Contact

Contact

 
You can contact the Committee on Economic and Monetary Affairs by email at the following address:

 
or by fax:

+32 2 28 49025 (Brussels)

+33 3 881 79070 (Strasbourg)
   
Xandiriet li jmiss
 
Librerija Multimidja
 
Kelmtejn ta' merħba
 
 

Il-Parlament Ewropew għandu rwol kbir fit-tfassil tal-aġenda fil-qasam tal-politiki Ewropej u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) huwa ta' importanza ewlenija fix-xogħol tal-Parlament. Huwa responsabbli għal kwistjonijiet bħalma huma l-politiki ekonomiċi u monetarji tal-UE, il-politiki tat-taxxa u tal-kompetizzjoni, il-moviment ħieles tal-kapital u r-regolazzjoni tas-servizzi finanzjarji (il-banek, l-assigurazzjoni, il-fondi tal-pensjonijiet, il-ġestjoni tal-assi/fondi, il-kontabilità, is-sistemi monetarji u finanzjarji internazzjonali eċċ.). Barra minn hekk, minħabba li l-kotra tax-xogħol tal-Parlament issir fil-livell tal-Kumitati, huwa l-ECON li jieħu ħsieb il-parti l-kbira tal-ħidma Parlamentari dwar dawn l-oqsma ekonomiċi u monetarji prominenti. B'hekk l-ECON jinsab fil-qalba tax-xogħol tal-Parlament dwar il-kriżi ekonomika u finanzjarja li għaddejjin minnha, u għaldaqstant għandu influwenza sinifikanti fuq l-aġenda politika, sew fl-UE kif ukoll internazzjonalment.
 
F'dak li jirrigwarda l-politiki monetarji tal-Unjoni u l-funzjonament tal-Unjoni Monetarja Ewropea u s-Sistema Monetarja Ewropea, l-obbligu li l-BĊE jagħti rendikont lill-Parlament huwa ta' importanza sinifikanti, minħabba li jservi ta' kontrapiż importanti għall-indipendenza tal-bank ċentrali.
 
L-ECON jaqdi funzjoni ewlenija fit-tiswir tal-leġiżlazzjoni tal-UE, minħabba l-Parlament, flimkien mal-Kunsill, huwa koleġiżlatur fil-parti l-kbira tal-oqsma ta' politika tal-UE. Il-liġijiet tal-UE spiss jiddeterminaw il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali fl-Istati Membri, speċjalment fis-servizzi finanzjarji u, wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, fil-qasam tal-governanza ekonomika Ewropea. Dan jagħti lok biex il-Membri tal-ECON isawru l-leġiżlazzjoni tal-UE f'dawn l-oqsma importanti ta' politika tal-UE.