Id-Delegazzjoni għar-Relazzjonijiet mal-pajjiżi ta’ Magreb u mal-Unjoni Għarbija tal-Magreb (li tinkludi l-Libja) ġiet stabbilita fl-1979 wara l-elezzjonijiet diretti fil-Parlament Ewropew. Hija tinkludi l-Istati li ġejjin: l-Alġerija, il-Marokk, il-Mawritanja, it-Tuneżija u l-Libja. Mis-snin tmenin, ilhom jiġu organizzati laqgħat regolari ma’ kull wieħed minn dawn il-pajjiżi. Il-laqgħat mal-Mawritanja bdew iseħħu biss fl-1998 u dawk mal-Libja fl-2002.
Il-laqgħat mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Għarbija tal-Magreb bdew iseħħu biss fil-bidu tas-sena 1998. Mis-sitt laqgħa fl-1994 ’l quddiem, ma kienx hemm iktar kuntatti uffiċjali.
Il-problema tas-Saħħara tal-Punent ma taqax taħt il-kompetenza ta’ din id-delegazzjoni. Delegazzjoni ad hoc għas-Saħħara tal-Punent ġiet stabbilita taħt il-presidenza tas-Sur Kasoulides, u seħħet għall-ewwel darba ġewwa Algiers u Tindouf f’Settembru 2006 mbagħad ġewwa Rabat u Laâyoune f’Jannar 2009 għal għan purament umanitarju. Ir-rapport tad-delegazzjoni ad hoc, illi esprima bosta rakkomandazzjonijiet, ġie ppublikat bħala riżultat ta’ din il-missjoni.