Proċedura : 2014/2073(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0078/2014

Testi mressqa :

A8-0078/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2014)0092

RAPPORT     
PDF 139kWORD 60k
15.12.2014
PE 541.350v03-00 A8-0078/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 tal-Unjoni Ewropew għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16742/2014 – C8-0291/2014 – 2014/2073(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 tal-Unjoni Ewropew għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16742/2014 – C8-0291/2014 – 2014/2073(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014, adottat mill-Kummissjoni fit-8 ta' Settembru 2014 (COM(2014)0564),

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Paralament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (16742/2014 – C7-0291/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0078/2014),

A.     billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (EUSF) għal ammont ta' EUR 46 998 528 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u pagament fir-rigward tal-għargħar fl-Italja (Sardenja) matul Novembru 2013, terremot fil-Greċja (Kefalonja), maltempati bis-silġ fis-Slovenja, u l-istess maltempati bis-silġ, segwiti minn għargħar fil-Kroazja, fit-tmiem ta' Jannar / bidu ta' Frar 2014,

B.     billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2014,

1.      Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2.      Jenfasizza l-urġenza li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-EUSF għall-pajjiżi milquta minn dan id-diżastru naturali;

3.      Jenfasizza li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2014, li kien ir-raġuni sottostanti għall-preżentazzjoni tal-abozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2014 u l-proposta mill-Kummissjoni li takkumpanjah biex jiġi mobilizzat il-Marġini ta' Kontinġenza, jeskludi minn qabel il-possibbiltà li jinstabu r-riżorsi għall-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2014 permezz ta' riallokazzjoni;

4.      Japprova l-Konklużjonijiet konġunti li sar qbil dwarhom mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014 bl-għan li jiġu approvati l-approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali li jammontaw għal EUR 47 miljun fil-baġit 2014 u l-ħtiġijiet ta' pagamenti korrispondenti jiġu trasferiti għall-baġit 2015;

5.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatortju Nru 5/2014;

6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Alfred Sant, Nils Torvalds

Avviż legali