Proċedura : 2014/2224(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2014

Testi mressqa :

A8-0067/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.16
CRE 17/12/2014 - 10.16

Testi adottati :

P8_TA(2014)0100

RAPPORT     
PDF 308kWORD 272k
15.12.2014
PE 544.311v02-00 A8-0067/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

(16739/2014 – C8-0287/2014 – 2014/2224(BUD))

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kumitat għall-Baġits

Rapporteurs:                 Eider Gardiazabal Rubial (Taqsima III – Kummissjoni)

                                     Monika Hohlmeier (Taqsimiet oħra)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (16739/2014 – C8-0287/2014 – 2014/2224(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (IIA 2 ta' Diċembru 2013),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit, Taqsima III – il-Kummissjoni(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2014 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2015(6) ,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 adottat mill-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2014 (COM(2014)0300),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014 u li ntbagħat lill-Parlament Ewropew tat-12 ta' Settembru 2014 (12608/2014 – C8-0144/2014),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit għall-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(7),

–   wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma laħaqx ftehim dwar test konġunt fi żmien il-wieħed u għoxrin ġurnata msemmija fl-Artikolu 314(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 li adottat il-Kummissjoni fis-27 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0723) skont l-Artikolu 314(8) TFUE,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tat-trilogu baġitarju tat-8 ta' Diċembru 2014,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-abbozz ġdid tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, li l-Kummissjoni adottat fit-12 ta' Diċembru 2014 (16739/2014)– C8-0287/2014) u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0067/2014),

1.   Ifakkar li "l-abbozz ta’ pakkett" miftiehem, wara negozjati diffiċli, mir-rappreżentanti tal-Parlament u l-Kunsill matul it-trilogu tat-8 ta’ Diċembru 2014 fih tliet elementi: L-Abbozz ta' Baġits Emendatorji Nru 3-8/2014 għal ammont ġenerali ta' EUR 49,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 3 529,6 miljun addizzjonali minn flejjes ġodda f'approprjazzjonijiet ta' pagament, il-Baġit tal-Unjoni għas-sena 2015 stabbilit għal-livell ta' EUR 145 321,5 miljun u EUR 141 214,0 miljun, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament rispettivament, u sitt dikjarazzjonijiet konġunti kif ukoll tliet dikjarazzjonijiet unilaterali;

2.   Jissottolinja li, filwaqt li jippermetti lill-Kummissjoni tirrispondi għall-aktar ħtiġijiet ta' pagament urġenti fl-2014, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali fil-baġit tal-2014 mhux se jkun biżżejjed biex isolvi l-effett rikorrenti ta' ġmigħ ta' kontijiet penedenti fl-2015; għalhekk iqiegħed l-enfasi fuq id-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil fuq il-baġit 2014 and l-baġit 2015;

3.   Huwa konvint, madankollu, li jeħtieġ li l-isforzi jiġu intensifikati fis-snin li ġejjin bil-għan li l-livell ta' kontijiet pendenti, b'konċentrazzjoni partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, jitnaqqas għal livell sostenibbli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-impenn konġunt tat-tliet istituzzjonijiet tal-UE li jikkunsidraw kwalunkwe mezz possibbli biex inaqqsu l-livell ta' dawk il-kontijiet, kif imfisser fid-dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagamenti li jakkumpanja l-pakkett ta' qbil baġitarju ta' din is-sena;

4.   Jilqa' ż-żieda ta' EUR 244,2 miljun fil-livell ġenerali ta' approprjazzjonjiet ta' impenn meta mqabbla mal-pożizzjoni oriġinali tal-Kunsill tat-2 ta' Settembru 2014; jinsab sodisfatt mill-fatt li t-tnaqqis mill-Kunsill ta' EUR 521,8 miljun f'impenji ġie invertit totalment u li EUR 170,7 miljun addizzjonali ġew miżjuda, inkluż il-pakkett sħiħ ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u EUR 95 miljun għal Orizzont 2020, COSME, ERASMUS u l-għajnuna umanitarja;

5.   Jiddispjaċih madankollu li l-Kunsill għal darb'oħra ma kienx lest jikkomplimenta d-dikjarazzjonijiet politiċi tiegħu b'riżorsi baġitarji suffiċjenti rigward l-appoġġ għal impjiegi u tkabbir kif ukoll għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni, li wera billi ma qabilx ma' żieda fil-baġit għal-limitu tal-QFP fl-Intestaturi 1a u 4; jinsab kuntent li ż-żidiet miksuba fin-negozjati jikkorrispondu mal-prijoritajiet politiċi tal-Parlament; jiddispjaċih madankollu, f'dan il-kuntest, li l-Kunsill jidher li m'għad għandu l-ebda prijorità politika u jinteressah biss li, kemm jista' jkun, jillimita l-ispejjeż b'mod orizzontali;

6.  Jilqa' l-fatt li bis-saħħa ta' dħul assenjat addizzjonali identifikat fil-politika agrikola komuni wara l-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja Nru 1/2015 tal-Kummissjoni, instabet soluzzjoni biex ikunu ffinanzjati EUR 273,6 miljun f'miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għall-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel mingħajr ma tkun mobilizzata mill-bidu nett ir-riżerva għal-kriżijiet fis-settur agrikolu;

7.  Jilqa' pożittivament li l-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehem għall-2015 għandu żieda ta' 1,6 % meta mqabbla mal-Baġit 2014, u huwa EUR 1 217,1 miljun aktar mill-ewwel qari tal-Kunsill; jinsab partikolarment sodisfatt li, bis-saħħa tar-riallokazzjoni ta' EUR 448,5 miljun u d-dħul żejjed assenjat u identifikat fl-ittra emendatorja imsemmija hawn fuq, il-livelli ta' pagament miksuba fl-Intestaturi 1a u 4 huma aktar mill-Abbozz ta' Baġit inizjali tal-24 ta' Ġunju 2014;

8.   Jinnota madankollu li, b'mod partikolari fir-rigward ta' pagamenti, in-negozjati baġitarji saru aktar u aktar diffiċli matul l-aħħar snin, primarjament minħabba l-pożizzjoni mhux flessibbli tal-Kunsill; jenfasizza għal darb'oħra l-pożizzjoni tiegħu li l-funzjoni prinċipali tal-proċedura baġitarja għandha tkun li jkun hemm qbil dwar il-prijoritajiet politiċi fl-impenji baġitarji, filwaqt li l-pagamenti għandhom sempliċement ikunu meqjusa bħala segwitu tekniku biex ikunu onorati dawn l-impenji; ifakkar lill-Kunsill li d-definizzjonijiet tat-tip ta' approprjazzjoni fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-regoli ta' applikazzjoni tiegħu, li jistqarru li "l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għandhom ikopru l-pagamenti magħmula biex jonoraw l-impenji legali li jsiru matul is-sena finanzjarja jew snin finanzjarji preċedenti";

9.   Jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kunsill, fl-aħħar, qabel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014, anki jekk b'ammont aktar baxx minn dak meħtieġ; jilqa' pożittivament, barra minn hekk, iż-żieda ġenerali fil-baġit 2014, f'għadd ta' linji baġitarji sal-livell ta' EUR 4,2 biljun, li minnhom EUR 3 168,2 miljun se jkunu mobilizzati permezz tal-Marġini ta' Kontinġenza għall-2014 kif ukoll il-fatt li żidiet proposti fl-ABE Nru 3/2014 f'approprjazzjonijiet ta' pagament għal-Intestatura 1a u l-Intestatura 4 inżommu l-istess fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-kompromess finali; jinnota li ż-żidiet prinċipalment huma mmirati lejn l-Intestatura 1b, fejn bħalissa hemm il-parti l-kbira tal-problema tal-kontijiet pendenti fi tmiem is-sena; ifakkar li l-Parlament, diġà fil-qari tiegħu tal-baġit 2014, kien ippreveda l-ħtieġa għal aktar approprjazzjonijiet ta' impenn (il-qbil finali kien EUR 983 miljun anqas mill-pożizzjoni adottata mill-Parlament); jitlob li l-Kunsill ma jippruvax, b'mod artifiċjali, inaqqas il-baġit tal-UE kull sena;

10. Ma jaqbilx madankollu mal-pożizzjoni tal-Kunsill li ma jintużax id-dħul żejjed mill-multi biex ikunu koperti l-bżonnijiet ta' pagamenti pendenti; hu tal-fehma li sakemm il-kriżi tal-pagamenti tiġi solvuta, id-dħul imprevist kollu għandu jintuża kollu biex jittratta din il-problema; ifakkar li l-abbozz ta' pakkett intlaħaq minħabba li ssodisfa t-talba tal-Parlament li l-problema tal-pagamenti pendenti tiġi stabilizzata; jissottolinja li, madankollu, soluzzjoni reali tal-kriżi ta' pagamenti tal-UE tirrikjedi limitiu adegwat ta' kontijiet pendenti;

11. Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni ta' diferiment tal-aġġustamenti ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali ħadet preċedenza fi ħdan il-Kunsill fuq li tinstab pożizzjoni ta' negozjar għan-negozjati baġitarji 2014 u 2015, liema pożizzjoni ġiet stabbilita biss fl-aħħar jum l-21 ġurnata tal-perjodu ta' konċiljazzjoni previst fl-Artikolu 314 tat-TFUE u kkontribwiet għal-falliment tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li jilħaq ftehim;

12. Ifakkar li, skont l-Artikolu 310 tat-TFUE, id-dħul u l-infiq murija fil-baġit tal-UE għandhom ikunu f'bilanċ;

13. Jorbot l-ogħla importanza politika mad-dikjarazzjonijiet konġunti miftiehma bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, b'mod partikolari dwar il-pjan ta' pagament u l-użu ta' strumenti speċjali; jinsisti li l-pjan ta' pagament għandu jkun iffinalizzat kemm jista' jkun malajr u f'kull każ qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-Abbozz ta' Baġit 2016; jenfasizza għal darb'oħra li l-approvazzjoni tiegħu tal-QFP kienet ibbażata fuq il-fehim li l-istrumenti speċjali kollha marbuta mal-pagamenti huma kkunsidrati lil hinn mil-limiti massimi u li kull interpretazzjoni oħra tikkawża awtomatikament il-ftuħ mill-ġdid tal-ftehim tal-QFP;

14. Itenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan inn żmien, li l-pagamenti ta' strumenti speċjali għandhom ikunu kkalkolati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, kif huwa l-każ għall-impenji; jiddispjaċih, għal darb' oħra, li ma setax jintlaħaq qbil mal-Kunsill fuċ dan il-punt; jenfasizzali, madankollu, jeħtieġ li jsir kull sforz biex mill-aktar fis possibbli jintlaħaq qbil fuq dan il-punt;

15. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li hemm ħtieġa essenzjali li ssir riforma fil-fond tas-sistema ta' Riżorsi Proprji biex jissolvew l-imblokki attwali fin-negozjati baġitarji u għalhekk jorbot l-ogħla importanza mal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji, taħt il-presidenza ta' Mario Monti;

16. Jiddispjaċih min-nuqqas ta' rieda kemm tal-Kunsill kif ukoll tal-Kummissjoni li jipprovdu l-aġenziji tal-UE b'riżorsi neċessarji, speċjalment rigward il-persunal, biex jissodisfaw il-mandati li ngħataw mill-awtorità leġiżlattiva u jenfasizza li l-ftehim attwali ma jimplikax aċċettazzjoni min-naħa tal-Parlament tal-kunċett ta' riżerva ta' riallokazzjoni propost mill-Kummissjoni; barra minn hekk, jiddispjaċih bil-kbir dwar it-tnaqqis tal-persunal f'aġenziji ffinanzjati bil-ħlasijiet u jqis li mhumiex ġustifikati inkwantu l-pożizzjonijiet rispettivi mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-UE;

17. Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet għad-disgħa mħallfin ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja; itenni li għandhom jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex tkun finalizzata l-proċedura leġiżlattiva sal-1 ta' Ottubru 2015 li tippermetti żieda effikaċi fl-għadd tagħhom; iħeġġeġ lill-Kunsill isib ftehim mingħajr dewmien dwar it-tqassim tal-postijiet għall-imħallfin il-ġodda; jirrikjedi li l-Qorti tippreżenta evalwazzjoni f'waqtha u aġġornata, tal-bżonnijiet finanzjarji addizzjonali għall-imħallfin l-ġodda u l-persunal tagħhom, lill-Kunsill u l-Parlament; jinsisti li l-bżonn ta' persunal addizzjonali li jkun jikkorrispondi mal-ħatra ta' mħallfin ġodda għandu jiġi evalwat b'mod prudenti;

18. Jilqa' l-implimentazzjoni tal-ewwel fażi tal-ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; jemmen li dan il-ftehim huwa eżempju tajjeb ta' kif jinstabu sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet li se jżid l-effiċjenza u jwassal għall-iffrankar; jistenna li t-tieni fażi ta' dan il-ftehim tkun finalizzata sa Lulju 2015;

19. Jilqa' t-trasferimenti baġitarji newtrali ta' "spejjeż amministrattivi komuni" għall-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet, mit-Taqsima III (il-Kummissjoni) għat-Taqsima X (SEAE) tal-baġit; itenni li dan it-trasferiment se jwieġeb għall-bżonn ta' simplifikazzjoni fil-ġestjoni tan-nefqa amministrattiva tad-delegazzjonijiet tal-UE u ma għandu jkollu ebda impatt ieħor fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni u lanqas fuq il-kundizzjonijiet ta' xogħol tal-persunal tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet; jinsisti li t-trasferiment għandu jkun implimentat permezz ta' kooperazzjoni tajba bejn is-SEAE u l-Kummissjoni;

20. Jiddispjaċih, b'mod ġenerali, bin-nuqqas ta' abilità tal-Kunsill li jikseb pożizzjoni komuni, speċjalment matul il-21 ġurnata ta' perjodu ta' konċiljazzjoni u fir-rigward tal-adozzjoni tal-Abbozz ta' Baġits Emendatorji, u jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jaqblu b'mod konġunt, fil-bidu tal-2015, dwar modi kif itejbu l-proċedura baġitarja bil-għan li tkun faċilitata l-adozzjoni tal-baġit tal-Unjoni li għandhom ikunu punt ta' tluqta' approċċ strutturali ġdid tal-baġit Ewropew b'tali mod li kemm jista' jkun jiġu evitati kunflitti bla bżonn u rikorrenti u jitkattar l-għarfien fost l-interlokuturi dwar kemm l-infiq tal-UE jikkontribwixxi għall-impenn komuni ta' tkabbir ekonomiku u impjiegi għall-UE;

21. Japprova mingħajr emendi l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ġdid ta' baġit għall-2015 kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

22. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet u lill-entitajiet l-oħra kkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2014)0247.

(6)

Testi adottati ta' din id-data, P7_TA(2014)0450.

(7)

Testi adotatti ta' dik id-data, P8_TA(2014)0036


ANNESS

ABBOZZ TA' PAKKETT

Baġit 2015 – Konklużjonijiet konġunti

Dan l-abbozz ta’ pakkett ikopri t-taqsimiet li ġejjin:

1.        Baġit 2015

2.        Baġit 2014 — Abbozzi ta' baġits emendatorji (ABE) Nru 3/2014 sa 8/2014

3.        Dikjarazzjonijiet konġunti

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

A.       Baġit 2015

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

-       il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 145 321.5 miljun. B'mod ġenerali, dan iħalli marġini taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2015 ta' EUR 1 760.1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

-       il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214.0 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li hu relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta mal-abbozzi tal-baġits emendatorji Nru 5/2014 u 7/2014;

-       l-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2015 huwa mobilizzat għal ammont ta’ EUR 83.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn;

-       l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2015 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali għal Ċipru fl-2014 u l-2015 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 11.3 miljun.

B.       Baġit 2014

Skont l-abbozz ta’ pakkett:

-       l-ABE Nru 3/2014 sa 8/2014 huma aċċettati kif propost mill-Kummissjoni, bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fit-taqsima 2;

-       bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2014 jiżdied b’EUR 49.8 miljun, minħabba l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (li jammonta għal EUR 126.7 miljun) marbuta mal-ABE Nru 5/2014 u 7/2014, li huwa parzjalment ikkumpensat mit-tnaqqis ta’ EUR 76.9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn fl-ABE Nru 3/2014, 4/2014 u 6/2014 (fil-parti l-kbira relatati mas-sajd);

-       bħala konsegwenza, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014 jiżdied bl-ammont ta’ EUR 3 529.6 miljun;

-       il-Marġini ta’ Kontinġenza għall-2014 jiġi mobilizzat għal ammont ta’ EUR 2 818.2 miljun u EUR 350 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

1.        BAĠIT 2015

1.1.        Linji “magħluqa”

Sakemm ma jingħadx mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha mhux emendati mill-Kunsill jew mill-Parlament Ewropew, u dawk li għalihom il-Parlament Ewropew aċċetta l-emendi tal-Kunsill matul il-qari rispettiv tagħhom, huma kkonfermati.

Għall-partiti l-oħra tal-baġit, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 hawn taħt.

1.2.        Kwistjonijiet orizzontali

a) Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit (AB) il-ġdid:

Żidiet ta’ postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment u l-approprjazzjonijiet relatati meta mqabbla mal-AB oriġinali:

-     Awtorità Bankarja Ewropea (EBA): +9 postijiet u + EUR 585 000;

-       Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA): +3 postijiet u + EUR 195 000;

-       Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA): +4 postijiet u + EUR 260 000;

-       Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO): +4 postijiet u + EUR 260 000; u

-       Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL): +5 postijiet, ikkombinati mat-tnaqqis ta' -EUR 600 000);

Għall-FRONTEX, żieda fl-infiq operazzjonali ta’ EUR 20.0 miljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.

b) Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta' impenn u f’approprjazzjonijiet ta' pagament) u l-għadd ta’ postijiet għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

c) Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Pakkett komprensiv ta’ 59 Proġett Pilota/Azzjoni Preparatorja (PP/AP) huwa maqbul, kif propost fl-AB il-ġdid, kemm għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kif ukoll għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament. Meta PP jew AP tidher li hi koperta b’bażi legali eżistenti, il-Kummissjoni tista’ tipproponi t-trasferiment ta’ approprjazzjonijiet għall-bażi legali korrispondenti biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

Dan il-pakkett jirrispetta bis-sħiħ il-limiti massimi għall-PP u l-AP previsti fir-Regolament Finanzjarju.

d) Spejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE

It-trasferiment ta’ “l-Ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE” mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit, kif propost fl-AB il-ġdid, huwa maqbul.

1.3.        Infiq skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet ta' hawn fuq dwar il-linji baġitarji “magħluqa”, l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar dan li ġej:

a) Subintestatura 1a

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid biex tiġi riflessa l-prijorità ta’ kontribut għat-titjib tal-aċċess għall-finanzi permezz tal-baġit tal-UE, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs):

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

Rinforzi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn

2015 AB

AB ġdid 2015

Differenza

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) f’forma ta’ ekwità u dejn

162 791,7

174 791,7

12 000,0

04 03 02 03

Il-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali – Faċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-intraprendituri, speċjalment dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol, u l-intrapriżi soċjali

24 957,0

26 457,0

1 500,0

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

337 534,7

342 534,7

5 000,0

 

Total

 

 

18 500,0

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huma aċċettati:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

02 02 01

Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni

106 561,8

108 561,8

2 000,0

02 04 03 02

Trawwim ta' soċjetajiet Ewropej sikuri

148 235,9

153 235,9

5 000,0

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

1 631 723,2

1 650 723,2

19 000,0

08 02 02 01

Tmexxija fin-nanoteknoloġiji, materjali avvanzati, teknoloġija tal-lażer, bijoteknoloġija u manifattura u proċessar avvanzati

498 592,7

503 592,7

5 000,0

08 02 03 05

Kisba ta’ ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u provvista sostenibbli ta’ materja prima

291 719,4

297 719,4

6 000,0

09 04 02 01

Rwol ta’ tmexxija fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

819 154,4

824 154,4

5 000,0

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

41 725,8

43 725,8

2 000,0

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

1 336 476,0

1 348 476,0

12 000,0

15 02 01 02

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja tad-demokrazija Ewropea

161 745,0

165 245,0

3 500,0

15 02 03

Żvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport

20 439,0

20 939,0

500,0

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

734 668,4

737 668,4

3 000,0

 

Total

 

 

63 000,0

B’konsegwenza ta’ dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 17 551.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 114.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tas-subintestatura 1a.

b)     Subintestatura 1b

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost fl-AB il-ġdid.

Filwaqt li jitqiesu l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-mobilizzazzjoni ta’ EUR 83.3 miljun mill-Istrument ta’ Flessibbiltà għal assistenza addizzjonali lil Ċipru, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 49 230.3 miljun.

c) Intestatura 2

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid.

Abbażi tal-elementi ġodda li ħarġu minn meta ġiet ippreżentata l-ittra emendatorja (IE) Nru 1/2015, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar l-użu effettiv tal-miżuri ta’ emerġenza meħudin minn Awwissu 2014 bħala rispons għall-projbizzjoni fuq l-importazzjoni tal-ikel Russu, l-eċċess finali tal-FAEG għall-2014 u t-tbassir aġġornat ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, li għalihom il-Kummissjoni adottat pakkett ieħor fis-26 ta' Novembru 2014, kif ukoll għall-Finlandja ladarba jintlaħqu l-kondizzjonijiet), jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-IE Nru 1/2015 mingħajr ma jsir rikors għar-riżerva ta’ kriżi agrikola, bis-saħħa ta’ dan id-dħul addizzjonali assenjat.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 58 808.6 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 790.4 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 2.

d) Intestatura 3

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid. Iż-żieda fl-infiq operazzjonali ta’ FRONTEX hija kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-partita tal-baġit 18 02 01 01 (Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu).

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 2 146.7 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 99.3 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 3.

e) Intestatura 4

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment tal-infiq amministrattiv komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

Barra minn hekk, it-tisħiħ li ġej tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn meta mqabbel mal-AB il-ġdid huwa aċċettat:

(f'EUR 1,000)

Linja baġitarja

Isem

AB ġdid 2015

Baġit 2015

Differenza

21 03 01 04

Sostenn għall-proċess ta’ paċi u assistenza finanzjarja lill-Palestina u l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina (UNRWA)

264 500,0

286 500,0

22 000,0

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

872 446,0

882 446,0

10 000,0

 

Total

 

 

32 000,0

Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għall-intestatura 5 (taqsima tas-SEAE) kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fuq il-linja baġitarja 19 03 01 07 (Rappreżentanti Speċjali tal-UE, intestatura 4) jerġgħu jiġu kif kienu qabel kif propost fl-AB oriġinali.

B’konsegwenza għal dan, u wara li jitqiesu l-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u t-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima tas-SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 408.4 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 340.6 miljun taħt il-limitu massimu tal-infiq tal-intestatura 4.

f)    Intestatura 5

L-għadd ta’ postijiet fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-Istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid, u b'hekk ġew integrati dawn li ġejjin:

-       il-qari rispettiv tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għat-taqsimiet tagħhom tal-baġit;

-       il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti tal-Ġustizzja;

-       il-qari tal-Parlament Ewropew għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; u

-       għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-livell ta’ approprjazzjonijiet propost mill-Kummissjoni fl-AB oriġinali żdied biex jitqies it-trasferiment ta' approprjazzjonijet ta' newtralità baġitarja relatati mal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE" mit-taqsima tal-Kummissjoni għat-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

Madankollu, it-trasferiment tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE mill-intestatura 4 għat-taqsima tas-SEAE taħt l-intestatura 5 kif propost fl-AB il-ġdid ma ġiex aċċettat. Konsegwentement, l-ebda approprjazzjoni għal dan l-għan mhi inkluża fit-taqsima tas-SEAE tal-baġit.

B’kollox, meta mqabbel mal-AB oriġinali, dawn il-bidliet iwasslu għal:

-       tnaqqis nett ta’ 35 post tal-pjan ta’ stabbiliment, minħabba t-tnaqqis ta’ 47 post għall-Parlament Ewropew li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ 12-il post għall-Qorti tal-Ġustizzja;

-       tnaqqis nett f’approprjazzjonijet ta’ EUR 0.6 miljun, minħabba t-tnaqqis ta’ EUR 1.4 miljun għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri, EUR 1.4 miljun għall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u EUR 0.4 miljun għall-Kumitat tar-Reġjuni, li huwa parzjalment ikkumpensat minn żieda ta’ EUR 2.6 miljun għall-Qorti tal-Ġustizzja;

-       iż-żieda ta’ EUR 71.5 miljun għas-SEAE tirrifletti t-trasferiment ta' newtralità baġitarja tal-"ispejjeż amministrattivi komuni tad-Delegazzjonijiet tal-UE", li huwa kompletament ikkumpensat fit-taqsima tal-Kummissjoni fis-subintestatura 1a (EUR 0.6 miljun), l-intestatura 2 (EUR 0.1 miljun), l-intestatura 4 (EUR 45.7 miljun) u l-intestatura 5 (EUR 25.2 miljun). B’mod ġenerali, dawn it-trasferimenti jirriżultaw f’żieda netta ta’ approprjazzjonijiet taħt l-intestatura 5 ta’ EUR 46.3 miljun.

Barra minn hekk, kif imqabbel mal-AB il-ġdid, it-trasferiment ta' postijiet tax-xogħol u approprjazzjonijiet ta' impenn ta' newtralità baġitarja mill-Kunsill għall-PMO (Uffiċċju tal-Kontrollur tal-Pagi) huwa maqbul, biex jieħu kont tat-trasferiment sa mill-1 ta' Jannar 2015 tad-determinazzjoni u l-ġestjoni tad-drittijiet ta' pensjoni ta' membri tal-persunal tal-Kunsill attivi u rtirati għall-PMO: żieda ta' sitt postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbiliment ta' AST 7 kif ukoll żieda ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kummissjoni (Taqsima III) jiġu kompletament ikkumpensati bit-tnaqqis ta' 6 postijiet tax-xogħol ta' pjan ta' stabbilment ta' AST 7 kif ukoll bi tnaqqis ta' EUR 504 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fil-Kunsill (taqsima II).

B’konsegwenza għal dan, b'kont meħud tal-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji kif ukoll it-trasferiment tal-ispejjeż komuni tad-delegazzjonijiet tal-UE għat-taqsima SEAE, il-livell ta’ impenji maqbul huwa stabbilit għal EUR 8 660,5 miljun, li jħalli marġini ta’ EUR 415,5 miljun taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 5.

1.4.        Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2015 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 141 214 040 563.

Dan jinkludi ammont ta’ EUR 126.7 miljun li jirrelataw mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE marbuta ma' ABE Nru 5/2014 u 7/2014, kif ukoll ammont ta’ EUR 440 miljun lihuwa relatat maċ-ċaqliq ta’ approprjazzjonijiet ta' pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ mill-baġit tal-2014 għall-baġit tal-2015.

Id-distribuzzjoni tal-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit tal-2015 tieħu kont tal-passi li ġejjin:

a)     approprjazzjonijiet ta' pagament għal nefqa mhux differenzjata kif stabbilita hawn fuq, b’mod partikolari taħt l-intestaturi 2 u 5; u

b)     l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-pakkett ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kif stabbiliti hawn fuq, huma kkalkulati kif ġej: approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota kollha u għall-azzjonijiet preparatorji huma stabbiliti għal 50 % tal-impenji korrispondenti jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas; fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota eżistenti u azzjonijiet preparatorji l-livell ta' pagamenti huwa wieħed definit fl-AB b'żieda ta' 50 % tal-impenji korrispondenti ġodda, jew fil-livell propost mill-Parlament Ewropew, skont liem ikun l-anqas;

c)  it-tnaqqis ta’ EUR 123.3 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament meta mqabbel mal-AB ġdid huwa mifrux b’mod proporzjonali fost il-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, bl-eċċezzjoni tal-linji baġitarji li ġejjin, li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa stabbilit fil-livell tal-AB il-ġdid:

-       l-ispiża għas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali);

-       Il-linji baġitarji 04 02 17, 04 02 60, 11 06 12, 13 03 16 u 13 03 60 għall-objettiv ta' Konverġenza; u

-     Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Internazzjonali.

d)     abbażi tar-riżultati miksuba fil-punt c) t'hawn fuq, isiru l-aġġustamenti finali li ġejjin:

-       ammont ta’ EUR 100 miljun huwa miżjud mal-linja baġitarja 13 04 02 (Tlestija tal-Fond ta’ Koeżjoni (2007-2013)), ikkumpensat minn:

-       tnaqqis ta' EUR 50 miljun mil-linja baġitarja 13 03 18 (Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Kompetittività reġjonali u impjieg); u

-       tnaqqis ta’ EUR 50 miljun, mifruxa mal-linji baġitarji kollha b’approprjazzjonijiet differenzjati li mhumiex affettwati mill-punt b) t'hawn fuq, għall-ispejjeż tas-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) u l-intestatura 4 (Ewropa Globali), bl-eċċezzjoni tal-linja baġitarja 23 02 (Għajnuna umanitarja, assistenza għall-ikel u l-istat ta' preparazzjoni għal diżastri), li għalihom l-ammonti stabbiliti fl-AB il-ġdid huma miżmuma.

1.5.        Rimarki Baġitarji

F’dak li jirrigwarda r-rimarki baġitarji, l-AB il-ġdid huwa approvat, b'hekk jintegra l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, ħlief għal-linji baġitarji 04 03 01 03 u 19 03 01 06, bil-fehim li dawn l-emendi ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi legali eżistenti, jew ikollhom effett fuq l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet.

1.6.        Linji baġitarji ġodda

In-nomenklatura baġitarja kif proposta mill-Kummissjoni fl-AB il-ġdid ser tibqa' l-istess.

1.7.        Riżervi

L-ebda ammont m’hu mqiegħed taħt riżervi kondizzjonali għat-taqsima tal-Kummissjoni.

2.        BAĠIT 2014

a)      L-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali (EUR 126,7 miljun) mitluba għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE fl-ABE Nru 5/2014 u 7/2014 ġew approvati. Il-pagamenti korrispondenti jiġu ttrasferiti għall-baġit tal-2015.

b)      L-ABE Nru 3/2014 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni, bi tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament kif ġej:

-       Żvilupp rurali: EUR 90 miljun għat-tlestija tal-programmi ta’ żvilupp rurali 2007-2013 mhumiex aċċettati b'kont meħud tal-livell iktar baxx milli mistenni tad-dikjarazzjoni ta' pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri f’Novembru 2014. Barra minn hekk, ġie maqbul tnaqqis ta’ EUR 20 miljun mill-Programmi l-ġodda;

-       L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ: tnaqqis ta' EUR 420 miljun għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġie maqbul. Madankollu, ammont ta’ EUR 440 miljun ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ huwa miżjud mal-baġit tal-2015, kif stabbilit fit-taqsima 1.4 t'hawn fuq;

-       Tnaqqis ulterjuri ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 648,1 miljun huwa maqbul, imqassam fuq il-linji baġitarji msaħħa mill-Marġini ta’ Kontinġenza filwaqt li jitħallew kif inhuma l-ammonti rikjesti għal-linji baġitarji 13 03 16 (Konverġenza tal-FEŻR), 04 06 01 (FEAD), u 21 03 02 01 u 21 03 03 03 (Appoġġ għall-Ukraina).

Riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament:

-       ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni fit-"trasferiment globali" (DEC 31/2014) hija aċċettata;

-       ir-riallokazzjoni proposta mill-Kummissjoni għat-taqsima tal-Kummissjoni fl-ABE Nru 6/2014 hija aċċettata; madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli għar-riallokazzjoni mill-FEMS (spiża ta' appoġġ amministrattiv) u r-riżerva għall-Ftehimiet Internazzjonali ta’ Sħubija dwar is-Sajd (total ta' EUR 6 150 900) huma riallokati għall-Għajnuna Umanitarja (linja baġitarja 23 02 01);

-       b’kont meħud tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit u l-prospetti għal tmiem is-sena, riallokazzjoni ulterjuri li tammonta għal EUR 30,4 miljun hija maqbula. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:

-      Artikolu 01 03 02 (Għajnuna makrofinanzjarja): EUR 5 miljun;

-      Artikolu 04 03 02 (PROGRESS): EUR 10,0 miljun;

-      Artikolu 12 02 01 (Suq intern): EUR 1,2 miljun;

-      Artikolu 17 03 51 (Saħħa pubblika): EUR 0,7 miljun;

-       Partita 18 02 01 02 (Il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-Kriminalità): EUR 2,3 miljun;

-       Partita 21 09 51 01 (DCI Asja): EUR 2,5 miljun;

-       Artikolu 33 02 02 (Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza): EUR 2,2 miljun; u

-       Artikolu 29 02 01 u 29 02 51 (Statistiċi): EUR 6,5 miljun.

It-tabella ta’ hawn taħt turi t-tisħiħ u t-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' pagament li rriżultaw fl-ABE Nru 3/2014 (inkluż riallokazzjoni permezz tat-"trasferiment globali", l-ABE Nru 6/2014 u l-aħħar aġġornament tas-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-baġit) kif approvat skont il-linji stabbiliti hawn fuq:

Linji baġitarji

Isem

ABE Nru 3/2014Adottat

 

01 03 02

Assistenza makrofinanzjarja

-28 960 000

01 04 51

Tlestija ta' programmi fil-qasam tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) (qabel l-2014)

12 000 000

02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fil-forma ta’ ekwità u dejn

4 540 126

02 05 01

Żvilupp u forniment ta’ infrastruttura u servizzi globali tar-radjunavigazzjoni bis-satelliti (Galileo) sal-2019

70 000 000

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

-420 000 000

04 03 02 01

Progress — Appoġġ għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali tal-Unjoni u l-leġislazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol

-2 950 000

04 03 02 03

Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali — Żieda fl-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għal persuni legali u fiżiċi, speċjalment dawk li huma l-iktar distanti mis-suq tax-xogħol u l-intrapriżi soċjali

-7 114 776

04 06 01

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

99 000 000

05 02 10 02

Miżuri ta’ promozzjoni — Pagamenti diretti mill-Unjoni

-308 029

05 04 60 01

Promozzjoni ta’ żvilupp rurali sostenibbli, aktar bilanċjat territorjalment u ambjentalment, settur agrikolu tal-Unjoni aktar favorevoli għall-klima u innovattiv

-20 000 000

05 06 01

Ftehimiet agrikoli internazzjonali

-3 784 411

05 08 77 06

Azzjoni Preparatorja — Osservatorju Ewropew tal-prezzijiet u l-marġini tal-farms

-612 329

05 08 77 09

Azzjoni preparatorja — Riżorsi ġenetiċi tal-UE tal-pjanti u tal-annimali

-600 000

05 08 77 10

Proġett pilota — Agropol: żvilupp ta’ Reġjun Mudell ta’ Negozju Agrikolu transkonfinali Ewropew

-600 000

05 08 77 11

Proġett pilota — Agroforestrija

-350 000

05 09 03 01

Żgurar ta’ provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħra b’bażi bijoloġika

-1 666 954

07 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġika tal-iżvilupp fl-Artiku Ewropew

356 052

08 02 01 01

Tisħiħ tar-riċerka esploratorja fil-Kunsill Ewropew għar-Riċerka

24 970 695

08 02 02 02

Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni

4 540 126

08 02 51

Tlestija tal-programm kwadru tar-riċerka preċedenti — Is-Seba’ Programm Kwadru — Azzjonijiet indiretti KE (2007 sa 2013)

50 000 000

08 04 01

Kostruzzjoni, operazzjoni u esplojtazzjoni tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea għal ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

-8 800 000

08 04 51

Tlestija tal-Impriża Konġunta Ewropea ITER — Fużjoni għall-Enerġija (F4E) (2007 sa 2013)

-71 200 000

09 02 01

Definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika

-271 200

09 02 05

Miżuri dwar il-kontenut diġitali u industriji awdjoviżivi u ta’ mezzi oħra

-592 000

09 02 77 03

Proġett pilota — Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Midja

-456 508

09 03 03

Promozzjoni tal-interoperabbiltà, il-varar sostenibbli, l-operat u t-tiġdid tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali trans-Ewropej, kif ukoll il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew

-1 898 831

09 03 51 01

Tlestija tal-programm Safer Internet (2009 sa 2013)

-450 000

09 04 03 02

Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflessivi

2 784 852

09 04 51

Tlestija tas-Seba’ Programm Kwadru (2007 sal-2013)

105 000 000

11 01 04 01

Infiq ta' appoġġ għal Affarijiet marittimi u sajd — Assistenza amministrattiva u teknika mhux operazzjonali

-774 900

11 01 06 01

Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju — Kontribuzzjoni mill Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)

-809 000

11 03 01 (riżerva)

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa mill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

-69 567 000

11 06 12

Tlestija tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) — Objettiv ta’ konverġenza (2007 sa 2013)

69 540 126

12 02 01

Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq intern

-1 170 000

12 02 77 03

Azzjoni preparatorja — Forum tas-Suq Uniku

-150 000

12 03 51

Tlestija ta’ attivitajiet preċedenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, rapportar finanzjarju u awditjar

-669 803

13 03 16

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Konverġenza

2 400 700 000

13 03 18

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kompetittività reġjonali u impjiegi

227 006 319

13 03 19

Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

179 334 992

13 03 77 09

Azzjoni preparatorja dwar Forum tal-Atlantiku għall-Istrateġija Atlantika tal-Unjoni Ewropea

-433 000

13 05 63 02

Kooperazzjoni transfruntiera (KTF) — Kontribuzzjoni mill-Intestatura 4

-12 338 481

14 02 01

Appoġġ għall-funzjonament u l-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali

7 500 000

14 03 01

Titjib tal-funzjonament tajjeb tas-sistemi tat-tassazzjoni

2 500 000

15 02 01 01

Promozzjoni tal-eċċellenza u l-kooperazzjoni fil-qasam Ewropew tal-edukazzjoni u t-taħriġ u r-relevanza tiegħu għas-suq tax-xogħol

138 119 479

15 03 01 01

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie — ħolqien, żvilupp u trasferiment ta' ħiliet u għarfien ġodda u innovazzjoni

40 861 137

16 03 01 03

Uffiċċju tal-informazzjoni

1 600 000

16 03 01 04

Komunikazzjoni tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u azzjonijiet ta' 'Sħubija'

1 000 000

16 03 02 03

Informazzjoni elettronika u miktuba u għodod tal-komunikazzjoni

2 900 000

17 02 01

Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza u l-informazzjoni tagħhom

-1 449 000

17 03 10

Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard

-2 000 000

17 03 12 01

Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

-7 602 918

18 02 01 01

Sostenn ta’ ġestjoni tal-fruntieri u politika komuni tal-viżi biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu

-7 446 000

18 02 01 02

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u mmaniġġar aħjar tar-riskji u l-kriżijiet b’rabta mas-sigurtà

-9 236 000

18 03 51

Tlestija tal-operazzjonijiet u programmi fil-qasam tar-ritorn, refuġjati u flussi migratorji

19 431 000

19 02 01

Rispons għal kriżi u kriżi emerġenti

50 765 835

19 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tar-relazzjonijiet u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi industrijalizzati (mill-2007 sal-2013)

3 600 000

20 02 01

Relazzjonijiet kummerċjali esterni, inkluż l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi terzi

1 181 809

20 02 03

Għajnuna għall-kummerċ — Inizjattivi multilaterali

1 000 000

21 02 07 06

L-ikel u s-sigurtà tan-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli

6 000 000

21 02 40

Ftehimiet dwar il-kommoditajiet

20 000

21 02 51 01

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-ażil

4 000 000

21 02 51 02

Kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Amerika Latina

23 000 000

21 02 51 03

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, inklużi l-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani

44 000 000

21 02 51 05

Parteċipanti mhux statali fl-iżvilupp

2 000 000

21 02 51 06

Ambjent u mmaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluż l-enerġija

2 000 000

21 03 02 01

Sħubija tal-Lvant — Drittijiet tal-bniedem u mobbiltà

210 000 000

21 03 03 03

Sostenn lil kooperazzjoni oħra multinazzjonali fil-viċinat

40 000 000

21 03 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 04 51

Tlestija tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (ta’ qabel l-2014)

3 000 000

21 05 51

Tlestija ta’ azzjonijiet fil-qasam ta’ theddid globali għas-sigurtà (ta’ qabel l-2014)

2 000 000

21 09 51 01

Asja

-2 500 000

22 02 51

Tlestija ta’ assistenza preċedenti ta’ qabel l-adeżjoni (ta’ qabel l-2014)

45 000 000

23 02 01

Konsenja ta’ għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari rapida, effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet

256 150 900

23 03 51

Tlestija ta’ programmi u azzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni ċivili fl-Unjoni (ta’ qabel l-2014)

-500 000

24 01 07

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

-10 000

24 02 01

Prevenzjoni u ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

942 750

24 04 01

Sostenn għal assistenza reċiproka f'affarijiet doganali u faċilitar ta’ għodod elettroniċi siguri tal-komunikazzjoni għall-Istati Membri biex jirrapportaw irregolaritajiet

680 612

26 01 09

Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet

-22 000

26 01 23 01

Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu

-13 000

26 02 01

Proċeduri għall-aġġudikazzjoni u r-riklamar ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi

-250 000

26 03 01 01

Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej

10 000 000

29 02 01

Forniment ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità, l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea u tisħiħ tas-sħubija fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea

-11 294 249

29 02 51

Tlestija ta’ programmi statistiċi (ta’ qabel l-2013)

-9 872 560

32 02 52

Tlestija ta’ proġetti enerġetiċi biex jgħinu l-irkupru ekonomiku

65 000 000

33 02 01

Żgurar tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini

-2 000 000

33 02 02

Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza

-5 177 700

34 02 01

Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-Unjoni

6 000 000

34 02 04

Kontribuzzjoni għal ftehimiet klimatiċi multilaterali u internazzjonali

-74 969

34 02 51

Tlestija ta’ programmi preċedenti tal-azzjoni klimatika

2 903 358

XX 01 01 01 01

Remunerazzjoni u allowances

-317 000

SEC 7 - 1 2 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-10 992

SEC 9 - 1 1 0 0

Remunerazzjoni u allowances

-5 843

 

Total

3 529 620 715

L-approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali li jirriżultaw għall-ABE Nru 3/2014 huma ta' EUR 3 529.6 miljun, li minnhom EUR 2 818.2 miljun flimkien ma’ EUR 350 miljun jikkonċernaw il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta’ Kontinġenza, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali li tinsab fit-taqsima 3.3 hawn taħt.

c)     L-ABE Nru 4/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, bl-inklużjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-ABE Nru 6/2014 relatati mal-ispiża ta’ appoġġ amministrattiv għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli fit-taqsima tal-Kummissjoni). L-ammont ta’ EUR 248 460 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli identifikati fl-ABE Nru 4/2014 (Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data) huma allokati mill-ġdid għal Għajnuna umanitarja (linja baġitarja 23 02 01). It-talba għal approprjazzjonijiet addizzjonali għall-impenji u pagament relatati mal-Ombudsman Ewropew (Taqsima VIII) fl-ABE 6 tiġi rtirata, kif stabbilit fl-ittra ta’ emenda għall-ABE Nru 6/2014.

d)     L-ABE Nru 6/2014, kif modifikat bl-ittra tiegħu ta’ emenda, ġie approvat kif propost mill-Kummissjoni, fir-rigward tar-riżorsi proprji.

e)     L-ABE Nru 8/2014 (= ABE ġdid Nru 2/2014) dwar il-bilanċ favorevoli tal- 2013 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.

3.        DIKJARAZZJONIJIET

3.1.   Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 (riżorsi proprji) u l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill 1150/2000

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadottaw l-abbozz ta' baġit emendatorju 6/2014 kif emendat bl-Ittra Emendatorja 1/2014.

Fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436 (KE, Euratom) dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentata mill-Kummissjoni fit-12 ta' Novembru 2014, il-Parlament Ewropew jimpenja ruħu li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-Regolament emendat 1150/2000 fil-ħin sabiex jiżgura li dan jiġi adottat fis-sessjoni plenarja tal-PE ta' Diċembru 2014 u li l-Kunsill jadottah bħala parti mill-pakkett ġenerali."

3.2.        Dikjarazzjoni konġunta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

"Is-sena 2014 rat ammont kbir, mingħajr preċedent, ta' pagamenti pendenti ta' fondi strutturali u fondi ta' koeżjoni fil-bidu tal-qafas finanzjarju, filwaqt li għadd ta' programmi ġodda ngħataw il-flus minn ħafna qabel. Minħabba din is-sitwazzjoni unika u eċċezzjonali, li ma tistax tiġi akkomodata fil-limitu massimu ta’ pagament għall-2014, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-Marġini ta' Kontinġenza jiġi mobilizzat għas-sena finanzjarja 2014 bħala l-aħħar istanza.

L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-QFP jistipula li "L-ammonti magħmulin disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għandhom jiġu kollha kkumpensati mal-marġini f'waħda jew aktar mill-intestaturi tal-QFP għas-sena finanzjarja attwali jew dawk futuri".

L-istituzzjonijiet jaqblu li jagħmlu l-għalmu tagħhom biex isibu soluzzjonijiet adatti sabiex il-livell eċċezzjonalment għoli ta' pagamenti pendenti tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tal-perijodu 2007-2013 ma jkomplux wara l-2014 u li, għalhekk, ser isir kull sforz biex jiġi żgurat li l-Marġini ta' Kontinġenza ma jiġix mobilizzat biex jiffinanzja l-impenji pendenti li jirriżultaw minn programmi għall-fondi strutturali u ta' koeżjoni fis-snin finanzjarji 2015-2020."

3.3.        Dikjarazzjoni konġunta dwar strumenti speċjali

"L-istituzzjonijiet ifakkru li l-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza li għalhekk ma għandux jiġi mobilizzat jekk ikun għad hemm possibbiltajiet finanzjarji. Fil-qafas tal-baġit ġenerali għall-2014 hemm nuqqas ta’ qbil dwar jekk l-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament li jkopri strumenti speċjali oħra għadux disponibbli fil-marġini mhux allokat.

L-istituzzjonijiet jaqblu li huwa importanti ferm li jintlaħaq qbil fil-prinċipju dwar il-mobilizzazzjoni ta' strumenti speċjali oħra għall-pagamenti malajr kemm jista' jkun.

Madankollu, peress li ma kienx possibbli li jintlaħaq tali qbil fil-kuntest tan-negozjati tal-pakkett li jkopri l-ABE għall-2014 u l-baġit ġenerali għall-2015, l-istituzzjonijiet jaqblu li sabiex jiġi żgurat li dak il-pakkett jiġi adottat fil-ħin:

-       l-ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament jiżdied mal-Marġini ta' Kontinġenza;

-       isir sforz biex jintlaħaq ftehim rapidu dwar jekk u sa fejn strumenti speċjali oħra jistgħu jiġu mobilizzati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP għall-pagamenti bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk u sa fejn l-ammont ta' EUR 350 miljun għandu jiġi kkumpensat skont il-marġnijiet tal-QFP għal pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew dawk futuri;

-       dan ta' hawn fuq jiġi akkumpanjat – kif adatt – bil-modifiki meħtieġa tad-deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza għas-sena baġitarja 2014, jew bi kwalunkwe azzjoni oħra meħtieġa legalment biex tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tar-Regolament dwar il-QFP u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu."

3.4.   Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prefinanzjament ta' Programmi Operazzjonali fl- 2014 u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

"Fil-kuntest tal-implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-QFP 2014-2020, il-Kummissjoni Ewropea tikkonferma l-prefinanzjament, fl-2014, ta' Programmi Operazzjonali li jkunu ġew formalment ippreżentati fl-2014 u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti f'atti legali korrispondenti.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonferma li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tibqa' prijorità politika għolja u li t-trasferiment ta' approprjazzjonijiet ta' pagament relatati mill-2014 għall-2015 mhux ser jittardja l-implimentazzjoni tagħha."

3.5.   Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza b'reazzjoni għal projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel

"Wara l-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni tal-ikel, f'Awwissu u f'Settembru 2014 ġew adottati sensiela ta' miżuri ta' emerġenza, u fis-26 ta' Novembru 2014 ġie approvat pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi. Hekk kif jiġi sodisfatti l-kondizzjonijiet li josservaw il-kriterji oġġettivi meħtieġa għall-eliġibbiltà, il-Kummissjoni tista' tipproponi pakkett ieħor immirat lejn is-settur tal-prodotti tal-ħalib fil-Finlandja.

Fl-Ittra Emendatorja tagħha (AL) 1/2015, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tiffinanzja, jekk meħtieġ, dawn il-miżuri permezz tar-riżerva għall-kriżijiet.

Mill-preżentazzjoni tal-ittra emendatorja AL 1/2015 'il hawn, feġġew dawn it-tliet elementi ġodda, li permezz tagħhom jistgħu jiġu ffinanzjati dawn il-miżuri ta' emerġenza mingħajr ma tintuża riżerva għall-kriżi:

-       skont id-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-użu proprju tal-miżuri adottati f’Awwissu u Settembru, l-ispiża titnaqqas minn EUR 344 miljun kif stmata inizjalment għal madwar EUR 234 miljun;

-       l-eċċess finali tal-eżerċizzju tal-FAEG tal-2014 huwa madwar EUR 230 miljun ogħla milli antiċipat fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015, li kien għadu bbażat fuq stimi;

-       il-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jinġabru fl-2015 huma mistennija li jkunu ogħla minn kif kienu previsti inizjalment f'Ottubru li għadda."

Abbażi ta' dawn it-tliet elementi l-ġodda, il-miżuri ta’ emerġenza msemmija hawn fuq (inklużi dawk relatati mas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Istati Baltiċi, u għall-Finlandja ladarba jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet) jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan l-approprjazzjonijiet mitluba fl-Ittra Emendatorja AL 1/2015 bis-saħħa ta' dan id-dħul assenjat addizzjonali mingħajr ma nirrikorru għar-riżerva għall-kriżi."

3.6.        Dikjarazzjoni konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jfakkru fir-responsabbiltà kondiviża tagħhom, kif stabbilit fl-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li 'il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw li jkun hemm disponibbli l-mezzi finanzjarji sabiex jippermettu li l-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi'.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ifakkru fil-ħtieġa li tiġi żgurata, fid-dawl tal-implimentazzjoni, il-progressjoni ordnata tal-pagamenti b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex jiġi evitat kull livell anormali ta' fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaqblu li jiffissaw il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2015 għal EUR 141 214 040 563. Huma jitolbu lill-Kummissjoni tniedi kwalunkwe azzjoni meħtieġa, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex tiġi koperta r-responsabbiltà assenjata mit-Trattat u, b'mod partikolari, wara li tkun ġiet eżaminata l-possibilità ta' riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet rilevanti, b'referenza partikolari għal kwalunkwe sottoimplimentazzjoni mistennija ta' approprjazzjonijiet (Regolament Finanzjarju Artikolu 41§2) biex titlob approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali f'baġit emendatorju li għandu jiġi ppreżentat hekk kif jidher li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2015 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru n-nefqa.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jieħdu pożizzjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' baġit emendatorju malajr kemm jista' jkun sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fl-approprjazzjonijiet ta' pagament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jipproċessaw malajr kwalunkwe trasferiment possibbli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, inkluż minn intestatura tal-qafas finanzjarju għal oħra, sabiex isir l-aħjar użu possibbli tal-approprjazzjonijiet ta' pagament imdaħħla fil-baġit u jallinjawhom mal-eżekuzzjoni u l-ħtiġijiet attwali.

Matul is-sena, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jissorvejlaw b'mod attiv l-istat ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2015, b'mod partikolari taħt is-subintestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi), is-subintestatura 1b (Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) u l-iżvilupp rurali taħt l-intestatura 2 (Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali). Dan ser jieħu l-forma ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi, f'konformità mal-punt 36 tal-Anness tal-Ftehim Interistituzzjonali, sabiex jitqies l-istat tal-implimentazzjoni tal-pagamenti u l-previżjonijiet riveduti.

Dawn il-laqgħat għandhom isiru tal-anqas tliet darbiet fl-2015 (fir-rebbiegħa meta jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit, f'Lulju qabel il-qari tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit għall-2016 u f'Ottubru qabel ma tibda l-Konċiljazzjoni) u għandhom ikunu f'livell politiku fil-preżenza ta' Membri tal-Parlament Ewropew, Membri tal-Kunsill u l-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Baġit u r-Riżorsi Umani. Il-laqgħat għandu jkollhom l-għan li ssir valutazzjoni konġunta fil-livell meħtieġ tal-ħtiġijiet ta' pagament, ibbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-kontijiet eżistenti li għandhom jiġu onorati legalment u l-istimi għall-bqija tas-sena N u s-sena N+1."

3.7.        Dikjarazzjoni konġunta dwar pjan ta' pagament

"L-istituzzjonijiet jaqblu mal-għan li jitnaqqas il-livell ta' kontijiet mhux imħallsa, b'enfasi partikolari fuq il-politika ta' koeżjoni, fi tmiem is-sena sal-livell strutturali matul il-QFP attwali.

Sabiex jintlaħaq dan l-għan:

-       il-Kummissjoni taqbel li tippreżenta, flimkien mal-konklużjonijiet konġunti dwar il-Baġit għall-2015, l-aktar previżjoni aġġornata tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa sa tmien l-2014; il-Kummissjoni ser taġġorna dawn iċ-ċifri u ser tipprovdi xenarji alternattivi f'Marzu 2015 meta jkun hemm disponibbli stampa globali tal-livell ta' kontijiet mhux imħallsa fi tmiem l-2014, għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta' politika;

-       abbażi ta' dan, it-tliet istituzzjonijiet ser jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar livell massimu fil-mira tal-kontijiet mhux imħallsa fi tmiem is-sena li jistgħu jitqiesu bħala sostenibbli;

-       abbażi ta' dan, u filwaqt li jirrispettaw ir-Regolament dwar il-QFP, il-pakketti finanzjarji maqbula tal-programmi kif ukoll kull ftehim vinkolanti ieħor, it-tliet istituzzjonijiet ser jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw, mill-2015, pjan biex jitnaqqas il-livell ta’ kontijiet mhux imħallsa li jikkorrispondu mal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2007-2013 għal-livell maqbul komunament permezz tar-reviżjoni ta' nofs it-term tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. It-tliet istituzzjonijiet ser jilħqu qbil dwar dan il-pjan fi żmien debitu qabel ma jiġi ppreżentat l-abbozz ta' baġit għall-2016. Minħabba l-livell eċċezzjonalment għoli ta' kontijiet mhux imħallsa, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu li jikkunsidraw kull mezz possibbli biex jitnaqqas il-livell ta' dawk il-kontijiet.

Kull sena, il-Kummissjoni taqbel li takkumpanja l-abbozz ta' baġit tagħha b'dokument li jevalwa l-livell ta' kontijiet mhux imħallsa u li jispjega l-mod kif l-abbozz ta' baġit ser jagħti lok għat-tnaqqis ta' dan il-livell u b'kemm. Dan id-dokument annwali ser iqis il-progress li jkun sar u ser jipproponi aġġustamenti għall-pjan skont iċ-ċifri aġġornati."

3.8.   Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza bħala l-aħħar istanza

"Il-Parlament Ewropew jiddispjaċih li l-Kunsill ma jikkondividix l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament dwar il-QFP għandhom jinqatgħu barra mil-limitu tal-pagamenti, u għalhekk iħallu marġini ta' EUR 711-il miljun li għandhom jiġu eżawriti qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza.

Il-Parlament Ewropew ifakkar li, f'konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar il-QFP, il-Marġini ta' Kontinġenza huwa strument tal-aħħar istanza. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu eżawriti kompletament il-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha qabel ma jsir rikors għall-Marġini ta' Kontinġenza. Fil-kuntest tat-tilwim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kalkolu tal-marġini disponibbli taħt il-limitu massimu ta' pagamenti fl-2014, ma kienx possibbli li jintlaħaq qbil politiku dwar l-eżawriment ta’ marġini disponibbli ta' EUR 350 miljun qabel ma jsir rikors għall-marġini ta' kontinġenza.

Filwaqt li jfakkar li r-Regolament dwar il-QFP huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' "flessibbiltà possibbli speċifika u massima" sabiex l-Unjoni tkun tista' tonora l-obbligi legali tagħha f'konformità mal-Artikolu 323 TFUE (Premessa 4 tar-Regolament dwar il-QFP), il-Parlament iqis li l-interess, li jsiru disponibbli approprjazzjonijiet addizzjonali biex jiġu onorati l-impenji legali pendenti permezz ta' mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, huwa ta' importanza kbira. Għalhekk, il-Parlament jaċċetta mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza, minkejja l-interpretazzjoni tiegħu li EUR 350 miljun jibqgħu disponibbli taħt il-limitu ta' pagamenti.

Il-Parlament Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tirriporta l-marġini mhux użat ta' EUR 350 miljun fl-aġġustament tekniku tagħha għall-2015 tal-marġini globali għall-pagamenti skont l-Artikolu 6(1)(d) tar-Regolament dwar il-QFP."

3.9.        Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali

"Il-Kunsill ifakkar li l-istrumenti speċjali jistgħu jiġu attivati biss biex jiġu indirizzati ċirkostanzi ġenwinament mhux previsti.

Huwa jfakkar li l-Marġini ta' Kontinġenza ma għandux iwassal biex jinqabżu l-limiti massimi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Fir-rigward ta' strumenti speċjali oħra, il-Kunsill ifakkar li l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-QFP jiddikjara li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti.

Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tikkalkula l-marġini globali, taġixxi f'konformità mar-Regolament dwar il-QFP u mingħajr ma ssir ħsara għall-ftehim milħuq bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar Dikjarazzjoni Konġunta dwar strumenti speċjali (3.3)."


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali