Proċedura : 2014/0166(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0040/2014

Testi mressqa :

A8-0040/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/02/2015 - 9.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0018

RAPPORT     ***I
PDF 541kWORD 68k
19.11.2014
PE 539.696v02-00 A8-0040/2014

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (test kodifikat)

(COM(2014)0321 – C7-0414/2014 – 2014/0166(COD))(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Andrzej Duda

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (test kodifikat)

(COM(2014)0321 – C8-0012/2014 – 2014/0166(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2014)0321),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0012/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0040/2014),

A.     billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta msemmija fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni kif inhi adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

2.      Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta’ Settembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjoni

COM(2014)321 finali ta' 28.5.2014 – 2014/0166(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl-10 ta' Lulju 2014 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami ta', fost affarijiet oħra, il-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt il-laqgħa(1), l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjoni li rriżulta biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim komuni, li fl-Artikolu 7(4) tal-abbozz tat-test ikkodifikat, għandha tiġi introdotta mill-ġdid referenza għal "l-Artikoli 235 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92" bħal dik li tidher attwalment fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru.260/2009, minflok ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 79 et seq tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill" fil-proposta kodifikata.

B’konsegwenza ta’ dan, analiżi tal-proposta ppermettiet li l-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr nuqqas ta’ qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni ċara ta’ testi attwali, mingħajr bdil fis-sustanza tagħhom.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

(1)

             Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.


PROĊEDURA

Titolu

Regoli komuni għall-importazzjonijiet (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0321 – C8-0012/2014 – 2014/0166(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Duda

10.10.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

19.11.2014

Avviż legali