Proċedura : 2014/2038(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0077/2014

Testi mressqa :

A8-0077/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0098

RAPPORT     
PDF 156kWORD 73k
15.12.2014
PE 539.678v04-00 A8-0077/2014

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0348 – C8-0021/2014 – 2014/2038(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Siegfried Mureşan

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-punt 11 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2014)0348 – C8-0021/2014 – 2014/2038(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0348 – C8-0021/2014),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0077/2014),

A.     billi, skont ir-Regolament (UE) Nru 661/2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2012/2002, l-ammont ta’ EUR 50 000 000 huwa disponibbli għall-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem permezz ta’ approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni,

1.      Japprova d-deċiżjoni annessa ma ' din ir-riżoluzzjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

billi:

(1)         L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-"Fond") biex tesprimi s-solidarjetà tagħha fir-rigward tal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

(2)         L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun (bil-prezzijiet tal-2011).

(3)         L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li l-Fond jista' jiġi mobilizzat f'ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem u li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jiddaħħlu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

             ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

             ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

             Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ġie stabbilit biex jirrispondi għal diżastri naturali kbar u biex tiġi espressa s-solidarjetà Ewropea fir-rigward ta' reġjuni fl-Ewropa li jintlaqtu minn diżastri. Il-Fond jista' jipprovdi għajnuna finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li jinsabu f'negozjati ta' adeżjoni fl-eventwalità ta' diżastru naturali kbir, jekk id-dannu totali dirett ikkawżat mid-diżastru jaqbeż EUR 3 biljun bil-prezzijiet tal-2011 jew 0,6 % tad-dħul nazzjonali gross tal-pajjiż, skont liema minnhom ikun l-inqas. Jista' jiġi mmobilizzat ukoll f'każ ta' diżastru reġjonali. Il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fl-att bażiku rilevanti (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002)

Ir-Regolament dwar il-QFP għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020(1) (l-Artikolu 10) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (bil-prezzijiet tal-2011), lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Din id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mhijiex marbuta ma' każ speċifiku ta' diżastru naturali. Minflok, għandha l-għan li ddaħħal fil-Baġit 2015 l-ammont ta' EUR 50 miljun f'impenji u pagamenti, li jikkorrispondi għall-pagamenti bil-quddiem li se jkun jeħtieġ li jitħallsu b'aktar ħeffa u effiċjenza fil-każ ta' diżastru naturali fis-sena li ġejja.

Dan huwa r-riżultat dirett ta' dispożizzjoni ġdida tar-Regolament il-ġdid dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2), li ġie adottat għall-ewwel darba skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Parlament Ewropew iddefenda dan il-punt bil-qawwa fin-negozjati rilevanti mal-Kunsill, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li l-Istati Membri jirċievu appoġġ finanzjarju biex jirrispondu għal diżastru naturali aktar malajr milli jkun possibbli skont il-proċedura normali. Din il-pożizzjoni ġiet aċċettata fin-negozjati rilevanti, u għandu jkun hemm baġit ta' massimu ta' EUR 50 miljun fis-sena għal dan il-għan.

Ta' min wieħed jinnota li pagament bil-quddiem jista' jingħata fuq talba ta' Stat Membru u wara li l-Kummissjoni tkun wettqet valutazzjoni preliminari tal-applikazzjoni rispettiva għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. L-ammont tal-pagament bil-quddiem m'għandux jisboq 10 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja antiċipata (u m'għandux ikun aktar minn EUR 30 miljun). Il-ħlas ta' pagament bil-quddiem m'għandux jippreġudika l-eżitu tad-deċiżjoni finali dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, u l-pagamenti bil-quddiem li jkunu saru barra minn lokhom għandhom jintraddu mill-Istat Membru f'perjodu qasir determinat.

Ir-Rapporteur ifakkar li l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea mhuwiex sempliċiment forma oħra ta' appoġġ finanzjarju mill-UE, iżda jaħdem ukoll biex jibgħat messaġġ politiku ċar ta' solidarjetà filwaqt li jipprovdi assistenza ġenwina liċ-ċittadini affettwati. Għaldaqstant, reazzjoni f'waqtha, inkluż permezz tal-ħlas ta' pagament bil-quddiem, jgħinu biex dawn l-għanijiet jintlaħqu.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda, għaldaqstant, li dawn l-ammonti jiġu inklużi fil-Baġit 2015.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU L 189, 27.06.2014, p. 143.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali