Ġurnali

Ġurnali

 

2013

 

2012

 

2011

 

2010

 
Xandiriet li jmiss
 
Librerija Multimidja
 
Kelmtejn ta' merħba
 
 

Għażiż viżitatur,
 
Merħba bik fis-sit tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA).
Hawn issib l-aġendi u d-dokumenti ta' ħidma tal-Kumitat. Issib ukoll għad-dispożizzjoni tiegħek il-fuljetti tal-aħbarijiet tal-INTA, inklużi dettalji dwar rapporti u seduti ta' smigħ li jkunu għaddejjin.
 
Mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, il-PE għandu rwol deċiżiv fid-definizzjoni tal-politika kummerċjali tal-PE, li tkopri kwistjonijiet dwar il-kummerċ internazzjonali fl-oġġetti u s-servizzi, l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali u l-Investiment Barrani Dirett. Minn issa 'l quddiem, il-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ u l-ftehimiet dwar il-kummerċ internazzjonali jistgħu jiġu implimentati biss bil-qbil tal-PE, bħala r-rappreżentant taċ-ċittadini Ewropej.  
 
Jien fiduċjuż li dan is-sit se jservi ta' għodda effiċjenti ta' tiftix u li se jippermetti li ċ-ċittadini Ewropej jifhmu aħjar ix-xogħol u l-proċeduri tal-INTA, kif ukoll il-politika tal-Unjoni dwar il-kummerċ b'mod ġenerali.  
 
Nirringrazzjawk taż-żjara tiegħek. Jekk ikollok xi mistoqsija dwar il-ħidma tal-Kumitat, nitolbok tikkuntattja lis-Segretarjat.