Proċedura : 2014/0168(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0014/2015

Testi mressqa :

A8-0014/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2015 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0053

RAPPORT     ***I
PDF 671kWORD 94k
28.1.2015
PE 541.635v02-00 A8-0014/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni)

(COM(2014)0323 – C8-0023/2014 – 2014/0168(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Jarosław Wałęsa

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni)

(COM(2014)0323 – C8-0023/2014 – 2014/0168(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2014(1)

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–       wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Novembru 2014 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali b'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0014/2015),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna kodifikazzjoni u riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

B'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, sar eżerċizzju ta' allinjament sabiex jiġi żgrat li l-proċeduri preċedenti ta' komitoloġija u għat-teħid ta' deċiżjonijiet ad hoc jiġu allinjati mas-sistema l-ġdida ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni. Dan sar permezz tal-Omnibus I (atti ta' implimentazzjoni) u l-Omnibus II (atti delegati) li emendaw sensiela ta' regolamenti fil-qasam kummerċjali, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi.

Matul dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni identifikat xi żbalji li jeħtieġu jiġu korretti. Sabiex jiġu inkorporati xi emendi sustanzjali, tqies li hemm bżonn li l-kodifikazzjoni tinbidel f'riformulazzjoni. F'dak li għandu x'jaqsam mas-sustanza ta' dawn il-proposti, fil-biċċa l-kbira huma korrezzjonijiet tekniċi. Barra minn hekk, skont il-qbil li ntlaħaq għall-Omnibus I, ċerti deċiżjonijiet f'dan ir-regolament se jittieħdu abbażi tal-proċedura konsultattiva u oħrajn abbażi tal-proċedura ta' eżami, u dan ġie rifless fit-test.

F'termini tal-ambitu tal-proposta, tistabbilixxi strumenti ta' salvagwardja u ta' sorveljanza li jistgħu jiġu applikati għall-importazzjonijiet ta' prodotti, inklużi l-faħam u l-azzar imma bl-esklużjoni tat-tessuti li huma soġġetti għal regolament separat. Ir-regolament japplika biss għal għadd limitat ta' pajjiżi, speċifikament l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Kazakistan, il-Korea ta' Fuq, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan. L-istrument ta' salvagwardja rarament jintuża fil-prattika u, fir-rigward tas-sorveljanza, l-aħħar miżura ta' sorveljanza kienet fis-seħħ għall-prodotti tal-azzar u skadiet nhar il-31 ta' Diċembru 2012.

F'termini ta' x'qed tagħmel ir-riformulazzjoni, il-bidla ewlenija għandha x'taqsam mal-aġġornament tal-anness biex jitneħħew dawk il-pajjiżi li issa saru membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal- Kummerċ, speċifikament l-Armenja, ir-Russja, it-Taġikistan u l-Vjetnam.

B'segwitu għal dawn il-kunsiderazzjonijiet u abbażi tal-opinjoni favorevoli tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, ir-Rapporteur qed jirrakkomanda li din il-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata mingħajr ebda modifika.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref. D(2014)54273

Bernd Lange

President, Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

ASP 12G205

Brussell

Suġġett:     Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni)

                  (COM(2014)0323 – C8-0014/2014 – 2014/0168(COD))

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar it-Tfassil mill-Ġdid (riformulazzjoni), kif introdott fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 58, bil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid."

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tal-11 ta' Novembru 2014, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 19-il vot favur u 2 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv

(1)

Kienu preżenti l-Membri li ġejjin: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Daniel Buda, Kostas Chrysogonos, Sergio Gaetano Cofferati, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Helga Stevens, Pavel Svoboda, Axel Voss, u Tadeusz Zwiefka.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 18 Settembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi

COM(2014) 323 final of 28.5.2014 - 2014/0168 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' dan il-Ftehim, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl-10 ta' Lulju 2014, kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa(1), b'riżultat tal-eżami tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirriformula r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 625/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, mingħajr dissens, ikkonkluda li l-proposta ma tinkludi l-ebda emendi sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test legali eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

(1)

             Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni oriġinali tat-test eżaminat.


PROĊEDURA

Titolu

Regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0323 – C8-0014/2014 – 2014/0168(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.9.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.9.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

JURI

3.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jarosław Wałęsa

3.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2014

3.12.2014

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Victor Boștinaru, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Sajjad Karim, Fernando Ruas, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

28.1.2015

Avviż legali