistjoni partikolari, meta din ikollha x’taqsam ma’ qasam politiku li huwa jkun kompetenti għalih. Madankollu, f’ċerti ċirkostanzi, kumitat jista’ jagħmel rapport fuq inizjattiva tiegħu stess. Għal kull rapport, jintgħażel rapporteur li jkun responsabbli għall-abbozzar tar-rapport minn fost il-membri tal-kumitat. Ladarba jkun inkiteb abbozz ta' rapport, dan jiġi ppreżentat u diskuss fil-laqgħat tal-kumitati, u jekk ikunu jixtiequ, il-Membri jistgħu jipproponu emendi. F'din il-paġna tista' ssib l-abbozzi tar-rapporti qabel jiġu emendati.
Għall-abbozzi tar-rapporti kollha disponibbli, uża l-funzjoni ta' tiftix.

ABBOZZ TA' RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")

23-10-2019 DEVE_PR(2019)642951 PE642.951v01-00
DEVE

Tomas TOBÉ