Proċedura : 2014/0019(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0012/2014

Testi mressqa :

A8-0012/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/10/2014 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0037

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 159kWORD 62k
29.9.2014
PE 537.197v02-00 A8-0012/2014

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(06035/2014 – C7-0113/2014 – 2014/0019(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Jan Zahradil

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(06035/2014 – C7-0113/2014 – 2014/0019(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (06035/2014),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (06037/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 167(3), 207 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt a) v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0113/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0012/2014),

1.      Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-ftehim;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Korea.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jikkonkludi, f'isem l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles li kien ġie ffirmat fil-15 ta' Ottubru 2009 bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra. Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni leġiżlattiva li fiha ta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni ta' dan il-Ftehim (minn hawn 'il quddiem 'il-FKĦ UE-Korea') fis-17 ta' Frar 2011, b'465 vot favur, 128 vot kontra u 19-il astensjoni.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja aderiet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha. Il-Protokoll Addizzjonali għall-FKĦ UE-Korea li jqis l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE ġie ffirmat, u ilu jiġi applikat proviżorjament sa mill-1 ta' Lulju 2013. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kunsill preżenti tfittex li tiżgura, bi qbil mal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja mal-UE, li dan l-Istat Membru jibqa' jieħu sehem sħiħ fil-FKĦ UE-Korea li għadu fis-seħħ.

L-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill mill-Parlament Ewropew hija komponent mandatarju fl-ikkompletar tal-proċess ta' ratifikazzjoni tal-Protkoll Addizzjonali, u barra minn hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-integrità tas-suq intern tal-Unjoni.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.9.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Olli Rehn, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Victor Boştinaru, Klaus Buchner, Georgios Epitideios, Georgios Katrougkalos, Costas Mavrides, Lola Sánchez Caldentey, Pedro Silva Pereira, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Joachim Zeller

Avviż legali