Negozjati interistituzzjonali (l-Artikolu 294 tat-TFUE)


Matul il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ("OLP"/"kodeċiżjoni"), il-Parlament jista' jidħol f'negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħra ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni dwar il-mandat ta' negozjar tiegħu fir-rigward ta' fajl partikolari f'konformità mar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (l-Artikoli 70, 71, 72 u 73). Fl-istadju tal-ewwel qari, il-mandat ta' negozjar tal-Parlament jista' jiġi adottat mill-Kumitat responsabbli għall-fajl abbażi tar-rapport tiegħu u jista' jitħabbar fil-plenarja (l-Artikolu 71). Dawn il-mandati jinsabu elenkati hawn taħt.

L-Osservatorju Leġiżlattiv – għal kull fajl ta' proċedura ta' kodeċiżjoni – juri l-mandati eżistenti kollha li l-Parlament jista' jinnegozja abbażi tagħhom (ir-rapporti tal-Kumitati mibgħuta lura mill-plenarja qabel l-adozzjoni tal-ewwel qari tal-Parlament fil-prospettiva tan-negozjati interistituzzjonali (l-Artikolu 60), il-pożizzjonijiet tal-Parlament fl-ewwel qari u l-abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet tal-kumitati għat-tieni qari). Għal aktar informazzjoni, tista' tirreferi għad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni (ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5);

Ebda dokument disponibbli