Proċedura : 2014/0206(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0017/2015

Testi mressqa :

A8-0017/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0114

RAPPORT     ***I
PDF 546kWORD 72k
30.1.2015
PE 541.342v02-00 A8-0017/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat)

(COM(2014)0443 – C8‑0087/2014 – 2014/0206(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Andrzej Duda

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (test kodifikat)

(COM(2014)0443 – C8‑0087/2014 – 2014/0206(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0443),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C80087/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0017/2015),

A.     billi, fil-fehma tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sostanza tagħhom;

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 ta’ Settembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              IL-KUNSILL

                                                              IL-KUMMISSJONI

Proposta għal-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

COM(2014) 443 final tat-2.7.2014 – 2014/0206(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl-10 ta' Lulju 2014 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dik il-laqgħa(1), eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 594/2008 tas-16 ta’ Ġunju 2008 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bożnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, mingħajr nuqqas ta' qbil, li l-proposta hija kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil fis-sostanza tagħhom.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

(1)

             Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem abbażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, billi kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.


PROĊEDURA

Titolu

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, u applikazzjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0443 – C8-0087/2014 – 2014/0206(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.7.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Duda

21.10.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.11.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

30.1.2015

Avviż legali