Proċedura : 2014/0808(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0027/2014

Testi mressqa :

A8-0027/2014

Dibattiti :

PV 25/11/2014 - 21
CRE 25/11/2014 - 21

Votazzjonijiet :

PV 26/11/2014 - 12.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0061

RAPPORT     *
PDF 203kWORD 420k
12.11.2014
PE 537.495v02-00 A8-0027/2014

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

(11200/2014 – C8-0109/2014 – 2014/0808(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Roberto Gualtieri

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

(11200/2014 – C8-0109/2014 – 2014/0808(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (11200/2014 –BĊE/2014/13),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5.4 u 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont liema Artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0109/2014),

–       wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-Membri tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u l-Membri tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali tal-24 ta' April 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0027/2014),

1.      Japprova l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendat;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1 – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) 2533/98

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1. Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

(c) jista' totalment jew parzjalment jeżenta klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu.

"(c) jista' totalment jew parzjalment jeżenta klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar mir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu. Kwalunkwe eżenzjoni ta' klassijiet speċifiċi ta' aġenti ta' rappurtar għandha tkun fl-għamla ta' deċiżjoni motivata bil-miktub. Dik id-deċiżjoni għandha tkun magħmula pubblika."

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe eżenzjoni ta' aġenti ta' rappurtar trid tkun ġustifikata. Barra minn hekk, id-deċiżjoni għandha tkun trasparenti u, għaldaqstant, pubblika.

Emenda  2

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1 – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)

 

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

2. Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(d) għandu jqis id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kopertura tas-suq u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ġbir tad-data."

Emenda  3

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1 – punt 3 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

3. Fl-Artikolu 3, wara l-ewwel paragrafu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"L-aġenti ekonomiċi jistgħu jitħallew jibagħtu l-informazzjoni permezz tal-metodu ta' rappurtar regolari tagħhom."

Emenda  4

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1a – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1. Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

1. Il-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizjoni u l-impożizzjoni tal-ħtiġiet tiegħu tar-rapportaġġ ta' l-statistika tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali tar-rappurtaġġ ta' l-Istati Membri parteċipanti.

"1. Il-BĊE jista' jadotta regolamenti għad-definizzjoni u l-impożizzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tiegħu fuq il-popolazzjoni attwali tar-rappurtar tal-Istati Membri parteċipanti. Il-BĊE għandu jirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità fid-definizzjoni u l-impożizzjoni ta' rekwiżiti ta' rappurtar statistiku."

Emenda  5

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1b – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1. Fl-Artikolu 6(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

1. Jekk aġent tar-rappurtaġġ residenti fi Stat Membru parteċipanti jaqa' taħt suspett ta' ksur tal-liġi dwar il-ħtiġiet ta' l-istatistika tal-BĊE, kif stabbilit fl-Artikolu 7(2), l-BĊE u, skond l-Artikolu 5.2 ta' l-Istatut, il-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru parteċipanti interessat għandu jkollu d-dritt li jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif statistiku u li jwettaq l-ġbir obbligatorju tiegħu. Madankollu, jekk it-tagħrif ta' l-istatistika msemmi jkun ta' ħtieġa sabiex juri konformità mal-ħtiġiet tar-riżerva minima, il-verifika għandha titwettaq skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru, 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [10]. Id-dritt ta' verifika tat-tagħrif ta' l-istatistika jew tat-twettiq tal-ġbir obbligatorju tiegħu għandu jikkomprendi d-dritt li:

"1. Jekk aġent ta' rappurtar residenti fi Stat Membru parteċipanti jaqa' taħt suspett ta' ksur tal-liġi dwar ir-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku tal-BĊE, kif stabbilit fl-Artikolu 7(2), il-BĊE u, skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut, il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti interessat għandu jkollu d-dritt li jivverifika l-eżattezza u l-kwalità tat-tagħrif statistiku u jwettaq il-ġbir obbligatorju tiegħu. Madankollu, jekk it-tagħrif statistiku msemmi jkun ta' ħtieġa sabiex juri konformità mal-ħtiġiet tar-riżerva minima, il-verifika għandha titwettaq skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi mill-Bank Ċentrali Ewropew [10]. Id-dritt ta' verifika tat-tagħrif statistiku jew tat-twettiq tal-ġbir obbligatorju tiegħu għandu jikkomprendi b'mod partikolari d-dritt li:

Ġustifikazzjoni

Tajjeb jiġi ċċarat li d-dritt ta' verifika ma jiġix neċessarjament eżawrit bid-dritt ta' aċċess għal dokumenti, kotba u rekords.

Emenda  6

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1b – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2. Fl-Artikolu 6(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

(b) jeżamina l-kotba u r-reġistri ta' l-aġenti tar-rappurtaġġ;

"(b) jeżamina l-kotba u r-rekords tal-aġenti ta' rappurtar, inkluża d-data mhux ipproċessata;"

Ġustifikazzjoni

Importanti jiġi ċċarat li l-BĊE għandu jkollu aċċess għal bażijiet ta' data stampati u kompjuterizzati li jkun fihom elementi ta' data mhux ipproċessata biex titwettaq analiżi statistika komparattiva.

Emenda  7

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1c – punt 1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1. L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jiġi emendat kif ġej:

 

Fil-paragrafu 2, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

(b) it-tagħrif ta' l-istatistika mhux korrett, hu inkomplet jew f'forma li ma tikkonformax kif mitlub.

"(b) it-tagħrif statistiku hu ffalsifikat, immanipulat, mhux korrett, hu inkomplet jew hu f'forma li ma tikkonformax kif mitlub."

Ġustifikazzjoni

Importanti ħafna li, meta jiġu imposti sanzjonijiet, issir distinzjoni bejn it-tipi ta' kondotta ħażina u jekk il-ksur sarx intenzjonalment jew b'negliġenza. Għalhekk, informazzjoni mhux korretta għandha tirreferi għal żbalji u mhux għal falsifikazzjoni jew tbagħbis intenzjonali. Dan huwa ta' importanza partikolari fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda  8

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1c – punt 2 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2. Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3. L-obbligu li jħalli lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali biex jivverifikaw l-eżattezza u l-kwalità ta' tagħrif ta' l-istatistika mogħti mill-aġenti tar-rappurtaġġ lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi kkunsidrat bħala miksur kull meta aġent tar-rappurtaġġ ifixkel din l-attività. Xkiel bħal dan jinkludi, iżda mhux limitat għat-twarrib tad-dokumenti u l-prevenzjoni ta' l-aċċess fiżiku lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali fejn ikunu meħtieġa li jwettqu x-xogħol tagħhom ta' verifika jew ta' ġbir obbligatorju.

"3. L-obbligu li jħalli lill-BĊE u lill-banek ċentrali nazzjonali biex jivverifikaw l-eżattezza u l-kwalità ta' tagħrif statistiku mogħti mill-aġenti ta' rappurtar lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali għandu jiġi kkunsidrat bħala miksur kull meta aġent ta' rappurtar ifixkel din l-attività. Tfixkil bħal dan jinkludi, iżda mhux limitat għall-falsifikazzjoni u/jew it-tneħħija ta' dokumenti u l-prevenzjoni tal-aċċess fiżiku lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali fejn ikunu meħtieġa li jwettqu x-xogħol tagħhom ta' verifika jew ta' ġbir obbligatorju."

Ġustifikazzjoni

Il-falsifikazzjoni ex-post tad-data wara li jkun intbagħat it-tagħrif statistiku għandha tiddaħħal fost l-imġiba b'intenzjonijiet ħżiena.

Emenda  9

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt -1c – punt 3 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 7 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3. Il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

6. Fl-eżerċizzju tal-poteri stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2532/98.

"6. Fl-eżerċizzju tal-poteri stabbiliti f'dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jaġixxi skont l-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament applikabbli għas-sanzjonijiet issa huwa rregolat ukoll mill-UE 1013/2014.

Emenda  10

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a

 

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

"(a) sal-punt u fil-livell ta' dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat jew kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-membri tas-SEBĊ; jew"

 

“(a) sal-punt u fil-livell ta' dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat jew kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-BĊE; jew"

Emenda  11

Abbozz ta' regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2533/98

Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew

Emenda

 

3a. Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"4b. Fl-ambitu tal-isfera ta' kompetenza rispettiva tagħhom, l-awtoritajiet jew il-korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet, is-swieq u l-infrastrutturi finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni, li jirċievu tagħrif statistiku kunfidenzjali skont il-paragrafu 4a, għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe tagħrif statistiku kunfidenzjali li jintbagħat lill-MES skont il-paragrafu 4a jkun soġġett għall-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali."

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 8a(5) tar-Regolament (KE) Nru 2533/1998.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur jilqa' r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2533/1998 bil-ħsieb li jiġu kkunsidrati l-kompiti superviżjori l-ġodda tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ir-Regolament dwar il-MSU). Fl-4 ta' Novembru 2014 il-BĊE se jibda jiżvolġi l-kompiti superviżorji sħaħ tiegħu f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-emendi proposti mill-BĊE jispeċifikaw li l-BĊE jista' juża tagħrif statistiku kunfidenzjali għat-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji l-ġodda tiegħu, bħalma jagħmlu l-Banek Ċentrali Nazzjonali li ngħataw funzjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali u li għalhekk jistgħu jużaw tagħrif statistiku kunfidenzjali fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 2533/1998 attwali. Dan huwa motivat mill-intenzjoni li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż tar-rappurtar u jiġi żgurat li l-istess data ma jkunx hemm bżonn tinġabar aktar minn darba.

Barra minn hekk, l-emenda proposta tippermetti t-trażmissjoni ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali fi ħdan is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), miġbur skont l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, għat-twettiq tal-kompiti fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali assenjati lill-membri tas-SEBĊ. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li dawn il-poteri l-ġodda jkunu ristretti għat-trażmissjoni ta' data kunfidenzjali li tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti superviżorji l-ġodda tal-BĊE skont ir-Regolament dwar il-MSU. Huwa l-BĊE, u mhux is-SEBĊ, li jirċievi poteri ġodda bis-saħħa ta' dak ir-Regolament.

Fl-aħħar nett, l-emendi proposti mill-BĊE jippermettu t-trażmissjoni ta' tagħrif statistiku kunfidenzjali mis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) lill-awtoritajiet jew il-korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet, is-swieq u l-infrastrutturi finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont id-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni u lill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) sal-punt u fil-livell ta' dettall meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti rispettivi tagħhom. Ir-Rapporteur iqis li poter sinifikanti bħal dan, jiġifieri t-trażmissjoni ta' data kunfidenzjali lil għadd ta' awtoritajiet, jeħtieġ ikun ibbilanċjat b'obbligu fuq in-naħa tal-awtoritajiet destinatarji li jieħdu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni fiżika u loġika tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali kkonċernat. Fl-2009 ġie introdott obbligu simili fl-att bażiku fir-rigward tal-membri tas-SEBĊ meta jirċievu tagħrif statistiku kunfidenzjali mingħand l-awtoritajiet tas-Sistema Sistema Ewropea tal-Istatistika (l-Artikolu 8a(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 951/2009 tad-9 ta' Ottubru 2009).


PROĊEDURA

Titolu

Il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

Referenzi

11200/2014 – C8-0109/2014 – 2014/0808(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

15.7.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.7.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Roberto Gualtieri

22.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.10.2014

3.11.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Notis Marias, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Michael Theurer, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Frank Engel, Ildikó Gáll-Pelcz, Danuta Jazłowiecka, Jeppe Kofod, Thomas Mann, Alessia Maria Mosca, Norica Nicolai, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

12.11.2014

Avviż legali