Is-Suq Uniku u l-moviment liberu tal-persuni, merkanzija u servizzi tiegħu jikkostitwixxu wieħed mill-fondazzjonijiet assoluti tal-UE. Dan ipprovda prosperità u tkabbir, impjiegi, mobbiltà u l-libertà ta' għażla liċ-ċittadini u n-negozji tal-Ewropa.
Fil-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, aħna nemmnu li ċ-ċittadini għandhom jitqiegħdu fil-qalba tas-Suq Uniku. Aħna għandna l-missjoni li niżguraw li n-nies jistgħu jistabbilixxu ruħhom fejn iridu fl-UE, sabiex jaħdmu, jistudjaw jew jistabbilixxu negozju.
Aħna rridu niżguraw li l-konsumaturi jkunu jafu bid-drittijiet tagħhom u jħossuhom assigurati li huma fiż-żgur u protetti meta jixtru prodotti fl-UE, kemm mill-ħanut lokali tagħhom kif ukoll permezz ta' servizzi onlajn bejn il-fruntieri.
Għandna l-intenzjoni li nistabbilixxu regoli ċari għal negozji, u li nagħmlu l-ħajja aktar sempliċi għall-impriżi ż-żgħar filwaqt li nżidu l-opportunitajiet tas-suq tagħhom billi jinħolqu, jinbiegħu jew jiġu provduti servizzi.
Il-Kumitat għas-Suq Intern nieda l-Att dwar is-Suq Uniku sabiex jagħti spinta ġdida lis-Suq Uniku. Aħna nibqgħu impjenjati li nwettqu l-proposti tiegħu kemm jista' jkun malajr.Fl-għexieren ta' snin li ġejjin, il-prosperità u l-kompetittività tagħna fid-dinja jistgħu jiġu żgurati biss minn Suq Uniku Ewropew li jiffunzjona tajjeb
Malcolm Harbour
President tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur