Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Akkwist Pubbliku

 

F'konformità mar-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 (ir-Regolament Finanzjarju)), il-Parlament Ewropew huwa meħtieġ li joħroġ sejħiet għall-offerti għax-xiri ta' oġġetti, servizzi u xogħlijiet.

 
 

Fost id-diversi prinċipji li jirregolaw il-proċeduri marbuta mal-akkwist pubbliku, il-prinċipju tat-trasparenza jirrikjedi pubbliċità ex ante xierqa meta jiġu varati dawn il-proċeduri ta' akkwist pubbliku.

1. Akkwist pubbliku bil-pubblikazzjoni ta' avviż dwar kuntratt

L-informazzjoni kontenuta f'din it-taqsima tirrigwarda l-kuntratti ta' akkwist pubbliku tal-Parlament Ewropew u tiġi ppubblikata abbażi tal-Punti 3 u 4 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju, kif ukoll abbażi tal-Punt 5 tal-Anness I għar-Regolament Finanzjarju, li għalihom huwa meħtieġ li jiġi ppubblikat avviż ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU). Il-pubblikazzjonijiet f'dan is-sit għandhom jitqiesu bħala informali u ma jiħdux post il-pubblikazzjoni uffiċjali f'Il-Ġurnal Uffiċjali. Is-sejħiet għall-offerti msemmija f'din it-taqsima huma soġġetti għal avviż dwar kuntratt ippubblikat fis-serje S tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu kkonsultati online fid-database TED, li hija aġġornata kuljum fuq l-internet.

Fil-każ ta' kuntratti li ma jaqbżux il-limiti ta' valur tad-Direttiva, jistgħu jsiru sejħiet għall-offerti fost għadd limitat ta' offerenti magħżula wara sejħa għall-espressjonijiet ta' interess. Din it-taqsima tinkludi wkoll is-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess.

Id-dokumenti tal-kuntratti huma disponibbli wkoll għal kull sejħa għall-offerti tal-lista.

2. Kuntratti li l-valur tagħhom huwa ogħla minn EUR 15 000 u anqas mil-limiti ta' valur stabbiliti mid-Direttiva 2014/24/UE, li għandhom jingħataw bi proċedura nnegozjata.

L-informazzjoni f'din it-taqsima tikkonċerna l-kuntratti pubbliċi tal-Parlament Ewropew ippubblikati skont il-Punt 3 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju.

Din il-pubblikazzjoni tippermetti li jiġu identifikati l-elementi essenzjali tal-kuntratti inkluż it-terminu ta' aċċettazzjoni tal-offerti kif ukoll id-dipartiment responsabbli li lilu trid tiġi indirizzata kull talba għal informazzjoni. Il-link ta' hawn taħt tagħti aċċess għal fajl Excel li fih il-kuntratti skont id-Direttorat Ġenerali tal-Parlament Ewropew.

Il-limiti applikabbli skont id-Direttiva 2014/24/UE sa mill-1 ta' Jannar 2018 huma stabbiliti kif ġej:

  • EUR 144 000 għal kuntratti għal provvisti u għal servizzi;
  • EUR 5 548 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

Għal aktar informazzjoni, ikkonsulta: