Proċedura : 2014/0308(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0054/2014

Testi mressqa :

A8-0054/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2014 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0079

RAPPORT     *
PDF 156kWORD 70k
5.12.2014
PE 541.607v02-00 A8-0054/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

(COM(2014)0666 – C8-0242/2014 – 2014/0308(CNS))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Iskra Mihaylova

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

(COM(2014)0666 – C8-0242/2014 – 2014/0308(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0666),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0242/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0054/2014),

1.      Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 (kif emendata mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/439/KE tad-9 ta' Ġunju 2008 u 448/2011/UE tad-19 ta' Lulju 2011), adottata abbażi tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE (issa l-Artikolu 349 tat-TFUE), awtorizzat lil Franza, sal-1 ta' Lulju 2014, biex tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis fir-reġim tat-taxxa "octroi de mer" għal għadd ta' prodotti manifatturati fir-reġjuni l-iktar ultraperiferiċi Franċiżi (bl-eċċezzjoni ta' Saint Martin), bħala kumpens għall-iżvantaġġi li jaffettwaw lir-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati (il-periferiċità, id-dipendenza mill-materja prima, id-daqs żgħir ta' suq żgħir u l-livell baxx ta' attività ta' esportazzjoni), u bħala appoġġ għall-kompetittività tagħhom u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tagħhom.

Franza kienet talbet li sal-31 ta' Diċembru 2020 tibqa' tinżamm sistema ta' tassazzjoni differenzjata simili għas-sistema msemmija hawn fuq. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-analiżi tal-listi tal-prodotti li għalihom Franza xtaqet tapplika sistema ta' tassazzjoni differenzjata kienet proċess twil, li ma setax jitlesta qabel tmiem il-validità tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, jiġifieri fl-1 ta' Lulju 2014. B'hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiffinalizza l-valutazzjoni tat-talba Franċiża, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 378/2014/UE tat-12 ta’ Ġunju 2014 estendiet il-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE b'6 xhur sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Wara li l-Kummissjoni tikkonkludi dik il-valutazzjoni, l-għan tal-proposta li issa ġiet ippreżentata hu li tistabbilixxi qafas ġuridiku ġdid għar-reġim tat-taxxa "octroi de mer" mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2020, billi jiġu determinati l-prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis tat-taxxa. Minkejja li l-prodotti inklużi fil-lista l-ġdida fil-biċċa l-kbira tagħhom huma simili għal dawk elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE, xi prodotti ġodda ġew introdotti filwaqt li oħrajn tneħħew.

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi wkoll l-estenzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE b'sitt xhur oħra (sat-30 ta' Ġunju 2015) sabiex Franza tingħata ż-żmien meħtieġ biex tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill il-ġdida fil-liġi nazzjonali tagħha għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Billi jikkunsidra li din il-miżura hija ġustifikabbli u li l-għan tagħha hu li tkompli tistimula l-attività ekonomika u l-kompetittività fir-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li ma tiġix ipperikolata l-koerenza tas-suq intern u tal-ordinament ġuridiku tal-UE, il-President jipproponi li din il-proposta tiġi adottata mingħajr emendi, skont l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura.


PROĊEDURA

Titolu

Ir-reġim tat-taxxa “octroi de mer” fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

Referenzi

COM(2014)0666 – C8-0242/2014 – 2014/0308(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

4.11.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

12.11.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.11.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

25.11.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iskra Mihaylova

4.11.2014

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

3.12.2014

Data tal-adozzjoni

3.12.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

5.12.2014

Avviż legali