Proċedura : 2014/2037(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0068/2014

Testi mressqa :

A8-0068/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0088

RAPPORT     
PDF 160kWORD 79k
15.12.2014
PE 541.349v04-00 A8-0068/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, b'konformità mal-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0328 – C8‑0020/2014 – 2014/2037(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza, b'konformità mal-punt 14 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0328 – C8‑0020/2014 – 2014/2037(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0328 – C8‑0020/2014),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar approprjazzjonijiet ta' pagament mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif miftiehma fil-konklużjonijiet konġunti tat-12 ta' Novembru 2013(3),

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2014 (COM(2014)0329),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 (1674/2014 – C8-0289/2014),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0068/2014),

A.     billi l-implimentazzjoni tal-QFP 2014-2020 bdiet b'ammont kbir ta' pagamenti pendenti, b'kontijiet mhux imħallsa li jammontaw għal madwar EUR 23,4 biljun fi tmiem l-2013 għall-Politika ta' koeżjoni biss, u livell ta' impenji pendenti (RAL) li jlaħħaq il-EUR 221,7 biljun sal-istess data, jiġifieri EUR 41 biljun aktar minn dak li kien oriġinarjament previst meta ntlaħaq qbil dwar il-QFP 2007-2013; billi din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli u teħtieġ miżuri urġenti, li tuża l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà inklużi fir-Regolament QFP, bil-għan li ma tipperikolax it-twettiq tal-politiki u l-programmi tal-UE, kif maqbul unanimament fil-QFP, iżda wkoll biex jiġu limitati t-talbiet għal imgħax fuq ħlasijiet tard u jkun evitat li jiżdiedu l-esponiment ekonomiku u l-vulnerabbiltà tal-benefiċjarji tal-baġit tal-Unjoni;

B.     billi, fil-qafas tal-konċiljazzjoni baġitarja għall-2014, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu b'mod konġunt, fid-dawl tal-ħtieġa li tkun żgurata progressjoni ordinata tal-pagamenti u tkun evitata bidla anomala tar-RAL fil-baġit tal-2015, li jużaw il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà differenti li jinsabu fir-Regolament QFP, inkluż il-Marġni ta' Kontinġenza;

C.     billi, wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra li jirreaġixxu għal ċirkostanti imprevisti, il-Kummissjoni kienet proponiet li timmobilizza l-ammont kollu tal-Marġni ta' Kontinġenza disponibbli biex jikkumplementa l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2014, 'il fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti.

D.     billi l-Kunsill ma jinterpretax bl-istess mod bħall-Parlament u l-Kummissjoni l-fatt li t-EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mobilizzati fl-2014 fir-rigward tal-Istrumenti Speċjali previsti fir-Regolament QFP għandhom jingħaddu barra l-limitu massimu għall-pagamenti u b'hekk iħalli marġni ta' EUR 711 miljun li għandhom jintużaw qabel ma jsir rikors għall-Marġni ta' Kontinġenza; billi, skont dan, id-deċiżjoni tibqa' miftuħa għal jekk u sa liema punt l-ammont ta' EUR 350 miljun għandux jitnaqqas mill-marġni tal-QFP għall-pagamenti għas-snin finanzjarji attwali jew futuri;

E.     billi ġie miftiehem li, fil-qafas tan-negozjati dwar il-pakketti baġitarji 2014-2015, jiġi mobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza għal ammont ta' EUR 2 818,2 miljun u EUR 350 miljun, jiġifieri EUR 3 168,2 miljun;

F.     billi din il-mobilizzazzjoni aktarx ma tindirizzax b'mod sostenibbli l-kwistjoni dwar l-iskarsezzi ta' pagament reċenti u dwar iż-żieda fl-impenji pendenti, iżda tillimita biss iż-żieda fil-kontijiet pendenti li ġew riportati għas-sena ta' wara, numru li, mill-2010, kiber b'aktar minn 50 % kull sena ;

G.     billi, barra minn hekk, il-finanzjament ta' din il-mobilizzazzjoni jista' jsir prattikament mingħajr ma jkun gravanti fuq il-baġits nazzjonali minħabba dħul addizzjonali ieħor mhux mistenni għas-sena 2014;

H.     billi, barra minn hekk, il-mobbilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza fl-2014 ma tinvolvi l-ebda żieda tal-limitu massimu globali għall-pagamenti (EUR 908 biljun, prezzijiet tal-2011) tal-QFP 2014-2020 kif stipulat b'mod ċar fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament QFP peress li hu bbilanċjat skont il-marġni tas-snin finanzjarji futuri kif stipulat fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament QFP;

1.      Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza għall-2014, kif preżentat fl-anness;

2.      Jissottolinja li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jsir aktar flessibbli;

3.      Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

Testi adottati, 20.11.2013, P7_TA(2013)0472.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġini ta' Kontinġenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wwara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)    L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza ta' aktar minn 0,03 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni,

(2)    Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2014(3),

(3)    Wara li ġew eżaminati l-possibbiltajiet finanzjarji kollha l-oħra li jirreaġixxu għal ċirkostanti mhux previsti li nqalgħu wara li ġie stabbilit il-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014 għall-ewwel darba fi Frar 2013, jidher li hemm bżonn li l-Marġni ta' Kontinġenza jiġi mmobilizzat sabiex jikkomplementa l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, 'il fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti.

(4)    Għandu jiġi inkluż ammont ta' EUR 350 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament fil-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza sakemm jintlaħaq qbil dwar pagamenti għal strumenti speċjali oħra.

(5)    Wara li kkunsidra s-sitwazzjoni partikolari ħafna li nqalgħet din is-sena, il-kundizzjoni tal-aħħar istanza fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija ssodisfata.

(6)    Biex tkun żgurata l-konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta dwar it-tnaqqis tal-ammont rilevanti mil-limiti massimi għall-pagamenti tal-QFP għal sena finanzjarja futura waħda jew aktar, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-qbil dwar il-pagamenti għal strumenti speċjali oħra, u mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Kummissjoni,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 3 168 233 715 f'approprjazzjonijiet ta' pagament lil hinn mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

Is-somma ta' EUR 2 818 233 715 għandha titnaqqas fi tliet pagamenti mill-marġni skont il-limiti massimi għall-pagamenti għas-snin li ġejjin:

           (a)       2018:  EUR 939 411 200

  (b)  2019:  EUR 939 411 200

  (c)  2020:  EUR 939 411 315

Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta, mill-aktar fis, proposta dwar l-ammont li jifdal ta' EUR 350 miljun.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew                      Għall-Kunsill

Il-President                                                  Il-President

(1)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2014 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2013)928).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali