Proċedura : 2014/0163(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0033/2014

Testi mressqa :

A8-0033/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2015 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0016

PROĊEDURA     ***I
PDF 466kWORD 99k
14.11.2014
PE 539.694 A8-0033/2014

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet ta' anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni)

(COM(2014)0317 – C8-0017/2014 – 2014/0163(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Andrzej Duda

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet ta' anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni)

(COM(2014)0317 – C8-0017/2014 2014/0163(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0317),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0017/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0033/2014),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta' Settembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              IL-KUNSILL

                                                              IL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Unjoni wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji

COM(2014)317 final tal-28.5.2014 - 2014/0163 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fl-10 ta’ Lulju 2014 bil-għan li janalizza, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq li tressqet mill-Kummissjoni.

Tul il-laqgħa(2), sar eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2001 tat-23 ta' Lulju 2001 dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu mill-Komunità wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tad-WTO dwar kwistjonijiet fuq anti-dumping u anti-sussidji li wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri wara rapport adottat mill-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-WTO dwar kwistjonijiet ta’ anti-dumping u anti-sussidji (kodifikazzjoni)    

Referenzi

COM(2014)0317 – C8-0017/2014 – 2014/0163(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

20.10.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Duda

15.10.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

14.11.2014

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

(2)

             Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test għal diskussjoni.

Avviż legali