Proċedura : 2014/0332(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0066/2014

Testi mressqa :

A8-0066/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0097

RAPPORT     *
PDF 184kWORD 252k
12.12.2014
PE 544.206v02-00 A8-0066/2014

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

(COM(2014)0704 – C8‑0250/2014 – 2014/0332(NLE))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez, Janusz Lewandowski

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

(COM(2014)0704 – C8‑0250/2014 – 2014/0332(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2014)0704),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0250/2014),

–       wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

-      wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-      wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0066/2014),

A.     billi fid-dawl tal-aħħar reviżjonijiet statistiċi miftiehma mill-Istati Membri, jidher li matul numru ta’ snin għadd ta' Stati Membri ħallsu anqas mill-kontribuzzjonijiet dovuti minnhom lill-baġit tal-Unjoni, waqt li oħrajn ħallsu iżjed; billi dawn id-devjazzjonijiet inħolqu mill-bidliet statistiċi maġġuri notifikati mill-Istati Membri;

B.     billi r-regoli attwalment fis-seħħ, kif miftiehma unanimament fi ħdan il-Kunsill, kienu jirriżultaw fil-korrezzjoni f’waqtha tal-pagamenti neqsin kif ukoll ta’ dawk żejda;

C.     billi, bħala regola ġenerali, l-Istati Membri fil-passat kollha ħallsu mingħajr dewmien sinifikanti l-ammonti kollha tal-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq l-ING u l-VAT lill-baġit tal-Unjoni, anki fi żminijiet ta’ kriżi u pressjoni fiskali qawwija;

D.     billi ċerti Stati Membri li fil-passat ibbenefikaw minn sottostima tal-ING tagħhom esprimew in-nuqqas ta’ rieda tagħhom li jħallsu sal-iskadenza legali l-ammonti addizzjonali dovuti;

E.     billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni tippreżenta proposta li takkomoda din is-sitwazzjoni, billi tbiddel ir-regoli kkonċernati u tippermetti d-diferiment u l-pagamenti bin-nifs tal-ammonti dovuti;

F.     billi, skont ir-reviżjoni leġiżlattiva li għaddejja bħalissa, seba' Stati Membri ddeċidew li ma jdaħħlux fil-kont tal-UE l-bilanċji rispettivi tagħhom tal-ING u tal-VAT fl-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru 2014; billi l-Kummissjoni sussegwentement irrivediet l-ammonti mdaħħla fil-bidu fl-ABE 6/2014, b'kunsiderazzjoni għall-ammonti li effettivament kienu disponibbli f'din id-data;

G.     billi dan qed iseħħ ftit wara li l-istituzzjonijiet iffinalizzaw proċess leġiżlattiv, li beda fl-2011, għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji, u saħansitra qabelma l-pakkett leġiżlattiv il-ġdid daħal fis-seħħ;

H.     billi din il-proposta tifforma parti minn pakkett ta’ negozjar aktar wiesa’ dwar il-baġits emendatorji 2014 u l-baġit 2015;

I.      billi, għall-fini ta’ trasparenza, rapport dwar il-kalkoli u d-data sottostanti għall-aġġustamenti tal-bilanċ tal-VAT u l-ING għandu jiġi ppreżentat kull sena lill-Parlament fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, filwaqt li jippermetti biżżejjed żmien għal kunsiderazzjoni, u d-deċiżjoni tal-Istati Membri rigward id-dati u l-livell ta' pagamenti bin-nifs għandha tiġi notifikata lill-Parlament;

J.      billi r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ;

1.      Jenfasizza li din il-proposta biex temenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandha l-oriġini tagħha fil-konsegwenzi ta’ darba tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal ċerti Stati Membri;

2.      Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni tad-diferiment tal-aġġustamenti tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali ħadet preċedenza fi ħdan il-Kunsill fuq li tinstab pożizzjoni ta’ negozjar dwar in-negozjati baġitarji tal-2014 u l-2015, li ġiet stabbilita biss fl-aħħar ġurnata tal-perjodu ta’ 21 jum ta’ konċiljazzjoni kif provdut fl-Artikolu 314 tat-TFUE u li dan kollu kkontribwixxa għall-falliment tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni li jilħaq ftehim;

3.      Jenfasizza li l-flessibilità u l-urġenza, li l-Kunsill unanimament jirrikjedi fir-rigward taż-żmien tal-kontribuzzjonjiet tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni, huma rrifjutati minn għadd ta’ delegazzjonijiet tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni mingħajr intoppi tal-QFP 2014-2020 u, b’mod partikolari, il-ħlas f’waqtu tal-pagamenti lill-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni;

4.      Jinsab imħassab mill-proposta ta’ diskrezzjoni akbar f'idejn l-Istati Membri fir-rigward ta’ meta jagħtu l-kontribuzzjonijiet addizzjonali tagħhom li jirriżultaw mill-aġġustamenti tal-ING għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li dan joħloq preċedent li jista’ jkollu impatt fuq it-teżor tal-Kummissjoni, fuq iż-żmien tal-pagamenti lill-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni u, essenzjalment, fuq il-kredibilità tal-baġit tal-Unjoni;

5.      Jenfasizza l-fatt li din il-proposta twassal biex is-sistema tar-Riżorsi Proprji tkun saħansitra aktar kumplessa u hija mmirata li temenda l-leġiżlazzjoni li dalwaqt se tkun mibdula, retroattivament, b’testi leġiżlattivi li diġà hemm qbil dwarhom; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol kruċjali tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji fit-twassil ta’ proposti li jegħlbu n-nuqqasijiet tas-sistema preżenti;

6.      Jirrikonoxxi madankollu l-ammonti eċċezzjonalment għolja tal-aġġustamenti tal-2014 fir-rigward tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u l-ING, li jistgħu jirrappreżentaw piż finanzjarju qawwi għal ċerti Stati Membri;

7.      Jenfasizza li l-proposta tal-Kummissjoni hija parti minn pakkett ta’ negozjar aktar wiesa' li jinkludi l-emendi baġitarji 2014 u l-baġit 2015 u, għalhekk, jevita milli jirrifjutaha;

8.      Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

9.      Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement timmodifika l-proposta tagħha, skont l-Artikolu 293(2) tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom;

10.    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

11.    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

12.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000

Artikolu 10 – paragrafu 7a – il-ħames subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel subparagrafu, jekk dawn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru bid-deċiżjoni tagħhom, u bid-data jew id-dati tad-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-ewwel subparagrafu, jekk dawn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru bid-deċiżjoni tagħhom, u bid-data jew id-dati tad-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’kull deċiżjoni bħal din, inklużi lill-Istati Membri kkonċernati, l-għadd ta’ pagamenti, l-ammont ta’ kull pagament u d-dati tal-entrati fil-kontijiet.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000

Artikolu 10 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

'9. L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għall-introjtu fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jseħħu.

'9. L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għall-introjtu fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jseħħu. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-modifiki fid-dħul li jaqgħu taħt dan l-Artikolu.'


ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

ASP 9G205

Il-Parlament Ewropew

Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej

Sur Arthuis,

Minħabba l-livell eċċezzjonalment għoli tal-ammont addizzjonali ta' fondi li għandhom ikunu disponibbli minn xi Stati Membri minħabba l-aġġustamenti tar-riżorsi proprji tal-ING fl-2014, il-Kummissjoni ressqet lill-Kunsill proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1150/2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-KE. Il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta lill-Parlament u lill-Qorti tal-Awdituri dwar din il-proposta.

Din il-proposta ġiet attribwita lill-Kumitat għall-Baġits bil-possibilità li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jesprimi l-opinjoni tiegħu. Minħabba l-urġenza tal-fajl, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit mhuwiex fil-qagħda li jwettaq proċedura ta' opinjoni normali u għalhekk iddeċieda li l-opinjoni tal-Kumitat CONT tiġi espressa f'ittra. Dan jippermetti li l-Kumitat tiegħek iqis l-opinjoni tal-Kumitat CONT filwaqt li l-fl-istess ħin ma jfixkilx ir-ritmu tax-xogħol tal-Kumitat BUDG.

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq peress li tagħti lill-Istati Membri l-flessibilità meħtieġa fil-mod kif dawn iridu jagħmlu disponibbli l-ammont li jirriżulta mill-aġġustamenti tagħhom tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali (riżorsi proprji) ibbażati fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), kif imsemmija fir-Regolament Nru 1150/2000 fejn l-ammont globali huwa eċċezzjonalment għoli.

Il-Kumitat jinsisti dwar il-fatt li jekk fl-2014 l-aġġustamenti għar-riżorsi proprji tal-ING huma eċċezzjonalment għolja għal ċerti Stati Membri, dan huwa minħabba l-fatt li l-aġġustament annwali normali li jseħħ kull sena fl-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru ħabat ma' reviżjonijiet maġġuri li saru mill-Istati Membri lid-data tal-ING tagħhom għas-snin ta' qabel, b'mod partikolari mill-2002 'l hawn.

Il-Kumitat jinnota li din is-sitwazzjoni hija marbuta mad-dewmien eċċessivament twil taċ-ċiklu tal-verifika tad-data tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) li hija użata għar-riżorsi proprji, imwettaq mill-Kummissjoni u l-użu sistematiku wisq ta' riżervi ġenerali u speċifiċi magħmula mis-servizzi tagħha.

Il-Kumitat jenfasizza kif rakkomandat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha Nru 11/2013 li "tali riżervi (ġenerali) għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali fejn hemm riskji sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-UE mhumiex protetti, pereżempju meta Stat Membru jwettaq reviżjoni maġġuri matul iċ-ċiklu tal-verifikazzjoni jew f’intervalli regolari".

Il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju jinsisti dwar il-bżonn li l-Eurostat isegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-metodoloġija ta' verifika tagħha sabiex fil-prattika jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju ta' trattament ugwali tal-Istati Membri.

Dejjem tiegħek,

Dr Inge Gräßle


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Richard Ashworth, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Vladimír Maňka, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Echenique, Charles Goerens, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Andrey Novakov, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Kostas Chrysogonos, Isabella De Monte, Sylvie Guillaume

Avviż legali