Proċedura : 2014/2161(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0075/2014

Testi mressqa :

A8-0075/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0094

RAPPORT     
PDF 182kWORD 95k
15.12.2014
PE 541.357v04-00 A8-0075/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Għargħar fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija)

(COM(2014)0648 – C8‑0223/2014 – 2014/2161(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (Għargħar fis-Serbja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija)

(COM(2014)0648 – C8‑0223/2014 – 2014/2161(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0648 – C8‑0223/2014),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 11 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet konġunti li sar qbil dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014;

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0075/2014),

1.      Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 (3) tiegħu,Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)         L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Fond") biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)         L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun (bil-prezzijiet tal-2011).

(3)         Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)         Is-Serbja ressqet talba bl-għan li timmobilizza l-Fond, rigward l-għargħar.

(5)         Il-Kroazja ressqet talba bl-għan li timmobilizza l-Fond, rigward l-għargħar.

(6)         Il-Bulgarija ressqet talba bl-għan li timmobilizza l-Fond, rigward l-għargħar.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 79 726 440 f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi .....

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

              ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

             ĠU C 373, 20.12.2013, p.1.

(3)

           Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur l-għargħar fis-Serbja u fil-Kroazja f'Mejju 2014 u l-għargħar fil-Bulgarija f'Ġunju 2014 abbażi tal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013.

Matul ix-xahar ta’ Mejju 2014, maltemp kbir laqat partijiet kbar tar-Repubblika tas-Serbja u fi grad inqas lill-Kroazja, li wassal għal għargħar li kien fost l-aktar qalil fl-istorja riċenti, li kkawża l-qerda massiva ta’ infrastruttura pubblika u privata, kif ukoll għamel ħsara lil mijiet ta’ eluf ta’ familji. Xahar wara, xita qawwija u qalila li qabżet in-normi klimatiċi tax-xahar b'erba’ darbiet affettwat partijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija biex wasslet għal għargħar u tfixkil serju.

Il-Kummissjoni wettqet analiżi bir-reqqa ta’ dawn it-tliet talbiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament"), u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 4 tiegħu.

L-għargħar huwa ta' oriġini naturali u għaldaqstant jaqa' fi ħdan il-qasam ta' applikazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà.

Is-Serbja - Partijiet kbar tas-Serbja kienu affettwati minn kundizzjonijiet tat-temp severi matul Mejju 2014, li wasslu għal għargħar li kien fost l-agħar fl-istorja riċenti u li kkawża qerda massiva tal-infrastruttura pubblika u privata, kif ukoll li għamel ħsara lil mijiet ta' eluf ta' familji. Is-setturi ekonomiċi l-aktar milquta huma l-enerġija, l-estrazzjoni minerarja u l-agrikoltura iżda kienet ikkawżata wkoll ħsara sinifikanti fuq l-infrastruttura tat-trasport (toroq, pontijiet u linji ferrovjarji), kif ukoll fuq għadd ta’ faċilitajiet għall-protezzjoni tal-għargħar u tal-kosta.

L-awtoritajiet Serbi jistmaw li d-dannu dirett totali kkawżat mid-diżastru huwa ta’ EUR 1,1 biljun. Dan huwa bbażat fuq ir-riżultati tal-Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet ta’ Rkupru mwettqa bil-parteċipazzjoni tal-UE u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali immedjatament wara li seħħ id-diżastru. Dan l-ammont jirrappreżenta 3.8 % tal-ING tas-Serbja u jaqbeż il-livell limitu biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà ta' EUR 174 7 miljun applikabbli għas-Serbja fl-2014 (jiġifieri 0.6 % tal-ING fuq il-bażi tad-data tal-2012). Peress li l-ħsara diretta totali stmata taqbeż il-livell limitu, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali maġġuri", skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament. L-għajnuna finanzjarja tista’ tintuża biss għal ħidmiet ta’ emerġenza essenzjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament.

Il-Kroazja – Il-parti tal-Lvant tal-Kroazja ġiet affettwata mill-istess kundizzjonijiet tat-temp li affettwaw is-Serbja, li kkawżaw ħsara serja, għalkemm fi grad inqas. L-għargħar ikkawża ħsara konsiderevoli fuq faċilitajiet residenzjali, kummerċjali, komunali u infrastrutturali, kif ukoll fuq għelejjel agrikoli u bhejjem. Aktar minn 26 000 persuna kellhom jiġu evakwati. In-netwerks tal-enerġija waqfu, it-toroq u l-pontijiet ġarrbu ħsarat serji u/jew ġew midfuna f’uqigħ tal-art jew tajn li tkaxkar. Madwar 2 700 binja residenzjali u aktar minn 4 000 binja tal-biedja sfaw mgħarrqa, li ħafna minnhom sofrew ħsara strutturali.

L-awtoritajiet Kroati jistmaw li d-dannu dirett totali kkawżat mid-diżastru huwa ta’ EUR 297.6 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0.7 % tal-ING tas-Kroazja u jaqbeż il-livell limitu biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà ta' EUR 254,2 miljun applikabbli għall-Kroazja fl-2014 (jiġifieri 0.6 % tal-ING fuq il-bażi tad-data tal-2012). Peress li l-ħsara diretta totali stmata taqbeż il-livell limitu, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali maġġuri".

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastru u l-immaniġġjar relatata man-natura tad-diżastru l-Kroazja qiegħda fil-proċess li timplimenta d-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-"Direttiva dwar l-Għargħar") . Twettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-għargħar preliminari. Mapep tal-periklu tal-għargħar u mapep tar-riskju tal-għargħar kienu stabbiliti għal żewġ żoni pilota u qed isiru għal żoni oħra. Il-pjanijiet tal-immaniġġjar tar-riskju tal-għargħar jinsabu fil-fażi preparatorja iżda għadhom ma ġewx stabbiliti.

Il-Bulgarija – Xahar wara, xi żoni fil-Bulgarija kienu milquta minn xita qawwija u intensa li qabżet in-normi klimatiċi tax-xahar b'erba’ darbiet li wasslet għal għargħar serju. Saret ħsara lill-infrastruttura pubblika u lill-faċilitajiet fl-oqsma tal-enerġija, l-ilma u r-riżorsi tal-ilma, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi ta’ emerġenza, il-wirt kulturali u ż-żoni naturali protetti. Depożiti abbundanti ta’ ħamrija u skart imkaxkra, tifwir tad-drenaġġ u skariki ta’ ilma mormi iggravaw il-kundizzjonijiet tal-għajxien fiż-żoni affettwati.

L-awtoritajiet Bulgari jistmaw li d-dannu dirett totali kkawżat mid-diżastru huwa ta’ EUR 311,3 miljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0.8 % tal-ING tal-Bulgarija u jaqbeż il-livell limitu biex jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà ta' EUR 232.5 miljun applikabbli għall-Bulgarija fl-2014 (jiġifieri 0.6 % tal-ING fuq il-bażi tad-data tal-2012). Peress li l-ħsara diretta totali stmata taqbeż il-livell limitu, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali maġġuri".

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tar-riskju tad-diżastru u l-immaniġġjar relatata man-natura tad-diżastru l-Bulgarija ttrasponiet id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (id-"Direttiva dwar l-Għargħar") fl-2010 fid-dritt nazzjonali u wettqet valutazzjoni tar-riskju tal-għargħar preliminari għal kull distrett tal-baċin tax-xmara abbażi ta’ metodoloġija għal valutazzjoni tal-periklu tal-għargħar u tar-riskju tal-għargħar żviluppata mill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma.

L-awtoritajiet Bulgari indikaw li ħsara li tammonta għal madwar EUR 2,3 miljun fis-settur tas-saħħa hija koperta minn assigurazzjoni. Dan l-ammont ġie mnaqqas mill-ispiża eliġibbli.

Fid-dawl tal-eżami tal-applikazzjonijiet(1) u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-possibbiltà ta' riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 79 726 440.

Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-għajnuna tal-Fond ta’ Solidarjetà tfasslet fir-Rapport Annwali tal-2002-2003 dwar il-Fond ta’ Solidarjetà u kienet aċċettata mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew.

Qed jiġi propost li jkunu applikati l-istess perċentwali u li jingħataw l-ammonti ta’ għajnuna li ġejjin:

Diżastru

Dannu dirett

(miljun EUR)

Livell limitu ta' disastru maġġuri

(miljun EUR)

Spiża totali ta' operazzjonijiet eliġibbli

(miljun EUR)

2.5 % ta’ ħsara diretta sal-limitu

(EUR)

6 % ta’ ħsara diretta 'l fuq mil-limitu

(EUR)

Limiti massimi applikati

Ammont totali tal-għajnuna proposta

(EUR)

Is-Serbja

1 105,622

174,649

381,967

4 366 225

55 858 380

le

60 224 605

Il-Kroazja

297,629

254,229

108,799

6 355 725

2 604 000

le

8 959 725

Il-Bulgarija

311,328

232,502

285,440

5 812 550

4 729 560

le

10 542 110

TOTALI

 

79 726 440

Din hija t-tieni proposta għall-mobilizzazzjoni ta’ deċiżjoni tal-2014, u l-ammont totali ta’ għajnuna propost hawn fuq huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tar-regolament Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jipprevedu ammont totali ta’ EUR 530,6 miljun (EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2011).

Bħala konklużjoni, huwa propost li jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà ta' kull wieħed minn dawn il-każijiet u biex jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet għall-Kroazja u l-Bulgarija ta' EUR 19 501 835 fil-baġit tal-2014 fl-artikolu baġitarju 13 06 01 u l-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' EUR 60 224 605 għas-Serbja fl-artikolu baġitarju 13 06 02 (dedikat għal pajjiżi ta' adeżjoni), f'approprjazzjonijiet kemm ta' impenn kif ukoll ta' pagament.

Peress li l-Fond ta' Solidarjetà huwa strument speċjali kif definit fir-Regolament QFP, l-approprazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu bbaġitjati barra mil-livelli limitu tal-QFP korrispondenti.

Parallellament mal-proposta dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà l-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE Nru 7/2014 tas-17/10/2014.) sabiex tinkludi fil-baġit 2014 l-impenn korrispondenti kif previst fil-punt 26 tal-FII, u l-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti jiġu trasferiti għall-baġit 2015. Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-ABE Nru 7/2014, fir-rigward tal-finanzjament ta' din id-deċiżjoni, timmodifika l-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Il-pożizzjoni tal-Parlament se tkun stabbilita meta jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-ABE Nru 7/2014.

Skont il-punt 26 tal-FII tas-17 ta’ Mejju 2006, meta tkun qed tippreżenta din il-proposta biex tuża l-Fond, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura tat-trilogu ssimplifikata bil-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ friegħi tal-Awtorità Baġitarja dwar il-ħtieġa li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.

(1)

             C(2014) 7380.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali