Dar

 
L-aħħar aħbarijiet
 
The next REGI Meeting: 29 and 30 May 2013

The next meeting of the Committee on Regional Development will take place on Wednesday 29 May 2013 from 9:00 to 12:30 and from 15:30 to 18:30 and on Thursday 30 May 2013 from 9:00 to 12:30.
 
Meeting room: Altiero Spinelli (A3G-2)

   
 
Preżentazzjoni u kompetenzi
 
Kumitat responsabbli:
 
għall-politika reġjonali u ta' koeżjoni, b'mod partikulari:
 
(a)    il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond għall-Koeżjoni u l-istrumenti l-oħra tal-politika reġjonali ta' l-Unjoni,
 
(b)    il-valutazzjoni ta' l-effett ta' politiki oħra Ewropej fuq il-koeżjoni ekonomika u soċjali,
 
(c)    il-koordinazzjoni ta' l-istrumenti strutturali ta' l-Unjoni,
 
(d)    ir-reġjuni u l-gżejjer l-aktar imbiegħda, kif ukoll il-koperazzjoni trans-fruntiera u bejn ir-reġjuni,
 
(e)    ir-relazzjonijiet mal-Kumitat għar-Reġjuni, l-organizzazzjonijiet ta' koperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-awtoritajiet reġjonali.
 
Fil-laqgħa ta' l-14 ta' Diċembru 2006, il-Konferenza tal-Presidenti ddeċidiet li tinkludi d-dimensjoni urbana bħala kompetenza impliċita tal-kumitat.
 
Xandiriet li jmiss
 
Librerija Multimidja
 
Kelmtejn ta' merħba
 
 

L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistqarr li l-Unjoni "għandha tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri". Biex dan l-għan jintlaħaq, ir-riżorsi tal-fondi strutturali jintużaw ħalli jirfdu politika tal-iżvilupp reġjonali li taħdem flimkien ma' politiki oħra, b'mod partikolari dawk tar-riċerka, tal-enerġija u tat-trasport, biex twettaq il-miri tagħha.
 
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, li għandi l-unur inkun il-president tiegħu, għandu l-kompitu li jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jħaddmu politika ekonomika b'tali mod li dan l-għan ikun jista' jintlaħaq. F'dan aħna naħdmu id f'id mal-Presidenza tal-Unjoni, il-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll mal-korpi konsultattivi tal-UE bħall-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u bosta organizzazzjonijiet reġjonali u lokali oħra.
 
Id-50 Membru tal-Kumitat u d-50 sostitut jirrappreżentaw il-gruppi politiċi kollha tal-PE, li l-koordinaturi tagħhom jaħdmu flimkien mal-Bureau tal-kumitat biex jorganizzaw l-attivitajiet tagħna.
 
F'dan is-sit issib tagħrif dettaljat dwar l-attivitajiet leġiżlattivi u politiċi tagħna, u tista' ssegwi laqgħatna bl-internet, permezz ta' EP Live.
 
Danuta Maria HÜBNER