Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")


Akkwist pubbliku

 

Bi qbil mar-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ir-Regolament (UE) Nru 966/2012 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 2015), u r-regoli tal-applikazzjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew huwa marbut li jniedi sejħiet pubbliċi għall-offerti għall-akkwist ta' prodotti, servizzi u xogħlijiet.

 
 

Fost id-diversi prinċipji li jirregolaw il-proċeduri marbuta mal-akkwist pubbliku, il-prinċipju tat-trasparenza jirrikjedi pubbliċità ex ante xierqa meta jiġu varati dawn il-proċeduri ta' akkwist pubbliku, kif ġej :

1. Akkwist pubbliku bil-pubblikazzjoni ta' avviż dwar kuntratt

L-informazzjoni taħt din l-intestatura tirrigwarda l-kuntratti ta' akkwist pubbliku tal-Parlament Ewropew u tiġi ppubblikata abbażi tal-Artikoli 123 u 124 tar-Regoli tal-Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju kif ukoll abbażi tal-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Applikazzjoni, li għalihom avviż ta' pubblikazzjoni huwa ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali. Il-pubblikazzjonijiet f'dan is-sit għandhom jitqiesu bħala informali u ma jiħdux post il-pubblikazzjoni uffiċjali f'Il-Ġurnal Uffiċjali. Is-sejħiet għall-offerti msemmija f'din it-taqsima huma soġġetti għal avviż dwar kuntratt ippubblikat fis-serje S tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu kkonsultati online fid-database TED, li hija aġġornata kuljum fuq l-internet.

Fil-każ ta' kuntratti li ma jaqbżux il-limiti ta' valur tad-Direttiva, jistgħu jsiru sejħiet għall-offerti fost għadd limitat ta' offerenti magħżula wara sejħa għall-espressjonijiet ta' interess. Din l-intestatura tinkludi wkoll is-sejħiet għal espressjonijiet ta' interess.

Id-dokumenti tal-kuntratti huma disponibbli wkoll għal kull sejħa għall-offerti tal-lista.

2. Kuntratti li l-valur tagħhom huwa ogħla minn EUR 15 000 u anqas mil-limiti ta' valur stabbiliti mid-Direttiva 2014/24/UE, li għandhom jingħataw bi proċedura nnegozjata

L-informazzjoni f'din l-intestatura tikkonċerna l-kuntratti pubbliċi tal-Parlament Ewropew taħt l-Artikolu 124 tar-Regoli tal-Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

Din il-pubblikazzjoni tippermetti li jiġu identifikati l-elementi essenzjali tal-proċeduri ta' akkwist varati taħt proċedura nnegozjata, inkluża d-data tal-għeluq tal-offerti kif ukoll id-dipartiment responsabbli li lilu trid tiġi indirizzata kull talba għal informazzjoni. Il-link ta' hawn taħt tagħti aċċess għal fajl Excel li fih il-kuntratti skont id-Direttorat Ġenerali tal-Parlament Ewropew.

Għal skopijiet ta' informazzjoni, il-limiti ta' valur applikabbli skont id-Direttiva 2014/24/UE fl-1 ta' Jannar 2016 huma stabbiliti kif ġej :

  • EUR 135 000 għall-kuntratti ta' provvisti u servizzi
  • EUR 5 225 000 għall-kuntratti ta' xogħlijiet