Veuillez remplir ce champ

Merħba fid-dinja tad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Għażiż viżitatur,

Kull Membru tal-Parlament Ewropew jaħdem biex il-Parlament Ewropew isir istituzzjoni globali.

Minħabba li aħna lkoll rappreżentanti eletti, naħdmu wkoll biex jiġi żgurat li r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Parlament jirriflettu l-interessi u l-ideali taċ-ċittadini tal-UE. Il-vuċi tagħna fid-dinja hija l-vuċi taċ-ċittadini tagħna.

Fil-paġni ta' din it-taqsima, tista' ssib aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li qegħdin nagħmlu: l-istorja u r-rendikontijiet tagħna tal-laqgħat reċenti tagħna fi Brussell u fi Strasburgu, ir-rendikontijiet taż-żjarat tagħna fil-parlamenti tal-kontropartijiet tagħna, il-kalendarji futuri tagħna u r-riżoluzzjonijiet importanti adottati mill-Parlament fl-ambiti ta' kompetenza rispettivi tagħna.

Hawn biżżejjed f'din id-dinja biex tinżamm okkupat għal ċertu żmien mhux ħażin. Nisperaw li jkollok żjara pjaċevoli.

Inés Ayala Sender
President, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

Il-laqgħat li jmiss

L-ebda laqgħa kkonfermata