Proċedura : 2014/2225(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0079/2014

Testi mressqa :

A8-0079/2014

Dibattiti :

PV 16/12/2014 - 14
CRE 16/12/2014 - 14

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.11

Testi adottati :

P8_TA(2014)0096

RAPPORT     
PDF 141kWORD 64k
15.12.2014
PE 544.307v03-00 A8-0079/2014

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16745/2014 – C8-0293/2014 – 2014/2225(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(16745/2014 – C8-0293/2014 – 2014/2225(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat tal-Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4) (minn issa 'l quddiem magħruf bħala "FII"),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 2/2014, adottat mill-Kummissjoni fis-15 ta' April 2014 (COM(2014)0234),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 8/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-27 ta' Novembru 2014 (COM(2014)0722),

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti approvati mill-Parlament u mill-Kunsill fit-8 ta' Diċembru 2014;

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 adottata mill-Kunsill fit-12 ta' Diċembru 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament dakinhar stess (16745/2014 – C8-0293/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0079/2014),

A.     billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 ġie ppreżentat mill-Kummissjoni għax il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2014, li kellu skop u kontenut identiċi bħal tal-ABE 8/2014;

B.     billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 jimmira li jdaħħal fil-baġit 2014 is-surplus li jirriżulta mis-sena finanzjarja 2013, li jammonta għal EUR 1 005 miljun;

C.     billi l-komponenti ewlenin ta' dan is-surplus jikkostitwixxu eżitu pożittiv għall-introjtu ta' EUR 771 miljun, sottoeżekuzzjoni tan-nefqa ta' EUR 276 miljun u differenza ta' kambju pożittiva ta' EUR 42 miljun;

D.     billi min-naħa tal-introjtu ż-żieda tiġi prinċipalment mill-multi u mill-interessi moratorji (EUR 1 331 miljun), filwaqt li l-ammont tar-riżorsi proprji effettivament miġbur meta mqabbel ma' dak imniżżel fil-baġit naqas (- EUR 226 miljun) u d-dħul mis-surplus, mill-bilanċi u mill-aġġustamenti qiegħed jonqos ukoll (- EUR 360 miljun);

E.     billi fin-naħa tan-nefqa s-sottoimplimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-2013 (EUR 107 miljun) u għall-2012 (EUR 54 miljun) ma rriżultatx mill-kapaċità mnaqqsa ta' assorbiment i żda fir-realtà l-indikaturi disponibbli kollha jippuntaw lejn il-fatt li kien hemm skarsezza ta' approprjazzjonijiet ta' pagament kemm fil-baġit tal-2012 kif ukoll f'dak tal-2013;

F.     billi l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju jiddisponi li dan il-baġit emendatorju għandu jkun iddedikat esklużivament lil kwalunkwe diskrepanza bejn il-kontijiet provviżorji u l-estimi u li kwalunkwe waħda minn din se tiddaħħal fil-baġit tal-Unjoni permezz ta' baġit emendatorju;

1.      Jieħu nota li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 8/2014 iddedikat esklużivament għall-inklużjoni fil-baġit tas-surplus tal-2013, għal ammont ta' EUR 1 005 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, kif ippreżentat mill-Kummissjoni u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2.      Josserva li l-ABE Nru 8/2014 ġie ppreżentat mill-Kummissjoni għax il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-ABE Nru 2/2014, li kellu skop u kontenut identiċi, u li l-Kunsill kien approva fil-qari tiegħu ddatat is-17 ta' Lulju 2014, filwaqt li l-Parlament kien introduċielu emenda fil-pożizzjoni tiegħu adottata fit-22 ta' Ottubru 2014 bil-għan li jżomm ir-rabta politika u proċedurali mal-abbozzi ta' baġits emendatorju Nri 3, 4, 5, 6 u 7/2014;

3.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni ma setax jilħaq qbil dwar l-adozzjoni tal-ABE Nru 2/2014 minħabba d-differenzi fil-pożizzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill f'dawk li huma l-bżonnijiet ta' pagamenti pendenti għall-2014 u l-pakkett tal-ABE Nri 2-7/2014, u mhux dwar il-kontenut tal-ABE Nru 2/2014 insè;

4.      Ifakkar li l-adozzjoni ta' dan l-ABE Nru 8/2014 se tnaqqas is-sehem tal-kontribuzzjoni ING mill-Istati Membri lill-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 005 miljun u għalhekk se tikkumpensa parzjalment għall-kontribuzzjoni tagħhom lill-finanzjament tal-abbozzi tal-baġits emendatorji Nri 3, 5 u 7/2014;

5.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8/2014;

6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 7/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 51, 20.2.2014, p. 1.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Sophie Montel, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Pablo Echenique, Ernest Maragall, Andrej Plenković, Sergei Stanishev, Nils Torvalds

Avviż legali