Proċedura : 2013/0436(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0060/2014

Testi mressqa :

A8-0060/2014

Dibattiti :

PV 27/04/2015 - 20
CRE 27/04/2015 - 20

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2015 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0105

RAPPORT     ***I
PDF 937kWORD 507k
11.12.2014
PE 537.183v02-00 A8-0060/2014

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt

(COM(2013)0889 – C7‑0465/2013 – 2013/0436(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Alain Cadec

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt

(COM(2013)0889 – C7 0465/2013 – 2013/0436(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0889),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0465/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–      wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' April 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0060/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Taqsima

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002, (KE) Nru 1224/2009 u (EU) Nru 1380/2013 u li jħassar (KE) Nru 1434/98 fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt

Ġustifikazzjoni

Skont il-Kummissjoni, fil-pjanijiet ta’ skartar reġjonali, ġuridikament ma hu possibbli li jiġu inklużi miżuri tekniċi tal-ebda tip. L-inabilità li jiġu inklużi miżuri bħalma huma bidliet fid-daqsijiet tal-malji jew għeluq temporanju ta’ żona biex jiġu protetti ż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar se jipperikolaw l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligu tal-ħatt. Din l-emenda għandha l-għan li tirrimedja dak ix-xenarju billi tinkludi emendi lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1380/2013.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament (UE) Nru [xxxx] għandu l-għan ċentrali tal-eliminazzjoni progressiva tal-iskartar fis-sajd kollu tal-UE permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt għal qabdiet ta’ speċi suġġetti għal limiti ta’ qbid u speċi koperti b’daqsijiet minimi fil-Mediterran. Sabiex dan l-obbligu tal-ħatt isir operattiv, ċerti dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-miżuri tekniċi u r-regolamenti ta' kontroll imorru kontra l-obbligu tal-ħatt u jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut u għandhom jitneħħew jew jiġu emendati.

(1) Ir-Regolament (UE) Nru [xxxx] għandu l-għan ċentrali tal-eliminazzjoni progressiva tal-iskartar fis-sajd kollu tal-UE permezz tal-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt għal qabdiet ta’ speċi suġġetti għal limiti ta’ qbid u speċi koperti b’daqsijiet minimi fil-Mediterran. Sabiex dan l-obbligu tal-ħatt isir operattiv għas-sajd ikkonċernat fl-1 ta’ Jannar 2015, ċerti dispożizzjonijiet fis-seħħ li jirrigwardaw il-miżuri tekniċi u r-regolamenti ta' kontroll li jmorru kontra l-obbligu tal-ħatt u jobbligaw lis-sajjieda jiskartaw il-ħut għandhom jitneħħew jew jiġu emendati.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament UE Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt isir obbligatorju mill-1 ta' Jannar 2015 għal ċerti speċijiet.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-fatt li l-eliminazzjoni tal-iskartar qed tiġi implimentata b’mod progressiv ifisser li l-emendar meħtieġ ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ħdan il-miżuri tekniċi u r-regolamenti ta’ kontroll attwali jista’ wkoll isir b’mod progressiv u, tassew, il-prinċipji ġenerali tat-tfassil tajjeb tal-liġijiet jissuġġerixxu li jekk wieħed jimxi fuq bażi ta' pass pass x’aktarx li r-riżultat ikun leġiżlazzjoni abbozzata kif għandu jkun.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Bil-għan li jiddisponi għall-inklużjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ skartar reġjonali r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE għandu jiġi emendat.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Huwa mistenni qafas ġdid ta' miżuri tekniċi sakemm issir ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-improbabbiltà li tali qafas ġdid ser ikun fis-seħħ sal-bidu tal-2015 meta l-obbligu tal-ħatt ser jiġi introdotti għall-ewwel darba tiġġustifika l-emenda jew it-tneħħija ta’ ċerti elementi tal-regolamenti fis-seħħ dwar il-miżuri tekniċi biex titneħħa l-inkompatibbiltà bejn dawn ir-regolamenti u l-obbligu tal-ħatt.

(2) Għandha ssir l-emenda jew it-tneħħija ta’ ċerti elementi tar-regolamenti fis-seħħ dwar il-miżuri tekniċi biex titneħħa l-inkompatibilità bejn dawn ir-regolamenti u l-obbligu tal-ħatt.

Ġustifikazzjoni

Hija kwistjoni ta’ aġġornament li jenfasizza l-fatt li r-riforma tal-politika komuni tas-sajd hija diġà adottata.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-obbligu tal-ħatt jikkostitwixxi bidla radikali għas-sajd, u l-2015 se tkun sena ta’ prova f’dik li hija l-implimentazzjoni ta’ dik il-bidla. Jeħtieġ li jinsiltu l-lezzjonijiet minn dan meta tkun qed issir l-implimentazzjoni tal-obbligu fis-sajd ikkonċernat wara l-2015.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Id-diċitura attwali tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-possibilità li miżuri tekniċi li huma marbuta b'mod strett mal-obbligu tal-ħatt jiġu inkorporati fil-pjanijiet tal-iskartar biex tkun tista’ ssir selettività akbar u biex il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar jitnaqqsu kemm jista’ jkun jeħtieġ li tiġi ċċarata.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Wieħed mill-effetti mhux mixtieqa li jistgħu jseħħu tal-obbligu tal-ħatt jista’ jkun l-iżvilupp ta’ attivitajiet speċifikament iddedikati għall-qbid tal-organiżmi tal-baħar li ma jkunux tad-daqs rekwiżit biex ikunu ddestinati għal finijiet minbarra dak tal-konsum mill-bniedem. Jeħtieġ li jiġi pprevenut l-iżvilupp ta’ dawn l-attivitajiet paralleli.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tippermettix li jiġu evitati ċerti effetti mhux mixtieqa tal-obbligu tal-ħatt. Il-possibilità li jitfaċċa suq parallel taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar li ma hemm xejn li jippermetti l-kontroll tiegħu fil-qafas attwali hija partikolarment inkwetanti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar għandu jiġi emendat billi jiġu stipulati il-qabdiet kollha mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt maqbuda b'eċċess għar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi ta' ħatt għal organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u billi jiġi stipulat li qabdiet mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għad-dispożizzjonijiet għal qabdiet inċidentali f'żoni speċifiċi, fi żmien speċifiku u għal tipi ta' rkaptu speċifiċi għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti.

(3) B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għall-ispeċijiet li għalihom japplika dak l-obbligu ibda mill-1 ta’ Jannar 2015, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar għandu jiġi emendat billi jiġu stipulati il-qabdiet kollha mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt maqbuda b'eċċess għar-regoli tal-kompożizzjoni tal-qabda għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti; billi jiġu sostitwiti d-daqsijiet minimi ta' ħatt għal organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt b'daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u billi jiġi stipulat li qabdiet mhux intenzjonati ta' organiżmi tal-baħar maqbuda b'eċċess għad-dispożizzjonijiet għal qabdiet inċidentali f'żoni speċifiċi, fi żmien speċifiku u għal tipi ta' rkaptu speċifiċi għandhom jinħattu, magħduda u mnaqqsa mill-kwoti.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tar-Regolament UE Nru 1380/2013, l-obbligu tal-ħatt isir obbligatorju mill-1 ta' Jannar 2015 għal ċerti speċijiet.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata ċertezza legali, id-dispożizzjonijiet dwar l-għeluq ta' żona għall-protezzjoni merluzz tal-linja sewda li għadu qed jikber fid-Diviżjoni VIb tal-ICES għandhom jiġu emendati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hija kwistjoni ta’ miżura teknika miżjuda mill-Kummissjoni Ewropea mingħajr rabta diretta mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt. Peress li r-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-implimentazzjoni stretta tal-obbligu tal-ħatt, ma hemm l-ebda ħlieġa li din il-miżura teknika tiġi inkluża. Hija se jkollha postha fil-qafas tar-reviżjoni tal-miżuri tekniċi li attwalment qed jiġu mħejjija mill-Kummissjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 li jistabbilixxi miżuri applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES) għandu jiġi emendat billi jistipula li fis-sajd bit-tkarkir tal-qiegħ għall-imriewaħ li kull qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt maqbuda b'eċċess għall-perċentwali permess ta' qbid inċidentali għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu ġie mħassar bil-għan li tiġi rrispettata l-iskeda gradwali tal-obbligu tal-ħatt li jiddisponi għaliha l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fil-fatt, l-obbligu tal-ħatt mhux se jkun japplika għall-bakkaljaw maqbud fil-Baħar tal-Irlanda ħlief mill-2016 jew l-2019.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond għandu jiġi emendat billi jistipula li l-qabdiet kollha ta’ speċijiet tal-baħar fond għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu ġie mħassar bil-għan li tiġi rrispettata l-iskeda gradwali tal-obbligu tal-ħatt li jiddisponi għaliha l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fil-fatt, l-obbligu tal-ħatt mhux se jkun japplika ħlief mill-2016 għall-ispeċijiet tal-ilmijiet fondi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt. Għal dan l-għan, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom japplikaw għal sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt; id-dejta dwar il-qabdiet tal-ispeċijiet kollha għandha tiġi rreġistrata rrispettivament għal-limitu tal-piż; id-dejta dwar il-qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għandha tiġi rreġistrata separatament; fid-dawl tad-diffikultà biex tiġi stabbilita l-kwantità eżatta ta' qabdiet żgħar abbord bastiment tas-sajd, għandu japplika marġni ogħla ta' tolleranza għall-istimi ta' qabdiet żgħar fil-ġurnal ta’ abbord u fid-dikjarazzjonijiet tat-trasbord; għandhom jiġu stabbiliti r-regoli għall-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod (REM) għar-reġistrazzjoni ta' dejta għall-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt fuq il-baħar; għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-istivar separat tal-qabdiet u l-kontroll tal-qabdiet tajbin għall-kummerċjalizzazzjoni anqas mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u għandhom jiġu definiti l-kundizzjonijiet għall-użu ta' osservaturi ta' kontroll għal skopijiet ta' monitoraġġ

(10) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 għandu jiġi emendat biex jiġi żgurat il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt. Il-qabdiet tal-ispeċijiet kollha għandhom jiġu rreġistrati li huma ta’ piż ogħla mil-limitu ta’ 50 kg; id-dejta dwar il-qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni għandha tiġi rreġistrata separatament; fid-dawl tad-diffikultà biex tiġi stabbilita l-kwantità eżatta ta' qabdiet żgħar abbord bastiment tas-sajd, għandu japplika marġni ogħla ta' tolleranza għall-istimi ta' qabdiet żgħar fil-ġurnal ta’ abbord u fid-dikjarazzjonijiet tat-trasbord; Il-prerogattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-monitoraġġ u l-ivverifikar tar-rispett tal-obbligu tal-ħatt fuq il-baħar għandhom jiġu rrispettati; għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-istivar separat tal-qabdiet u l-kontroll tal-qabdiet tajbin għall-kummerċjalizzazzjoni anqas mid-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni; u għandhom jiġu definiti l-kundizzjonijiet għall-użu ta' osservaturi ta' kontroll għal skopijiet ta' monitoraġġ

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-mezzi tekniċi u umani ta’ kontroll għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-ekwipaġġ skont il-liġi tax-xogħol u fir-rigward tad-deskrizzjoni personali u l-protezzjoni tal-privatezza.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba li l-iskartar jikkostitwixxi skart sostanzjali u jaffettwa negattivament l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi u minħabba li l-osservanza ġenerali tal-obbligu tal-ħatt minn operaturi hija essenzjali għas-suċċess tagħha, il-vjolazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għandu jkun definit bħala ksur serju. L-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt flimkien ma’ ċerti regoli dwar flessibiltajiet ġodda tal-kwota interannwali, jeħtieġu l-aġġustament tar-regoli dwar it-tnaqqis tal-kwoti u l-isforz.

(11) Minħabba li l-iskartar jikkostitwixxi skart sostanzjali u jaffettwa negattivament l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi u minħabba li l-osservanza ġenerali tal-obbligu tal-ħatt minn operaturi hija essenzjali għas-suċċess tagħha, il-vjolazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għandu jkun definit bħala ksur serju. Madankollu, meta jitqies it-tibdil fundamentali li dan jimplika għas-sajd, għandu jingħata żmien ta' adattament ta’ sentejn qabel ma l-vjolazzjonijiet tal-obbligu tal-ħatt jiġu kkunsidrati bħala ksur serju. L-introduzzjoni tal-obbligu tal-ħatt flimkien ma’ ċerti regoli dwar flessibiltajiet ġodda tal-kwota interannwali, jeħtieġu l-aġġustament tar-regoli dwar it-tnaqqis tal-kwoti u l-isforz.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni progressiva minn issa sal-2019 tista’ tippermetti lis-sajjieda jadattaw ruħhom għaliha.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 2347/2002 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(12) Ir-Regolamenti (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2187/2005, (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1098/2007 u (KE) Nru 1224/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jipproponi li jitħassru l-modifiki lil dawn iż-żewġ regolamenti peress li l-ispeċijiet ikkonċernati mhumiex marbuta bl-obbligu tal-ħatt mill-1 ta’ Jannar 2015, iżda minn data aktar tard.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Kapitolu -1– Artikolu -1(ġdid)

Regolament (KE) Nru 1380/2013

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Kapitolu -1

 

Regolament Bażiku

 

Artikolu -1

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013

 

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 15(5), il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

(a) dispożizzjonijiet speċifiċi rigward is-sajd jew l-ispeċijiet koperti mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1;

“(a) dispożizzjonijiet speċifiċi rigward is-sajd jew l-ispeċijiet koperti mill-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fil-paragrafu 1, bħalma huma l-miżuri tekniċi msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 7(2), immirati biex iżidu s-selettività tal-irkapti jew biex inaqqsu u kemm jista’ jkun jeliminaw il-qabdiet mhux mixtieqa;”

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 3 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(i) Qabdiet mhux intenzjonati għandha tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

"(i) ‘Qabdiet mhux intenzjonati’ għandha tfisser il-qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandhom jinħattu b’mod obbligatorju u jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew minħabba d-daqs tagħhom li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza ta’ konservazzjoni jew minħabba li nqabdu b’eċċess tar-regoli applikabbli ta’ kompożizzjoni tal-qabdiet jew b’eċċess tal-kwoti disponibbli.

 

___________

 

*Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun pprojbit meta ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness X minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-regoli dwar il-kompożizzjonijiet tal-qabdiet li jiddisponi għalihom l-Anness X tar-Regolament preżenti ma għandhomx japplikaw fil-każ tas-sajd li għalih l-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-qabdiet mhux intenzjonati magħmula fis-sajd ikkonċernat għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun projbit meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi minn I sa V ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-regoli dwar il-kompożizzjonijiet tal-qabdiet li jiddisponu għalihom l-Annessi I sa V tar-Regolament preżenti ma għandhomx japplikaw fil-każ tas-sajd li għalih l-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-qabdiet mhux intenzjonati magħmula fis-sajd ikkonċernat għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4) Fl-Artikolu 7(5), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

imħassar

"L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-krustaċji tal-ispeċi Pandalus huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Madankollu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dawk il-krustaċji bix-xbieki li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu li mhumiex mgħammra skont dak is-subparagrafu. Qabdiet mhux intenzjonati magħmula b'dawn ix-xbieki għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

 

Ġustifikazzjoni

Dan is-subparagrafu jirrigwarda l-pandalus, li huwa speċi li mhix se tkun suġġetta għall-obbligu tal-ħatt ħlief wara l-2016.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5) Fl-Artikolu 10, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

imħassar

"Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, iż-żamma abbord jewil-ħatt ma għandhomx ikunu pprojbiti meta ma jistax jinkiseb il-perċentwali minimu ta’ molluski bivalvi minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

 

Ġustifikazzjoni

Dan is-subparagrafu jirrigwarda s-sajd demersali li mhux se jkun suġġett għall-obbligu tal-ħatt ħlief wara l-2016.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-użu jew iż-żamma abbord ta’ għeżula ankrati mal-qiegħ, xbieki tat-tħabbil jew pariti ma għandhomx ikunu pprojbiti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-punt (a) ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

"Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, ir-regoli dwar il-kompożizzjonijiet tal-qabdiet li jiddisponu għalihom l-Annessi VI u VII tar-Regolament preżenti ma għandhomx japplikaw fil-każ tas-sajd li għalih l-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-qabdiet mhux intenzjonati magħmula fis-sajd ikkonċernat għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qabel ma jibdew jistadu fi kwalunkwe żona ta’ ġestjoni fuq vjaġġ tas-sajd speċifiku, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd għandhom jiżguraw li għandhom il-kwoti għall-istokkijiet soġġetti għal limiti tal-qbid li huma biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni tal-qbid probabbli tagħhom u l-perċentwali permessi matul dak il-vjaġġ."

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kaptani tal-bastimenti ma jistgħux jassiguraw ruħhom li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kwoti biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni probabbli tal-qabda tagħhom waqt li jkunu barra fuq il-baħar. In-natura stess tal-attività tas-sajd tagħmilha impossibbli li jsiru previżjonijiet dwar il-volum tal-qabdiet li jkunu se jsiru waqt ħarġa fuq il-baħar.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

2. Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, jinħattu u jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem. .

 

Ladarba dawk il-qabdiet ikunu tħattew, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-iżgurar tal-ħżin tagħhom jew biex isibu x’ser isir minnhom.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-inċertezza kbira li teżisti biex jinstab x'se jsir mill-organiżmi tal-baħar żgħar ladarba jkunu tħattew l-art u minħabba li l-kaptani ma huma se jiggwadanjaw xejn minn dawn l-iżbarki, il-problema tal-ħżin tal-organiżmi fuq il-mollijiet għandha tiġi antiċipata u għandu jiġi ċċarat f'dan l-istadju li dan mhuwiex se jkun ir-responsabilità tas-sajjieda.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Minkejja l-paragrafu 2, is-sardin, l-inċova, is-sawrell u l-kavalli żgħar maqbuda sabiex jintużaw bħala lixka ħajja jistgħu jinżammu abbord, kemm-il darba jinżammu ħajjin.

Emenda   27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għas-sardin, l-inċova, l-aringi, il-kavalli u s-sawrell, f'limitu ta' 10% skont il-piż ħaj tal-qabdiet totali miżmuma abbord ta' kull waħda minn dawn l-ispeċijiet.

 

Il-persentaġġ ta' sardin, inċova, aringi, sawrell jew kavalli żgħar għandu jiġi kkalkolat bħala l-proporzjon skont il-piż ħaj tal-organiżmi kollha tal-baħar abbord wara li jkunu ġew magħżula jew wara li jkunu tħattew l-art.

 

Il-persentaġġ jista' jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' kampjun rappreżentattiv wieħed jew aktar. Il-limitu ta' 10% m'għandux jinqabeż waqt it-trasbord, il-ħatt, it-trasport, il-ħżin, il-wiri jew il-bejgħ.

Emenda   28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 19 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Skont l-objettiv stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiżguraw li, fil-pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni li huma jressqu skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, il-ħatt ta’ organiżmi tal-baħar żgħar kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma jwassalx għall-iżvilupp ta’ attivitajiet immirati speċifikament lejn il-qbid ta' dawk l-organiżmi tal-baħar skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

 

 

Meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli rekwiżiti mill-Artikolu 28(7) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, l-Istati Membri għandhom jaraw li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jissodisfaw l-obbligu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

 

Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika studju dwar l-użijiet tal-organiżmi tal-baħar żgħar u d-diversi possibilitajiet ta’ x’għandu jsir minnhom.

 

________

 

* Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).

Emenda   29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 29c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-Artikolu 29c jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 29c

 

Il-kaxxa Rockall Haddock fis-subżona VI tal-ICES

 

1. All fishing, except with longlines, shall be prohibited in the areas enclosed by sequentially joining with rhumb lines the following coordinates, which shall be measured according to the WGS84 system:

 

– 57o00' N, 15o00' O

 

– 57o00' N, 14o00' O

 

– 56o30' N, 14o00' O

 

– 56o30' N, 15o00' O

 

– 56o30' N, 15o00' O

 

– 57o00' N, 15o00' O.».

 

Ġustifikazzjoni

Hija kwistjoni ta’ miżura teknika miżjuda mill-Kummissjoni Ewropea mingħajr rabta diretta mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt. Minħabba li dan ir-regolament huwa maħsub għall-implimentazzjoni stretta tal-obbligu tal-ħatt, ma hemmx bżonn li jkun jinkludi din il-miżura teknika. Din il-miżura jkollha lokha fil-qafas tar-reviżjoni tal-miżuri tekniċi li attwalment qed jitħejjew mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt a

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 29d – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-ħut jew il-frott tal-baħar li hemm referenza għalihom fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut jew frott tal-baħar mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut jew frott tal-baħar bħal dawn għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċijiet soġġetti mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. Madankollu, is-sajd immirat speċifikament għall-ispeċijiet li mhumiex elenkati fl-imsemmi punt (b) għandu jkun ipprojbit.”.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19 – punt b

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 29d – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-ħut li hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut bħal dan għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti.

Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċijiet soġġetti mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. Madankollu, is-sajd immirat speċifikament għall-ispeċijiet li mhumiex elenkati fl-imsemmi punt (b) għandu jkun ipprojbit..

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 29a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fejn il-ħut li hemm referenza għalih fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu huwa soġġett għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-kundizzjoni stipulata f’dak il-punt (b) għandha tiġi sostitwita mill-kundizzjoni li tali ħut mhuwiex fil-mira. Qabdiet mhux intenzjonati ta’ ħut bħal dan għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti".

Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-ispeċijiet soġġetti mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. Madankollu, is-sajd immirat għal speċijiet li mhumiex elenkati fl-imsemmi punt (b) għandu jkun ipprojbit”;

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlatur jixtieq li l-obbligu tal-ħatt jiddaħħal fis-seħħ b’mod gradwali; jeħtieġ li tiġi rrispettata l-iskeda indikata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (CE) Nru 1380/2013 u li jissemmew biss l-ispeċijiet ikkonċernati mill-2015 ’il quddiem. Il-modifika proposta ma tibdilx is-sens tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għas-sajd tal-bakkaljaw, il-merluzz tal-linja sewda u l-merlangu tas-subżona VII tal-ICES.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 29f – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fl-Artikolu 29f, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

imħassar

"1a.Meta l-linarda hija soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], il-projbizzjoni taż-żamma abbord stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika. Madankollu, fil-perjodu u fiż-żoni li hemm referenza għalihom f’dak il-paragrafu, għandu jkun ipprojbit is-sajd għal dik l-ispeċi. Il-qabdiet mhux intenzjonati tal-linarda għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti”.

 

Ġustifikazzjoni

Billi l-leġiżlatur xtaq li jkun hemm dħul fis-seħħ gradwali tal-obbligu tal-ħatt, hemm lok li tiġi rrispettata l-iskeda indikata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (CE) Nru 1380/2013. Il-linarda mhijiex ikkonċernata mill-obbligu tal-ħatt ħlief wara l-2015.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2187/2005

Artikolu 2 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(p) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

"(p) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser il-qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandhom jinħattu b’mod obbligatorju u jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew minħabba d-daqs tagħhom li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza ta’ konservazzjoni jew minħabba li nqabdu b’eċċess tar-regoli applikabbli ta’ kompożizzjoni tal-qabdiet jew b’eċċess tal-kwoti disponibbli.

 

___________

 

* Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2187/2005

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jibdew is-sajd f’kull żona ta’ ġestjoni fuq vjaġġ tas-sajd speċifiku, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd kollha għandhom jiżguraw li għandhom kwoti għall-istokkijiet suġġetti għal limiti tal-qbid li huma biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni tal-qbid probabbli tagħhom u l-perċentwali li jinsabu fl-Annessi II u III.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kaptani tal-bastimenti ma jistgħux jassiguraw ruħhom li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom kwoti biżżejjed biex ikopru l-kompożizzjoni probabbli tal-qabda tagħhom waqt li jkunu barra fuq il-baħar. In-natura stess tal-attività tas-sajd tagħmilha impossibbli li jsiru previżjonijiet dwar il-volum tal-qabdiet li jkunu se jsiru waqt ħarġa fuq il-baħar.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Regolament (KE) Nru 2187/2005

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Organiżmi tal-baħar żgħar, li huma ta’ speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, jinħattu u jingħaddu skont il-kwoti. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

3. F'dak li għandu x'jaqsam ma' organiżmi tal-baħar żgħar li huma ta' speċi soġġetta għall-obbligu tal-ħatt, japplika l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ladarba dawk il-qabdiet ikunu tħattew, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-iżgurar tal-ħżin tagħhom jew biex isibu x’ser isir minnhom. L-Artikolu 2(2)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni relevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 142/2011 ma għandhomx japplikaw.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 2 – punt 18 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(18) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

"(18) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser il-qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandhom jinħattu b’mod obbligatorju u jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew minħabba d-daqs tagħhom li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza ta’ konservazzjoni jew minħabba li nqabdu b’eċċess tar-regoli applikabbli ta’ kompożizzjoni tal-qabdiet jew b’eċċess tal-kwoti disponibbli.

 

___________

 

* Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabdiet mhux mixtieqa ta’ organiżmi tal-baħar żgħar li huma soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx] għandhom jinżammu abbord, u jinħattu. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar żgħar li huma soġġetti mill-1 ta’ Jannar 2015 għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jiġifieri s-sardin, l-inċova, il-kavalli u s-sawrell maqbuda permezz ta’ rkaptu pelaġiku, għandhom jinżammu abbord, u jinħattu. Ma għandhomx jinbiegħu, jitqiegħdu għall-wiri jew offruti għall-bejgħ għall-konsum mill-bniedem.

 

Ladarba dawk il-qabdiet ikunu tħattew, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-iżgurar tal-ħżin tagħhom jew biex isibu x’ser isir minnhom.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-paragrafu 3 jitħassar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-punt (b) huwa relatat ma' deroga fir-rigward tad-daqsijiet minimi għall-organiżmi tal-baħar fil-każ taż-żgħar tas-sardin li jinħatt l-art għall-konsum mill-bniedem. Din id-deroga hija applikabbli biss f'ċerti każijiet stretti, b'mod partikolari meta l-qabda tkun ġiet operata permezz ta' tartaruni jew tartaruni tax-xatt meta dawn il-qabdiet jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu fis-seħħ. Jeħtieġ li din id-deroga tinżamm kif inhi.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1098/2007

Artikolu 3 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(g) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

"(g) Qabdiet mhux intenzjonati tfisser il-qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, għandhom jinħattu b’mod obbligatorju u jingħaddu u jinqatgħu mill-kwoti jew minħabba d-daqs tagħhom li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza ta’ konservazzjoni jew minħabba li nqabdu b’eċċess tar-regoli applikabbli ta’ kompożizzjoni tal-qabdiet jew b’eċċess tal-kwoti disponibbli.

 

___________

 

* Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).”

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1098/2007

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 8(3) huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta’ ħafna speċijiet għall-Baħar Baltiku tiddisponi għall-abolizzjoni tal-iskema tal-jiem fuq il-baħar. Din il-bidla tista’ diġà tiġi implimentata meta jidħol fis-seħħ ir-Regolament Omnibus.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 254/2002

 

Ir-Regolament (KE) Nru 254/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:

 

1) Fl-Artikolu 3(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun ipprojbit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. "

 

2) Fl-Artikolu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, il-ħatt ma għandux ikun ipprojbit jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak is-subparagrafu ma jistgħux jiġu osservati minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ organiżmi tal-baħar soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti."

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu hu mħassar bil-għan li tiġi rrispettata l-iskeda gradwali tal-obbligu tal-ħatt li jiddisponi għaliha l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fil-fatt, l-obbligu tal-ħatt mhux se jkun japplika għall-bakkaljaw li jinqabad fil-Baħar tal-Irlanda ħlief mill-2016 jew l-2019.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2347/2002

 

Ir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 huwa b'dan emendat kif ġej:

 

1) Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt (f) li ġej:

 

“f) 'Qabdiet mhux intenzjonati' tfisser qabdiet inċidentali ta’ organiżmi tal-baħar li għalihom huwa pprojbit is-sajd fiċ-ċirkostanzi rilevanti."

 

2) Fl-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

 

"Bastimenti tas-sajd li ma jkollhomx permess tal-baħar fond għandhom ikunu pprojbiti milli jistadu għal speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg għal kull vjaġġ fuq il-baħar. Speċijiet tal-baħar fond li jaqbżu l-100 kg maqbuda minn dawn il-bastimenti ma għandhomx jinżammu abbord, jiġu ttrasbordati jew jinħattu l-art.

 

B’deroga mit-tieni subparagrafu, iż-żamma abbord, it-trasbord u l-ħatt ma għandhomx ikunu pprojbiti jekk il-limitu ta' 100 kg stabbilit f’dak is-subparagrafu limitu jinqabeż minħabba qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet tal-baħar fond soġġetti għall-obbligu tal-ħatt stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]. Dawk il-qabdiet mhux intenzjonati għandhom jinħattu, jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwoti. "

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu hu mħassar bil-għan li tiġi rrispettata l-iskeda gradwali tal-obbligu tal-ħatt li jipprovdi għaliha l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Fil-fatt, l-obbligu tal-ħatt mhux se jkun japplika ħlief mill-2016 għall-ispeċijiet tal-ilmijiet fondi.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artiklu 7(1) huwa emendat kif ġej:

imħassar

(a) Il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:

 

“(e) l-obbligu tal-ħatt f'parti mis-sajd jew fis-sajd kollu kif hemm referenza fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx]."

 

(b) Il-punt (i) li ġej għandu jiżdied:

 

“(f) każijiet oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni."

 

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tirrikjedi li l-bastimenti li l-attivitajiet tas-sajd tagħhom huma jew parzjalment jew għalkollox soġġetti għall-obbligu tal-ħatt jottjenu awtorizzazzjoni tas-sajd speċifika fir-rigward tal-obbligu tal-ħatt. Din l-awtorizzazzjoni tiżdied mal-awtorizzazzjonijiet li diġà jeżistu u żżid il-piżijiet amministrattivi tas-sajjieda professjonali u tal-Istati Membri.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"1. Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fi pjanijiet multiannwali, il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b’tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord."

"1. Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fi pjanijiet pluriennali, il-kaptan ta' kull bastiment tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ 10 metri jew aktar għandu jżomm ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament, għal kull darba li joħroġ fuq il-baħar għas-sajd, il-kwantitajiet kollha ta’ kull speċi maqbuda u miżmuma abbord li jaqbżu l-50 kg f'ekwivalenti ta' piż ħaj."

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2 –punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

"Il-marġni ta’ tolleranza permess fi stimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha. Fejn għal speċi waħda jew aktar, il-qabda totali rispettiva tkun anqas minn 50 kilogramm, il-marġni permess ta’ tolleranza għandu jkun ta’ 20 %.";

 

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li ssir reviżjoni tal-marġini tat-tolleranza u li r-reġistrazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord isir obbligatorju għal kull qabda, ħaġa li tinvolvi spejjeż amministrattivi għas-sajjieda. Ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-ġurnal ta’ abbord li huma ta’ minn 50kg ’il fuq f’ekwivalenti ta' piż ħaj hekk kif jiddisponi l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009 hija rilevanti.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

“4. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jirreġistraw ukoll, fil-ġurnal ta’ abbord dwar is-sajd tagħhom, l-iskartar kollu stmat ta’ kwalunkwe speċi."

 

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni fil-ġurnal ta’ abbord jiġi estiż għall-qabdiet kollha miżmuma abbord, kif ukoll dawk li attwalment jintremew, ikun xi jkun il-volum ta' qabdiet. Din l-emenda mhijiex iġġustifikata fil-qafas tar-Regolament preżenti għax mhijiex strettament marbuta mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 4 –punt c

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 21 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

"Il-marġni permess ta’ tolleranza fi stimi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tat-trasbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut trasbordat jew riċevut għandu jkun 10 % għall-ispeċijiet kollha. Fejn għal speċi waħda jew aktar, il-qabda totali rispettiva tkun anqas minn 50 kilogramm, il-marġni permess ta’ tolleranza għandu jkun ta’ 20 %."

 

Ġustifikazzjoni

Ir-reġistrazzjoni tal-qabdiet fil-ġurnal ta’ abbord li huma ta’ 50kg ’il fuq f’ekwivalenti ta' piż ħaj hekk kif jiddisponi l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1224/2009 hija rilevanti, u għalhekk mhuwiex meħtieġ li dan jiġi modifikat fir-regolament preżenti.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 25a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 25a

"Artikolu 25a

Monitoraġġ elettroniku mill-bogħod

Monitoraġġ, kontroll u reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

1. Bastimenti tas-sajd li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew deċiżjoni ta' Stat Membru, huma soġġetti għall-użu ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod għall-iskopijiet ta' monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt kif stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) [xxxx], għandu jkollhom it-tagħmir tas-sistema ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod installat. Dik is-sistema għandha tiżgura r-reġistrazzjoni, il-ħin kollu, tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-attivitajiet marbuta magħhom b'kameras, inkluż l-ipproċessar ta' kull qabda.

1. Skont l-iskeda għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt spjegat fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, id-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-attivitajiet marbuta magħhom, inkluż l-ipproċessar ta' kull qabda, għandha tiġi rreġistrata.

2. Il-bastimenti tas-sajd li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu mgħammra b’dan li ġej:

2. Skont id-dritt tal-Unjoni jew skont deċiżjonijiet speċifiċi adottati minn Stat Membru, ir-reġistrazzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir bl-użu ta’ dejta trasparenti dwar il-qabdiet u bl-użu ta’ ġurnal ta’ abbord u:

(a) mekkaniżmi għall-ħżin tad-dejta li jinqalgħu approvati mill-awtoritajiet kompetenti fejn l-immaġini kollha tal-attivitajiet tas-sajd għandhom ikunu miżmuma f’kull ħin; kif ukoll

(a) sistema ta’ osservatur abbord, jew

(b) sensers imwaħħlin mas-sistemi li joperaw l-irkaptu tas-sajd u mal-winċ jew il-kapstan tax-xbiek, li jirreġistraw il-movimenti kollha marbuta mat-tqegħid u l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd.

(b) sistema ta’ spezzjoni fuq il-baħar’, operata bl-użu ta’ inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-pattulja; jew

 

(c) sistema ta’ sorveljanza elettronika mill-bogħod, jew jew

 

(d) kwalunkwe sistema oħra ta’ sorveljanza ekwivalenti.

 

Is-sistemi kif imsemmija fil-punti (a) sa (d) għandhom jiggarantixxu r-rispett tad-dritt tal-Unjoni u tad-dritt nazzjonali applikabbli fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta, kif ukoll il-liġi tax-xogħol, id-dritt tal-persuni li jikkontrollaw l-użu tal-immaġni tagħhom u d-dritt għall-privatezza tal-baħħara kkonċernati.

3. Is-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod installati abbord il-bastimenti tas-sajd għandhom joperaw bis-sħiħ awtomatikament, ma jippermettux input jew output foloz ta’ pożizzjonijiet, u ma għandhomx ikunu jistgħu jitħaddmu manwalment.

3. Bil-ħsieb li jiġu stabbiliti modalitajiet ta’ sistemi ta’ monitoraġġ kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:

 

(a) l-istabbiliment ta’ rekwiżiti u kriterji komuni li għandhom jiġu ssodisfati minn tali sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(b) id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata minn tali sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u t-tul taż-żmien li għalih għandha tinżamm id-dejta.

4. l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom il-kapaċità teknika biex janalizzaw l-informazzjoni pprovduta mis-sistema ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u jagħmlu użu effettiv minnha.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom ir-riżorsi tekniċi u umani biex janalizzaw u jagħmlu użu effettiv tad-dejta relatata mal-attivitajiet tas-sajd u attivitajiet relatati, inkluż l-ipproċessar tal-qabda.”

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 119a fir-rigward ta’:

 

(a) id-dejta li għandha tiġi rreġistrata u pproċessata bis-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(b) ir-responsabbiltajiet tal-kaptani dwar is-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(c) il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas tekniku jew nuqqas ta’ funzjonament tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(d) obbligi ta’ rappurtar ta’ Stati Membri dwar l-użu tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod.

 

6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli ddettaljati dwar:

 

(a) ir-rekwiżiti tas-sistemi ta' monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(b) l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod;

 

(c) il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri tal-bandiera;

 

(d) l-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta tas-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 119(2)."

 

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 49a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 49a

"Artikolu 49a

Stivar separat ta’ qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

Stivar ta’ qabdiet taħt id-daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni

1. Il-qabdiet kollha taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli miżmuma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom jitpoġġew f’kaxxi, kompartamenti jew kontenituri separati minn kull stokk b’tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra.

1. Il-qabdiet kollha taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli miżmuma abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għandhom j itpoġġew f’kaxxi, kompartamenti jew kontenituri b’tali mod li jkunu identifikabbli minn kaxxi, kompartamenti jew kontenituri oħra.

2. Għandha tkun projbita ż-żamma, abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur, ta’ kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet taħt id-daqs minimu sta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli mħallta ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

2. Għandha tkun projbita ż-żamma, abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni, fi kwalunkwe kaxxa, kompartament jew kontenitur, ta’ kwalunkwe kwantità ta’ qabdiet taħt id-daqs minimu sta’ referenza għall-konservazzjoni applikabbli mħallta ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd ieħor.

3. Il-paragrafi 2 u 3 ma japplikawx:

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx:

fejn il-qabdiet ikun fihom aktar minn 80 % ta’ merluzz tan-Norveġja u sallur tar-ramel maqbuda għal skopijiet mhux maħsuba għall-konsum mill-bnedmin jew ta’ wieħed jew aktar mill-ispeċijiet li ġejjin:

(a) fejn il-qabdiet ikun fihom aktar minn 80 % ta’ speċi pelaġika waħda jew aktar jew speċijiet minn sajd industrijali, kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

 

(b) għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru.

– kavalli

 

– aringi

 

– sawrell

 

– stokkafixx

 

– minfaħ

 

– inċova

 

– arġentina

 

– sardin

 

– laċċa kaħla

 

– għal bastimenti tas-sajd b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru, fejn qabdiet taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jkunu ġew magħżula, miżuna u rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord.

 

4. Għall-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kompożizzjoni tal-qabda permezz ta’ teħid ta’ kampjuni."

4. Għall-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-kompożizzjoni tal-qabda permezz ta’ teħid ta’ kampjuni."

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 59 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Fl-Artikolu 59, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"(3a) Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-qabdiet ta’ speċijiet li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni sa kwantità ta’ 30 kg maqbuda minn bastimenti tas-sajd li jkollhom tul ta’ inqas minn 12-il metru jistgħu jinbiegħu lix-xerrejja lokali rreġistrati jew lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għall-konsum immedjat mill-bniedem.”

Ġustifikazzjoni

Eżenzjoni mill-projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar ħafna ta’ ħut żgħir (eż. 30 kg) tista’ tevita l-ħtieġa li s-sajd kostali fuq skala żgħira (bastimenti ta’ tul ta’ inqas minn 12-il metru) juża sistemi ta’ ġbir li jiswew ħafna.

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 119

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25a(5) għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [...]*

 

_____________

 

*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu, il-punti (15) u (16) tal-Artikolu 7 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2017.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Anness I

Regolament (KE) Nru 850/98

Anness XII

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Anness XII jinbidel b’dan li ġej:

(1) Fl-Anness XII tar-Regolament (UE) Nru 850/98, it-terminu “Daqsijiet minimi” jinbidel bit-terminu “Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni”.

[…]

 

Ġustifikazzjoni

Din għandha l-għan li tipprevjeni l-possibilità li jseħħu inkonsistenzi ġuridiċi bejn l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi, u mhux ir-riforma estensiva ta’ din tal-aħħar.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Anness II

Regolament (KE) Nru 2187/2005

Anness IV

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Anness IV jinbidel b’dan li ġej:

(1) Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 2187/2005, it-terminu “Daqsijiet minimi” jinbidel bit-terminu “Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni”.

[…]

 

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li tiġi evitata kwalunkwe possibilità li jseħħu inkonsistenzi ġuridiċi bejn l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi tal-Baħar Baltiku, u mhux ir-riforma estensiva ta’ din tal-aħħar.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Anness III

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Anness III

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jinbidel b'dan li ġej:

(1) Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, it-terminu “Daqsijiet minimi” jinbidel bit-terminu “Daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni”.

[…]

 

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li tiġi evitata kwalunkwe possibilità li jseħħu inkonsistenzi ġuridiċi bejn l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-regolamentazzjoni tal-miżuri tekniċi tal-Baħar Mediterran, u mhux ir-riforma estensiva ta’ din tal-aħħar.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-riforma tal-politika komuni tas-sajd adottata mil-leġiżlatur matul il-mandat preċedenti ddaħħal bidliet fundamentali fir-regoli applikabbli għas-sajd. B’mod partikolari, l-Artikolu 15 tar-regolament ta’ bażi tal-politika komuni tas-sajd jimponi obbligu ta’ ħatt tal-qabdiet kollha. Dan l-obbligu se jidħol fis-seħħ b’mod progressiv bejn l-2015 u l-2019.

Konsegwentement, is-sajjieda għandhom iħottu l-qabdiet mhux intenzjonati kollha li mhumiex kummerċjabbli kemm jekk minħabba n-nuqqas ta' kwota, kemm jekk minħabba daqs li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni.

Peress li dan l-obbligu ta’ ħatt imur kontra għadd ta’ regolamenti Ewropej li attwalment jinsabu fis-seħħ, il-Kummissjoni pproponiet regolament imsejjaħ “omnibus” li għandu l-għan li jimmodifika b’mod parallel seba’ regolamenti biex jirrendihom kompatibbli mal-Artikolu 15 tar-regolament ta’ bażi tal-politika komuni tas-sajd. Fil-fatt, ir-regoli attwali jimponu fuq is-sajjieda li jarmu fil-baħar il-qabdiet mhux kummerċjabbli. Jeħtieġ għalhekk li din il-kontradizzjoni għall-obbligu tal-ħatt titneħħa.

Ir-regolamenti modifikati mill-omnibus huma dawn li ġejjin:

•   ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar ta' organiżmi tal-baħar;

•   ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound;

•    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran;

•    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet;

•    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2002 li jistabbilixxi miżuri applikabbli fl-2002 għall-irkupru tal-istokk tal-bakkaljaw fil-Baħar Irlandiż (id-diviżjoni VIIa tal-ICES);

•    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' ħażniet tal-baħar fond u

•   ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

Ir-rapporteur iqis li l-modifiki introdotti mill-omnibus għandhom jiġu strettament limitati għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għas-sajd ikkonċernat fl-1 ta’ Jannar 2015, jiġifieri:

•   is-sajd pelaġiku żgħir (jiġifieri s-sajd għall-kavalli, aringi, sawrell, stokkafixx, pixxitrumbetta, inċova, arġentina, sardin u laċċa kaħla);

•   is-sajd pelaġiku kbir (jiġifieri sajd għat-tonn, pixxispad, alonga, tonn obeż, marlin blu u marlin abjad);

•   is-sajd għal skopijiet industrijali (jiġifieri s-sajd għall-capelin, ċiċċirell u Norway pout);

•   is-sajd għas-salamun fil-Baħar Baltiku;

•   l-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd fil-Baħar Baltiku minbarra dawk imsemmija aktar ’il fuq.

Ir-rapporteur iqis li l-allinjament ġuridiku għas-sajd soġġett għall-obbligu tal-ħatt wara l-2015 għandu jsir ulterjorament, skont il-qafas il-ġdid ta’ miżuri tekniċi li l-Kummissjoni se tipproponi ftit xhur oħra. L-omnibus għandu għaldaqstant jikkonċerna biss il-problemi urġenti tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt għas-sajd ikkonċernat fl-2015. Ir-rapporteur jipproponi għalhekk li jitħassru d-dispożizzjonijiet relatati ma’ sajd ieħor. Huwa jenfasizza li s-sena 2015 se tkun sena ta' ttestjar biex jiġu vvalutati l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt.

Għalhekk, ir-rapporteur jinnota li ċerti modifiki proposti mill-Kummissjoni jmorru lil hinn minn sempliċi allinjament mal-obbligu tal-ħatt. Huwa jipproponi għalhekk li jitħassru l-modifiki li ġejjin, li jirriżultaw mill-miżuri tekniċi jew ta’ kontroll u mhux mill-kompatibilità ġuridika mal-obbligu tal-ħatt:

•   Ir-Regolament 850/98, Artikolu 15 u r-Regolament 2187/2005, Artikolu 12: Tħassir tad-dispożizzjonijiet li jimponu fuq il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd li jkollhom kwoti suffiċjenti. Dan huwa vag wisq u impossibbli li jiġi implimentat.

•   Ir-Regolament 1224/2009, Artikolu 14: Il-modifika dwar l-indikazzjonijiet fil-ġurnal tas-sajd mhijiex marbuta mal-obbligu tal-ħatt. Jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet attwali jinżammu kif inhuma.

•   Ir-Regolament 1224/2009, Artikolu 25a: Ir-rapporteur jipproponi li dan l-artikolu dwar il-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod jiġi simplifikat filwaqt li jfakkar li l-Istati Membri huma responsabbli mill-kontroll u għalhekk huma ħielsa li jkollhom il-modalitajiet tagħhom. L-omnibus m’għandux jiġġeneralizza l-monitoraġġ elettroniku mill-bogħod.

•   Ir-Regolament 1224/2009, Artikolu 49a: Ir-rapporteur jipproponi li jitħassar l-obbligu li l-qabdiet ta’ daqs li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jiġu stivati f'kaxxi separati għal kull stokk. Minbarra l-kumplessità li tinħoloq għas-sajjieda, din id-dispożizzjoni mhijiex meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt.

Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li jiżdied in-nuqqas ta’ rispett tal-obbligu tal-ħatt mal-lista tal-vjolazzjonijiet serji koperti mir-regolament 1224/2009 u, konsegwentement, li jiġi applikat il-permess b’sistema ta’ punti għal dan il-ksur. Ir-rapporteur ma jopponix dan l-approċċ iżda jipproponi li jiġi implimentat b'mod progressiv minn issa sal-2019 bil-għan li s-sajjieda jitħallielhom żmien biżżejjed biex jadattaw ruħhom għalih.

Fl-aħħarnett, ir-rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni ma tippermettix li jiġu evitati ċerti effetti mhux mixtieqa tal-obbligu tal-ħatt. Huwa jinkwieta b’mod partikolari dwar il-possibilità li jitfaċċa suq parallel tal-ħut li għadu qed jikber li ma hemm xejn li jippermetti l-kontroll tiegħu fil-qafas attwali hija partikolarment inkwetanti. Huwa jipproponi għalhekk li f'dan ir-rigward tiġi msaħħa r-responsabilità tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-qafas tal-pjanijiet ta' produzzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni.


PROĊEDURA

Titolu

L-obbligu tal-ħatt

Referenzi

COM(2013)0889 – C7-0465/2013 – 2013/0436(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.12.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.1.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.1.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

14.7.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Alain Cadec

22.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.9.2014

16.10.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, Ian Duncan, Sylvie Goddyn, Marek Józef Gróbarczyk, Anja Hazekamp, Mike Hookem, Francisco José Millán Mon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy

Data tat-tressiq

11.12.2014

Avviż legali