Proċedura : 2014/0047(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0026/2014

Testi mressqa :

A8-0026/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2014 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0078

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 158kWORD 66k
12.11.2014
PE 537.529v03-00 A8-0026/2014

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tat-tliet ftehimiet

(06698/2014 – C8‑0002/2014 – 2014/0047(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Alexander Graf Lambsdorff

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tat-tliet ftehimiet

(06698/2014 – C8‑0002/2014 – 2014/0047(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06698/2014),

–       wara li kkunsidra l-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea u tliet ftehimiet relatati (06696/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8‑0002/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet paragrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0026/2014),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim u tat-tliet ftehimiet relatati;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein u r-Renju tan-Norveġja.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (il-Ftehim ŻEE), ġie ffirmat fit-2 ta’ Mejju 1992 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. Skont l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Kroazja tintrabat li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont l-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim.

Sabiex il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea tkun possibbli, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill li qed jiġu eżaminati għandhom l-għan li jikkonkludu:

1.   il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

2.   il-Protokoll Addizzjonali relatat għall-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż għall-perjodu 2009-2014 b'konsegwenza għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea;

3.   il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Islanda b'konsegwenza għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ; kif ukoll

4.   il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea .

Il-Ftehim ŻEE jiġbor flimkien l-Istati Membri tal-UE u t-tliet membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles – l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja – f’suq uniku.

Il-Ftehim ŻEE jipprevedi l-inklużjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tkopri l-erba’ libertajiet — il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital — fl-Istati kollha taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-Ftehim ikopri kooperazzjoni f’oqsma oħra importanti bħalma huma r-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, il-politika soċjali, l-ambjent, il-protezzjoni tal-konsumatur, it-turiżmu u l-kultura, kollettivament magħrufin bħala politiki “ta’ appoġġ u orizzontali”. Il-Ftehim jiggarantixxi drittijiet u obbligi ugwali fi ħdan is-suq intern għaċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi fiż-ŻEE.

Ir-rapporteur hu tal-opinjoni li l-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-ŻEE hi riżultat naturali tal-adeżjoni tagħha fl-UE. Mhu xejn ħlief xieraq li, aktar minn sena wara l-adeżjoni, il-Kummissjoni u l-Kunsill ikunu ħadu l-passi legali meħtieġa biex din il-parteċipazzjoni tkun possibbli.

Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll għat-tliet protokolli addizzjonali relatati.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.11.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, Marine Le Pen, David Martin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Viviane Reding, Olli Rehn, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Nicola Danti, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Seán Kelly, Sander Loones, Fernando Ruas, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Andi Cristea, Helga Stevens

Avviż legali