L-eżerċizzji analitiċi ta' sostenn l-aktar riċenti

L-eżerċizzji analitiċi ta' sostenn l-aktar riċenti

 

Din id-database tinkludi d-dokumenti ta' riċerka mfassla mis-servizzi ta' riċerka differenti tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari studji, dokumenti ta' analiżi dettaljata u ta' tgħarrif maħruġa mid-dipartimenti tematiċi, l-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika u d-Direttorat għall-Valutazzjoni tal-Impatt u l-Valur Miżjud Ewropew. Dawn id-dokumenti huma intenzjonati biex isostnu l-ħidma tad-diversi korpi parlamentari.

Kif għandek tfittex
 

It-tiftix tad-dokumenti jista jsir skont il-kumitat(i) responsabbli għat-talba tal-analiżi ta sostenn, skont il-kronoloġija, skont in-numru jew it-tip ta referenza ta dokument, skont kelma speċifika fit-titolu jew fit-test inkella permezz ta kwalunkwe kombinazzjoni ta dawn il-kriterji.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
Kelma (kelmiet)
 
 
 
Mode d'affichage des résultats
 
 
Preżentazzjoni u kompetenzi
 

Id-delegazzjonijiet għandhom iżommu u jiżviluppaw il-kuntatti internazzjonali tal-Parlament.

Għalhekk, l-attivitajiet ta' delegazzjoni, minn naħa, għandhom ikunu mmirati lejn iż-żamma u ttitjib tal-kuntatti mal-parlamenti ta' l-Istati li tradizzjonalment huma sħab ta' l-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni f'pajjiżi terzi tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, speċifikament il-prinċipji ta' liberta, demokrazija, rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt (Artikoli 6 u 11(1), ħames inċiż, tat-Trattat UE).

Il-kuntatti internazzjonali tal-Parlament għandhom jiġu regolati mill-prinċipji tal-liġi internazzjonali pubblika.

Il-kuntatti internazzjonali tal-Parlament għandhom ikunu mmirati biex irawmu, kull fejn ikun possibbli u xieraq, id-dimensjoni parlamentari tar-relazzjonijiet internazzjonali.

(Artikolu 3, prinċipji li jirregolaw l-attivitajiet tad-delegazzjonijiet, adottati mill-Konferenza tal-Presidenti nhar il-21 ta' Settembru 2006)