Proċedura : 2014/2039(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0071/2014

Testi mressqa :

A8-0071/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0099

RAPPORT     
PDF 156kWORD 70k
15.12.2014
PE 541.352v03-00 A8-0071/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0349 – C8-0022/2014 – 2014/2039(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità, b'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0349 – C8-0022/2014 – 2014/2039(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0349 – C8-0022/2014),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali l-ġdid tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottat mill-Kummissjoni fit-28 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0723),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, adottata mill-Kunsill fis-12 ta’ Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (1673/2014 – C8-0287/2014),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fis-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-abbozz ġenerali tal-baġit tal-2015(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0071/2014),

A.     billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għall-allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonjiet ta’ impenn taħt is-subintestatura 1b, jidher li tinħtieġ il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn,

B.     billi l-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP sabiex tikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, bl-ammont ta' EUR 79 8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-rigward tal-allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru, b'ammont totali ta' EUR 100 miljun għall-2015,

1.      Jirrimarka li, minkejja tisħiħ ristrett fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fuq għadd limitat ta' partiti tal-baġit, il-limitu massimu għall-2015 tas-subintestatura 1b ma jippermettix finanzjament adegwat għal prijoritajiet politiċi importanti u urġenti tal-Unjoni;

2.      Jaqbel għalhekk mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà u jemenda l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiffinanzja l-allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt is-subintestatura 1b sal-ammont ta' EUR 83,26 miljun;

3.      Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif prevista fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-ħtieġa kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun flessibbli;

4.      Itenni l-opinjoni tiegħu li ilha stabbilita li, mingħajr preġudizzju għall-possibiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mobilizzati għal intestaturi baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement mobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

5.      Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2014)0000.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)    L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(2) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)    Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, lil hinn mil-limitu massimu tas-subintestatura 1b, b’EUR 83 285 595 favur il-finanzjament tal-programmi ta’ Fondi Strutturali Ċiprijotti biex tingħata allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru għas-sena 2015 b’ammont totali ta’ EUR 100 000 000,

(3)    Għas-sena finanzjarja 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill diġà mmobilizzaw l-Istrument ta’ Flessibilità bid-Deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2013 għall-finanzjament ta’ programmi ta’ Fondi Strutturali Ċiprijotti, u dan għal ammont ta’ EUR 89 330 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn waħedhom,

(4)    Filwaqt li titqies in-natura supplimentari tal-Istrument ta’ Flessibbiltà, teżisti l-ħtieġa li jiġu pprovduti approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali sabiex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali għal Ċipru għas-sentejn finanzjarji 2014 u 2015 abbażi tal-profil tal-pagamenti mistenni, stmat għal EUR 11 3 miljun fl-2015, EUR 45 7 miljun fl-2016, EUR 75 4 miljun fl-2017 u EUR 40 2 miljun fl-2018. L-ammonti annwali għal kull sena tal-perjodu 2015-2018, ikollhom jiġu kkonfermati minn kull tal-abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2015, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jintuża biex tiġi pprovduta s-somma ta' EUR 83 285 595 f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt is-subintestatura 1b.

Dak l-ammont jintuża biex jikkomplimenta l-finanzjament tal-programmi tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti taħt is-subintestatura 1b.

Il-pagamenti assoċjati mal-finanzjament tal-Fondi Strutturali Ċiprijotti permezz tal-Istrument ta’ Flessibilità fl-2014 u l-2015 se jkunu ta' EUR 172 600 000 għall-perjodu 2015-2018. L-ammont annwali eżatt se jiġi definit fl-abbozz ta’ baġit tas-sena kif ippreżentat mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi [ ... ],

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                Il-President

(1)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali