Proċedura : 2014/2162(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0074/2014

Testi mressqa :

A8-0074/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.8

Testi adottati :

P8_TA(2014)0093

RAPPORT     
PDF 141kWORD 66k
15.12.2014
PE 541.414v03-00 A8-0074/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16743/2014 – C8-0288/2014 – 2014/2162(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16743/2014 – C8-0288/2014 – 2014/2162(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2014/2014 adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2014 (COM(2014)0649),

–       wara li kkunsidra l-Ittra emendatorja Nru 1/2014 tal-ABE 6/2014, adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Diċembru 2014 (COM(2014)0730),

         wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u l-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014, adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess (16743/2014 – C8-0288/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0074/2014),

A.     billi l-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) Nru 6/2014 għandu x'jaqsam mar-reviżjoni tal-previżjoni tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali, il-kontribuzzjonijiet tal-VAT u l-ING, it-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet baġitarji għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd kif ukoll ir-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli, kif ukoll iż-żieda fl-approprjazzjonijiet baġitarji għall-Ombudsman Ewropew,

B.     billi l-impatt ġenerali ta' dan l-ABE fuq id-dħul, wara l-adozzjoni tal-Ittra emendatorja 1/2014 għall-ABE Nru 6/2014, huwa tnaqqis fir-rekwiżiti għar-riżorsi proprji ta' ammont ġenerali ta' EUR 4 095,5 miljun, inkluż tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet tal-ING mill-Istati Membri ta' EUR 4 515,5 u żieda fl-ammont ta' Riżorsi Proprji Tradizzjonali ta' EUR 420 miljun,

C.     billi l-għan tal-ABE Nru 6/2014 huwa li jdaħħal dawn l-aġġustamenti baġitarji b'mod formali fil-baġit 2014,

1.      Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014 kif imressaq mill-Kummissjoni u kif emendat mill-Ittra emendatorja 1/2014;

2.      Jinnota li t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet baġitarji relatat mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd kif ukoll ir-riżerva għal Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli jammonta għal tnaqqis totali ta' EUR 76,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' EUR 6,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament li jirriżultaw primarjament mill-adozzjoni, li saret wara, tal-bażi legali għall-Fond u l-valutazzjoni aġġornata tal-istatus tan-negozjati marbuta mal-Ftehimiet dwar is-Sajd imsemmija qabel;

3.      Jilqa' l-proposta li jintużaw EUR 6,2 miljun mill-iffrankar f'approprjazzjonijiet ta' pagament li msemmi fil-paragrafu 2 hawn fuq, biex jgħinu jiffinanzjaw kriżijiet ta' għajnuna umanitarja possibbli sa tmiem is-sena;

4.      Jenfasizza li l-impatt ġenerali tal-ABE Nru 6/2014 fuq il-kontribuzzjonijiet tal-ING huwa t-tnaqqis ta' EUR 4 515,5 miljun u ż-żieda ta' EUR 420 miljun fil-previżjonijiet għar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali;

5.      Iħaddan il-Konklużjonijiet konġunti miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bil-għan li jiġi aċċettat l-ABE Nru 6/2014 kif emendat bl-Ittra emendatorja tiegħu, inkluż ċaqlieqa tal-parti tan-nefqa għall-ABE Nru 3/2014 u l-ABE Nru 4/2014;

6.      Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-ABE Nru 6/2014 se tnaqqas il-bżonn ta' kontribuzzjonijiet tal-ING tal-Istati Membri b'EUR 4 515,5 miljun u għalhekk, flimkien mat-tnaqqis tas-sehem tal-kontribuzzjoni tal-ING mill-Istati Membri għall-Baġit tal-Unjoni li jirriżulta mill-ABE Nru 3/2014, l-ABE Nru 4/2014 u l-ABE Nru 8/2014, se tikkumpensa bis-sħiħ għall-bżonnijiet ta' pagamenti addizzjonali rikjesti fl-ABE Nru 3/2014 kif miftiehem fil-konklużjonijiet konġunti tat-8 ta' Diċembru 2014;

7.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 6/2014;

8.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 5/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali