Proċedura : 2014/2183(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0063/2014

Testi mressqa :

A8-0063/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2014 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0082

RAPPORT     
PDF 244kWORD 130k
11.12.2014
PE 541.646v02-00 A8-0063/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, imressqa mill-Greċja)

(COM(2014)0702 – C8-0245/2014 – 2014/2183(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Monika Vana

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas, imressqa mill-Greċja)

(COM(2014)0702 – C8-0245/2014 – 2014/2183(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0702 – C8‑0245/2014),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1) (Regolament FEG)

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba(3) (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0063/2014),

A.     billi l-Unjoni stabbilixxiet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji jew dawk ta' kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin lil dawk il-ħaddiema jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

B.     billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u wara li jkun ġie kkunsidrat kif dovut il-FII tat-2 ta’ Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mobilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG);

C.     billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju ta' mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi stabbilita għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex tiżdied l-effiċjenza fit-trattament tal-applikazzjonijiet għall-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni, biex jiġu estiżi l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għaż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati l-inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D.     billi l-awtoritajiet Griegi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas S.A fid-29 ta' Lulju 2014 wara t-tkeċċija ta' 551 ħaddiema f'Odyssefs Fokas S.A., impriża li kienet topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Rev. 2 diviżjoni 47 ("Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi");

E.     billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG;

1.      Jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet Griegi qiesu l-benefiċċji kbar ta' dan l-istrument baġitarju u diġà użawh bosta drabi bħala mezz biex jiffaċċjaw l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika;

2.      Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ssottomettew l-applikazzjoni skont il-kriterju ta' intervent tal-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi mill-anqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja jew li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'impriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja jew persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet fir-rigward tal-fornituri tagħha u tal-produtturi tagħha aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni;

3.      Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ssottomettew l-applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG fid-29 ta' Lulju 2014 u li l-valutazzjoni tagħha tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni fil-11 ta' Novembru 2014; jilqa' l-valutazzjoni rapida ta' anqas minn ħames xhur;

4.      Jinnota li l-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-avvenimenti li wasslu għas-sensji kienu prinċipalment tnejn: it-tnaqqis tad-dħul disponibbli għall-unitajiet domestiċi ― minħabba ż-żieda fil-piż tat-taxxa, it-tnaqqis fis-salarji (kemm ta’ impjegati privati kif ukoll ta' ħaddiema tal-gvern) u ż-żieda fil-qgħad ― li rriżultaw fi tnaqqis qawwi tal-kapaċità tal-akkwist; u t-tnaqqis drastiku ta’ self lil intrapriżi u lil individwi minħabba n-nuqqas ta’ likwidità fil-banek Griegi;

5.      Jaqbel li dawn il-fatturi huma marbutin mal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009(4) u li l-Greċja għaldaqstant hija intitolata għal kontribuzzjoni mill-FEG;

6.      Jinnota li sal-lum, is-settur tal-bejgħ bl-imnut kien is-suġġett ta' tliet applikazzjonijiet għall-FEG, tnejn minnhom mill-Greċja, ibbażati wkoll fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

7.      Jinnota li dawn is-sensji sejrin ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad f'pajjiż fejn matul il-perjodu 2008-2013 in-numru ta' persuni qiegħda żdied b'erba' darbiet u li jippreżenta l-ogħla rata ta’ qgħad fost l-Istati Membri u l-ħames l-ogħla waħda madwar id-dinja; jinsab partikolarment imħasseb dwar ir-reġjuni ta' Attika u tal-Maċedonja Ċentrali, li jikkonċentraw 90 % tas-sensji u li diġà jippreżentaw rati ta' qgħad 'il fuq mill-medja nazzjonali ta' 27.5 %;

8.      Jinnota li minbarra l-551 sensja matul il-perjodu ta' referenza, il-benefiċjarji eliġibbli jinkludu 49 ħaddiem imkeċċi qabel il-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur, u b'hekk l-għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli jammonta għal 600 persuna; jinnota li 89.17 % tal-ħaddiema ssensjati eliġibbli għal appoġġ mill-FEG huma nisa.

9.      Jilqa' l-fatt li, barra minn hekk, l-awtoritajiet Griegi sejrin jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta’ 500 żagħżugħ(a) li mhumiex fl-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs) li jkollhom anqas minn 30 sena fid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni, peress li s-sensji kollha msemmijin fil-paragrafu 8 jseħħu fir-reġjuni tal-livell 2 tan-NUTS ta' Κεντρική Μακεδονία (Maċedonja Ċentrali) (EL12), Θεσσαλία (Tessalja) (EL14) u Aττική (Attika) (EL30), li huma eliġibbli skont l-Inizjattiva Favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, u għaldaqstant in-numru totali ta' benefiċarji hu 1100;

10.    Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jipprovdu servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil massimu ta' 500 NEET taħt it-30 sena; jinnota li skont l-applikazzjoni, l-awtoritajiet Griegi sejrin jużaw – fost l-oħrajn – kriterji allinjati mal-kriterji inklużi fil-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (jiġifieri żgħażagħ f'riskju tal-esklużjoni, il-livell tad-dħul tal-unitajiet domestiċi, il-livell tal-edukazzjoni, it-tul taż-żmien tal-qgħad, u oħrajn), kif ukoll, espressjonijiet ta' interess. jappella lill-awtoritajiet Griegi biex iżommu f'moħħhom il-kriterji soċjali u jiżguraw li l-għażla tal-benefiċjarji għall-appoġġ mill-FEG tkun tirrispetta kompletament il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u opportunitajiet indaqs;

11.    Jappoġġa l-kriterji soċjali applikati mill-awtoritajiet Griegi biex jidentifikaw l-NEETs fil-mira tal-miżuri tal-FEG, bil-kunsiderazzjoni tad-data dwar dħul tal-unitajiet domestiċi, il-livell tal-edukazzjoni, it-tul taż-żmien tal-qgħad, jappella biex l-għażla tal-benefiċjarji tirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni sabiex tagħti opportunitajiet anke lil dawk l-iżjed imbiegħda mis-suq tax-xogħol;

12.    Jistieden lill-awtoritajiet Griegi jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-azzjonijiet u l-eżiti ffinanzjati bl-għan li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki, speċjalment fir-rigward tal-għażla u l-appoġġ ipprovdut lill-NEETs;

13.    Jinnota li l-baġit totali għall-mobilizzazzjoni tal-FEG huwa ta' EUR 10 740 000, li minnhom EUR 210 000 huma ddedikati għall-implimentazzjoni, u li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG tammonta għal EUR 6 444 000, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali;

14.    Jinnota li l-kontribuzzjoni għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u reklamar, u kontroll u rrapurtar jikkostitwixxu 1.96% tal-baġit totali; jinnota barra minn hekk li hu ppjanat li kważi nofs din il-kontribuzzjoni tintuża għall-informazzjoni u r-reklamar;

15.    Jilqa' l-fatt li, sabiex il-ħaddiema jingħataw assistenza rapida, l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jibdew l-implimentazzjoni tas-servizzi personalizzati lill-ħaddiema milquta fl-20 ta' Ottubru 2014, qabel id-deċiżjoni definittiva dwar l-għoti tal-appoġġ mill-FEG għall-pakkett koordinat propost;

16.    Jinnota li l-awtoritajiet Griegi indikaw li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati tfassal b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-benefiċjarji fil-mira (eks imjegati ta' Fokas u avukati tal-impjegati) u l-Federazzjoni tal-Impjegaturi Privati fil-Greċja;

17.    Jinnota li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti ġew imfassla biex jikkunsidraw il-bżonnijiet speċifiċi tal-NEETs u jikkonsistu fil-miżuri li ġejjin: gwida okkupazzjonali, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju, benefiċċji għat-tfittix għal impjieg, benefiċċji għat-taħriġ u benefiċċji tal-mobilità;

18.    Jenfasizza l-importanza tas-servizzi personalizzati immirati biex jgħinu l-benefiċjarji fil-mira biex jidentifikaw il-ħiliet tagħhom u biex jistabbilixxu pjan realistiku għal karriera abbażi tal-interessi u tal-kwalifiki tagħhom;

19.    Jilqa' l-fatt li l-monitoraġġ hu inkluż fil-miżuri proposti, li jipprevedi segwitu tal-parteċipanti matul is-sitt xhur li jmiss wara tmiem l-implimentazzjoni tal-miżuri;

20.    Jinnota li l-parti l-kbira tal-fondi mitluba għandhom l-għan li jappoġġaw il-kontribuzzjoni għat-tnedija ta' negozji ġodda (EUR 3 000 000) u miżuri ta' taħriġ (EUR 2 960 000);

21.    Jinnota li l-ammont massimu eliġibbli ta' EUR 15 000 se jingħata lil 200 ħaddiema u NEET magħżula bħala kontribuzzjoni biex ikunu jistgħu jwaqqfu n-negozji proprji tagħhom; jenfasizza l-fatt li l-għan ta' din il-miżura hu l-promozzjoni tal-intraprenditorija billi jiġi pprovdut finanzjament għal inizjattivi ta' negozju vijabbli, li għandhom iwasslu għall-ħolqien ta' aktar postijiet tax-xogħol fuq perjodu ta' żmien medju; jinnota li dan l-ammont massimu eleġibbli se jingħata taħt kundizzjonijiet speċifiċi u skont il-vijabbiltà tan-negozji ġodda appoġġjati;

22.    Jenfasizza l-valur miżjud ġenwin u jirrakkomanda l-offerta għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol; jinnota li madwar terz tal-appoġġ ippjanat jikkonsisti f'benefiċċji u għaldaqstant f'miżuri passivi tas-suq tax-xogħol;

23.    Jinnota li l-ispiża għal miżuri ta' taħriġ f'din l-applikazzjoni tikkumpara tajjeb ma' dik ta' applikazzjoni preċedenti mill-Greċja; jinnota li hemm varjazzjoni ta' dawn l-ispejjeż f'applikazzjonijiet simili minn Stati Membri oħrajn;

24.    Jappella sabiex il-miżuri tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) ippjanati fi ħdan il-perjodu ta' programmazzjoni tal-FSE l-ġdid jikkomplementaw il-pjan tal-FEG u jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema f'setturi ekonomiċi sostenibbli u orjentati lejn il-futur; ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG, il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għandu jkun imfassal b'mod li jantiċipa l-perspettivi u l-kapaċitajiet meħtieġa fil-ġejjieni tas-suq tax-xogħol, u għandu jkun jaqbel mal-bidla lejn ekonomija effiċjenti u sostenibbli fl-użu tar-riżorsi;

25.    Jilqa' l-fatt li se jkunu rispettati l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom;

26.    Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

27.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

28.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Talba EGF/2014/013, ippreżentata mill-Greċja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ lil ħaddiema li jingħataw is-sensja u persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji minħabba l-globalizzazzjoni, minħabba ssoktar tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009(4), jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida u biex jassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013.

(3)  Fid-29 ta' Lulju 2014 il-Greċja ssottomettiet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG fir-rigward tas-sensji f'Odyssefs Fokas S.A. fil-Greċja, u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti biex tiġi determinata kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1309/2013.

(4)  Skont l-Artikolu 6 (2) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013, il-Greċja ddeċidiet li tipprovdi wkoll servizzi personalizzati kkofinanzjati mill-FEG lil żgħażagħ li jinsabu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs).

(5)  Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mobilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 6 444 000 għall-applikazzjoni sottomessa mill-Greċja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 6 444 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                     Il-President

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26.


NOTA SPJEGATTIVA

I. Kuntest

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni nħoloq biex jagħti assistenza addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fl-andament kummerċjali dinji.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1) u tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1309/2013(2), il-Fond ma jistax jaqbeż ammont annwali ta' massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011). L-ammonti adegwati jiddaħħlu bħala provvediment fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-proċedura, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), sabiex jiġi attivat il-Fond, il-Kummissjoni, f'każ ta' valutazzjoni pożittiva ta' applikazzjoni, tippreżenta lill-awtorità baġitarja proposta għall-mobilizzazzjoni tal-Fond u, fl-istess waqt, talba korrispondenti għal trasferiment. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, għandu jinbeda trilogu.

II. L-applikazzjoni Odyssefs Fokas u l-proposta tal-Kummissjoni

Fil-11 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni adottat proposta għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG favur il-Greċja biex tappoġġa r-riintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f'Odyssefs Fokas S.A. li kienet topera fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt NACE Rev. 2 diviżjoni 47 ("Kummerċ bl-imnut, ħlief għall-vetturi bil-mutur u muturi") minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

Din hija l-wieħed u għoxrin applikazzjoni li trid tiġi eżaminata fil-qafas tal-baġit għall-2014 u tirreferi għall-mobilizzazzjoni ta' ammont totali ta' EUR 6 444 000 mill-FEG għall-Greċja. Tikkonċerna total ta' 600 benefiċjarju u 500 NEETs. L-applikazzjoni ntbagħtet lill-Kummissjoni fid-29 ta' Lulju 2014 u ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-23 ta' Settembru 2014. Il-Kummissjoni kkonkludiet, skont id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament dwar il-FEG, li l-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG.

L-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-ekonomija Griega tinsab f'reċessjoni profonda għas-sitt sena konsekuttiva (2008-2013). Skont l-ELSTAT, l-Awtorità Griega tal-Istatistika, mill-2008 l-PDG Grieg naqas b'25.7 punti ta' persentaġġ, il-konsum pubbliku b'21 punt ta' persentaġġ u l-konsum privat bi 32.3 punti ta' persentaġġ filwaqt li l-qgħad żdied b'20.6 punti ta' persentaġġ. Il-konsum tal-unitajiet domestiċi fil-Greċja ilu jonqos mill-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u ċ-ċifri komplew sejrin lura kull sena.

Skont l-awtoritajiet Griegi, l-avvenimenti li wasslu għas-sensji kienu prinċipalment tnejn: (1) it-tnaqqis tad-dħul disponibbli għall-unitajiet domestiċi — minħabba ż-żieda fil-piż tat-taxxa, it-tnaqqis fis-salarji (kemm ta’ impjegati privati u kemm tal-ħaddiema tal-gvern) u ż-żieda fil-qgħad ― li rriżultaw fi tnaqqis qawwi tal-kapaċità tal-akkwist; (2) u t-tnaqqis drastiku ta’ self lil intrapriżi u lil individwi minħabba n-nuqqas ta’ flus fil-banek Griegi.

Minħabba t-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi Griegi wara li l-ekonomija Griega qabdet in-niżla mill-bidu tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, id-domanda għal prodotti għajr għal bżonnijiet bażiċi ta' kuljum naqas b'mod qawwi u b'hekk il-fatturat ta' Odyssefs Fokas beda jonqos. It-tnaqqis fil-fatturat li rriżulta mit-tnaqqis fil-konsum mar għall-agħar minħabba restrizzjoni ta’ self, li renda impossibbli t-tentattivi ta’ Odyssefs Fokas sabiex issib soluzzjoni. F'Novembru 2013, tnax-il xahar wara li ressqet applikazzjoni bl-għan li tfittex protezzjoni mill-kredituri tagħha u wara evizzjonijiet varji, l-impriża ddikjarat falliment li rriżulta fis-sensji koperti minn din l-applikazzjoni.

Is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja u lin-NEETs jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin li flimkien jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati: gwida okkupazzjonali, taħriġ, taħriġ mill-ġdid u taħriġ vokazzjonali, kontribuzzjoni għall-bidu ta’ negozju, benefiċċji għat-tfittix għal impjieg u benefiċċji għat-taħriġ, benefiċċju tal-mobilità.

Skont il-Kummissjoni, il-miżuri deskritti jikkostitwixxu miżuri attivi fis-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux il-miżuri passivi ta' protezzjoni soċjali.

L-awtoritajiet Griegi pprovdew il-garanziji kollha meħtieġa fir-rigward ta' dan li ġej:

–           il-prinċipji tat-trattament indaqs u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom;

–           ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati;

–           l-azzjonijiet proposti mhumiex se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni u mhu se jitħalla jsir ebda finanzjament doppju;

–           l-azzjonijiet proposti se jkunu komplementari għall-azzjonijiet finanzjati mill-Fondi Strutturali;

–           il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Il-Greċja infurmat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jġestixxu u jikkontrollaw il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-Greċja. L-Awtorità għall-Koordinament u l-Monitoraġġ tal-Azzjonijiet tal-FSE (EYSEKT) se taġixxi bħala l-awtorità maniġerjali u l-EDEL (Kumitat tal-Awditjar Fiskali) bħala l-awtorità ta’ kontroll u s-Servizz tal-Awtorità ta' Pagament Speċjali bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni.

III. Proċedura

Sabiex timmobilizza l-Fond, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Awtorità Baġitarja talba ta' trasferiment għal ammont globali ta' EUR 6 444 000 mir-riżerva tal-FEG (40 02 43) għal-linja baġitarja tal-FEG (04 04 01).

Sal-lum, din hija l-wieħed u għoxrin proposta għal trasferiment għall-mobilizzazzjoni tal-Fond trażmessa lill-Awtorità Baġitarja matul l-2014.

Għandha tinbeda proċedura ta' trilogu f'każ ta' nuqqas ta' qbil, kif previst fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament dwar il-FEG.

Skont ftehim intern, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali se jiġi assoċjat mal-proċess, sabiex jipprovdi appoġġ kostruttiv u kontribut għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-Fond.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU L 347, 30.12.2013, p. 855).

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

ZP/ch D(2014)56458

Onor. Jean Arthuis

President tal-Kumitat għall-Baġits

ASP 09G205

Suġġett: Opinjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-każ EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas mill-Greċja (COM(2014)702 final)

Onor. President,

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) kif ukoll il-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar il-FEG eżamina l-mobilizzazzjoni tal-FEG għall-każ EGF/2014/013 EL/Odyssefs Fokas u adotta l-opinjoni li ġejja.

Il-Kumitat EMPL u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-FEG huma favur il-mobilizzazzjoni tal-Fond fir-rigward ta' din it-talba. F'dan ir-rigward, il-Kumitat EMPL jippreżenta xi rimarki mingħajr, madankollu, ma jqajjem dubju dwar it-trasferiment tal-pagamenti.

Id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat EMPL huma msejsa fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

A)  Billi din l-applikazzjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (Regolament dwar il-FEG) u tikkonċerna 600 ħaddiema ssensjati minn Odyssefs Fokas S.A. li kienet topera fin-NACE Rev. 2 diviżjoni 47 ("Negozju bl-imnut, għajr għall-vetturi bil-mutur u muturi") li prinċipalment tinsab fil-Maċedonja Ċentrali, fl-Attika u fit-Tessalija; billi l-perjodu ta' referenza huwa mit-3 ta' Frar 2014 sat-3 ta' Ġunju 2014; billi, barra minn hekk, l-applikazzjoni tikkonċerna 500 żagħżugħ(a) li jinsabu barra mill-impjieg, edukazzjoni jew taħriġ (NEETs);

B)  Billi l-awtoritajiet Griegi jsostnu li l-ekonomija Griega tinsab f'reċessjoni profonda għas-sitt sena konsekuttiva (2008-2013); skont l-ELSTAT, l-Awtorità Griega tal-Istatistika, mill-2008 l-PDG Grieg naqas b'25.7 punti perċentwali, il-konsum pubbliku b'21 punt perċentwali u l-konsum privat bi 32.3 punti perċentwali filwaqt li l-qgħad żdied b'20.6 punti perċentwali; billi t-tnaqqis fil-PDG żied id-distakk bejn il-PDG per capita Grieg u l-PDG per capita tal-UE, u b'hekk ixxejjen il-progress lejn konverġenza ekonomika li għamlet il-Greċja fil-perjodu 1995-2007;

C)  billi l-konsum tal-unitajiet domestiċi fil-Greċja ilu jonqos mill-bidu tal-kriżi finanzjarja u ekonomika u ċ-ċifri komplew sejrin lura kull sena;

D)  Billi l-maġġoranza l-kbira (89.17 %) tal-ħaddiema fil-mira tal-miżuri huma nisa u 10,83% huma rġiel; billi l-maġġoranza l-kbira (84,83%) tal-ħaddiema għandhom età bejn it-30 u l-54 sena, 6..50 % bejn il-55 u l-64 sena u 8.5 % bejn il-15 u l-24 sena;

E)  Billi l-awtoritajiet Griegi jargumentaw li s-sensji f'Odyssefs Fokas sejrin ikomplu jaggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad, li diġà ħżienet minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja u tidher li hija partikolarment fraġli;

F)  billi l-Greċja għandha l-ogħla rati ta' qgħad fost l-Istati Membri tal-UE u l-ħames l-ogħla waħda fid-dinja kollha;

G)  Billi l-biċċa l-kbira tas-sensji (90 %) huma kkonċentrati fir-reġjuni tal-Attika u tal-Maċedonja Ċentrali filwaqt li madwar 10 % tas-sensji seħħew fir-reġjun tat-Tessalija; billi fir-raba' trimestru tal-2013, ir-rata tal-qgħad fl-Attika (28.2 %) u fil-Maċedonja Ċentrali (30.3 %) kienet 'il fuq mill-medja nazzjonali (27.5 %)

H)  Billi l-Attika tikkontribwixxi għal 43 % tal-PDG Grieg, u b'hekk, l-impatt tal-għeluq tal-impriżi bbażati f'dan ir-reġjun jolqot lill-ekonomija Griega kollha kemm hi.

Għaldaqstant, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jintegra s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni Griega:

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kriterji ta' intervent stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013 huma sodisfatti u li, għalhekk, il-Greċja għandha d-dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament;

2.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-monitoraġġ huwa inkluż fil-miżuri proposti, li jipprevedi segwitu tal-parteċipanti matul is-sitt xhur li jmiss wara tmiem l-implimentazzjoni tal-miżuri;

3.  Jinnota li l-awtoritajiet Griegi ddeċidew li jipprovdu servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG sa massimu 500 NEETs taħt l-età ta' 30 sena; jinnota li skont l-applikazzjoni l-awtoritajiet Griegi sejrin jużaw – fost l-oħrajn – kriterji allinjati mal-kriterji inklużi fil-Pjan ta' Implimentazzjoni tal-Inizjattiva Favur l-Impjiegi taż-Żgħażagħ (jiġifieri żgħażagħ f'riskju tal-esklużjoni, il-livell tad-dħul tal-unitajiet domestiċi, il-livell tal-edukazzjoni, it-tul taż-żmien tal-qgħad, eċċ.), kif ukoll espressjonijiet ta' interess; jistieden lill-awtoritajiet Griegi jqisu l-kriterji soċjali u jiżguraw li l-għażla tal-benefiċjarji tal-appoġġ mill-FEG jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u tal-opportunitajiet indaqs;

4.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-fond mitlub imur biex jappoġġa l-kontribuzzjoni għall-miżuri ta' bidu ta' negozju (business start-up) (EUR 3 000 000) u ta' taħriġ (EUR 2 960 000);

5.  Jinnota li l-ammont massimu eleġibbli ta' EUR 15 000 jingħata sa massimu ta' 200 ħaddiem u NEETs magħżula bħala kontribuzzjoni għall-istabbiliment tal-impriżi tagħhom stess; jenfasizza li l-għan ta' din il-miżura hu li tippromwovi l-imprenditorija billi tipprovdi finanzjament għal inizjattivi ta' negozju vijabbli, li għandu jirriżulta fil-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ulterjuri f'terminu medju; jinnota li dan l-ammont massimu eleġibbli se jingħata abbażi ta' kundizzjonijiet speċifiċi u vijabbiltà tal-bidu ta' negozji appoġġati;

6.  Jinnota li l-ispiża tal-miżuri ta' taħriġ f'din l-applikazzjoni huma fuq livell kumparabbli mal-applikazzjonijiet preċedenti mressqa mill-Greċja; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm varjazzjoni ta' dawn l-ispejjeż f'applikazzjonijiet simili minn Stati Membri oħrajn;

7.  Jinnota li l-kontribuzzjoni għall-attivitajiet preparatorji, għall-ġestjoni, għall-informazzjoni u għall-pubbliċità kif ukoll għall-kontroll u rapportar tikkostitwixxi 1.96 % tal-baġit totali; jinnota barra minn hekk li kważi nofs dan il-baġit hu ppjanat biex jintuża għall-informazzjoni u għall-pubbliċità.

Dejjem tiegħek,

Marita ULVSKOG,

Aġent President, l-Ewwel Viċi President

c.c. Thomas Händel


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

ASP 09 G 205

1047 Brussell

Għażiż Sur Arthuis,

Suġġett:           Mobilizzazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni:

Tliet proposti separati tal-Kummissjoni għal deċiżjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġew riferuti lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali għall-opinjoni tiegħu. Nifhem li hu previst li r-rapporti dwar kull proposta għandhom jiġu adottati fil-Kumitat għall-Baġits tul waħda mil-laqgħat tiegħu li ġejjin.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006; u fil-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.

-          COM(2014)0630 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 1 426 800 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 634 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'STX Finland Oy f'Rauma, fil-Finlandja.

-          COM(2014)0630 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 918 000 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 760 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'GAD société anonyme simplifiée, fi Franza.

-          COM(2014)0672 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 1 890 000 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 608 ħaddiem li ngħataw is-sensja Whirlpool Europe S.r.l. u ħames fornituri u produtturi fl-istadju aħħari tal-produzzjon, fl-Italja.

-          COM(2014)0699 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 1,259,610 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 1 079 ħaddiem li ngħataw is-sensja fil-Fiat Auto Poland u 21 fornitur tagħha, fil-Polonja.

-          COM(2014)0701 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 25 937 813 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 5 213 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'Air France, fi Franza.

-          COM(2014)0701 tipproponi kontribuzzjoni tal-FEG ta' EUR 6 444 000 għal miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' 600 ħaddiem li ngħataw is-sensja f'Odyssefs Fokas S.A., fil-Greċja.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw dawn il-proposti, u talbuni niktiblek b'dikjarazzjoni li dan il-Kumitat m'għandu l-ebda oġġezzjoni għal dawn il-mobilizzazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni biex jiġu allokati l-ammonti msemmijin hawn fuq, kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Vladimír Maňka, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Echenique, Charles Goerens, Ernest Maragall, Andrey Novakov, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Kostas Chrysogonos, Isabella De Monte, Sylvie Guillaume

Avviż legali