Proċedura : 2013/0214(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0021/2015

Testi mressqa :

A8-0021/2015

Dibattiti :

PV 10/03/2015 - 5
CRE 10/03/2015 - 5

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2015 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0047

RAPPORT SUPPLIMENTARI     ***I
PDF 1023kWORD 320k
16.2.2015
PE 549.277v01-00 A8-0021/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(COM(2013)0462 – C7‑0209/2013 – 2013/0214(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Alain Lamassoure

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA
 REFERENZA LURA LILL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(COM(2013)0462 – C7‑0209/2013 – 2013/0214(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0462),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0209/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u l-Artikolu 61(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0211/2014),

–       wara li kkunsidra l-emendi li adotta fis-seduta tiegħu tas-17 ta' April 2014(2),

–        wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-18 ta’ Settembru 2014 dwar ħidma mhux mitmuma mis-seba' leġiżlatura,

–       wara li kkunsidra r-rapport supplimentari tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0021/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) 2015/...TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)         Il-finanzjament fuq terminu twil huwa għodda abilitanti kruċjali biex l-ekonomija Ewropea titpoġġa fit-triq tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, b'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, livell għoli ta' impjieg u kompetittività biex tkun tista' tinbena l-ekonomija tal-ġejjieni b’tali mod li tkun anqas suxxettibbli għar-riskji sistemiċi u tkun aktar reżiljenti. Il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ELTIFs) jipprovdu finanzjament ta' natura dejjiema lil diversi proġetti ta’ infrastruttura, lil kumpaniji mhux elenkati jew impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) elenkati li joħorġu strumenti ta' ekwità jew ta’ dejn li għalihom m’hemmx xerrej faċilment identifikabbli. Billi jipprovdu finanzjament lil proġetti bħal dawn, l-ELTIFs jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ekonomija reali tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha.

(2)         Fuq in-naħa tad-domanda, l-ELTIFs jistgħu jipprovdu fluss ta’ introjtu stabbli għall-amministraturi tal-pensjonijiet, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fondazzjonijiet, il-muniċipalitajiet u entitajiet oħra li jiffaċċjaw obbligazzjonijiet regolari u rikorrenti u qed ifittxu redditu fuq terminu twil fi ħdan strutturi regolati tajjeb. Filwaqt li jipprovdu anqas likwidità minn investimenti f'titoli trasferibbli, l-ELTIFs jistgħu wkoll jipprovdu fluss ta' introjtu stabbli għal investituri individwali li jiddependu fuq il-fluss tal-flus regolari li ELTIF jista' jipproduċi. L-ELTIFs jistgħu joffru wkoll opportunitajiet tajbin għall-apprezzament tal-kapital tul iż-żmien għal dawk l-investituri li ma jirċevux fluss ta’ introjtu fiss.

(3)  Il-finanzjament għal proġetti bħall-infrastruttura tat-trasport, il-ġenerazzjoni jew id-distribuzzjoni tal-enerġija sostenibbli, l-infrastruttura soċjali (l-akkomodazzjoni soċjali jew l-isptarijiet), it-tnedija ta’ teknoloġiji u sistemi ġodda li jnaqqsu l-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew aktar tkabbir tal-SMEs, jista' jkun skars. Kif uriet il-kriżi finanzjarja, jekk il-finanzjament bankarju jkun ikkumplimentat minn varjetà usa' ta' sorsi ta' finanzjament li jimmobilizzaw aħjar is-swieq kapitali, ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-lakuni ta’ finanzjament. L-ELTIFSs jista’ jkollhom rwol kruċjali f'dan ir-rigward, u jistgħu wkoll jimmobilizzaw il-kapital billi jattiraw investituri minn pajjiżi terzi.

(3a)       L-għan ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti spinta lill-investimenti Ewropej fuq terminu twil fl-ekonomija reali. Investimenti fuq terminu twil fi proġetti, impriżi u infrastruttura f'pajjiżi terzi jistgħu wkoll iġibu l-kapital għall-ELTIFs u għalhekk ikunu ta' benefiċċju għall-ekonomija Ewropea. Għalhekk, tali investimenti ma jistgħux ikunu evitati.

(6)  Fin-nuqqas ta’ regolament li jistipula r-regoli dwar l-ELTIFs, jistgħu jiġu adottati fil-livell nazzjonali miżuri diverġenti li x’aktarx jikkawżaw distorsjonijiet fil-kompetizzjoni minħabba d-differenzi fil-miżuri ta’ protezzjoni tal-investiment. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti dwar is-sura tal-portafoll, id-diversifikazzjoni u l-assi eliġibbli, b’mod partikolari l-investiment fil-komoditajiet, joħolqu ostakli għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera ta’ fondi li jiffukaw fuq kumpaniji li mhumiex elenkati u fuq assi reali, għaliex l-investituri ma jistgħux faċilment iqabblu l-proposti differenti ta' investiment offruti lilhom. Rekwiżiti nazzjonali diverġenti wkoll iwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni għall-investituri. Barra minn hekk, rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jikkonċernaw it-tekniki ta’ investiment, bħalma huma l-livelli permessi tas-self, l-użu ta’ strumenti finanzjarji derivati, ir-regoli applikabbli għall-bejgħ bin-nieqes jew għat-tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli, iwasslu għal diskrepanzi fil-livell ta’ protezzjoni għall-investitur. Barra minn hekk, rekwiżiti nazzjonali diverġenti dwar l-ammortizzazzjoni jew perjodi ta’ parteċipazzjoni jimpedixxu il-bejgħ transfruntier ta’ fondi li jinvestu f’assi mhux elenkati. Biż-żieda tal-inċertezza legali, dawn id-diverġenzi jistgħu jipperikolaw il-fiduċja tal-investituri meta dawn ikunu qed iqisu li jinvestu f’tali fondi, u jnaqqsu l-ambitu biex l-investituri jkunu jistgħu jagħżlu b’mod effettiv bejn id-diversi opportunitajiet ta’ investiment fuq terminu twil. Konsegwentement, il-bażi legali xierqa għal dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif interpretat mill-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Huma meħtieġa regoli uniformi biex jiġi żgurat li hemm konformità u stabbiltà fil-profil tal-prodott tal-ELTIFs fl-Unjoni kollha. B'mod aktar speċifiku, sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni għall-investitur, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli uniformi rigward it-tħaddim tal-ELTIFs, b’mod partikolari dwar is-sura tal-portafoll tagħhom u l-istrumenti ta’ investiment li huma jistgħu jużaw sabiex ikunu esposti għal assi fuq terminu twil bħall-ekwità jew strumenti tad-dejn maħruġa minn SMEs elenkati, u minn kumpaniji mhux elenkati, kif ukoll assi reali. Regoli uniformi dwar il-portafoll ta’ ELTIF huma wkoll meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs li għandhom l-għan li jiġġeneraw introjtu regolari jżommu portafoll diversifikat ta’ assi għall-investiment adattati biex iżommu l-fluss regolari ta’ flus. L-ELTIFs huma l-ewwel pass lejn il-ħolqien ta' suq intern integrat biex jinġabar il-kapital li jista' jintuża għal investimenti fuq terminu twil fl-ekonomija Ewropea. Il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern għal investimenti fuq terminu twil jeħtieġ li l-Kummissjoni tkompli l-valutazzjoni tagħha ta' ostakli potenzjali li jistgħu jimpedixxu l-ġbir ta' kapital fuq terminu twil bejn il-fruntieri, inklużi ostakli li joriġinaw mit-trattament fiskali ta' tali investimenti.

(8)  Huwa essenzjali li jiġi żgurat li r-regoli tal-operat tal-ELTIFs, b’mod partikolari rigward is-sura tal-portafoll tagħhom u l-istrumenti ta’ investiment li għandhom il-permess li jużaw, tkun tapplika b’mod dirett għall-maniġers ta’ ELTIFs, u għalhekk dawn ir-regoli l-ġodda jeħtieġ li jiġu adottati bħala Regolament. Dan jiżgura wkoll kundizzjonijiet uniformi meta tintuża d-deżinjazzjoni 'ELTIF' għax jiġi evitat il-ħolqien ta' rekwiżiti nazzjonali diverġenti. Il-maniġers tal-ELTIFs għandhom isegwu l-istess regoli fl-Unjoni, sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri fl-ELTIFs kif ukoll ikun hemm kredibbiltà fid-deżinjazzjoni 'ELTIF'. Fl-istess ħin, l-adozzjoni ta' regoli uniformi tnaqqas il-kumplessità tar-rekwiżiti regolatorji applikabbli għall-ELTIFs. Permezz taʼ regoli uniformi, jitnaqqas ukoll il-kost tal-maniġers biex jikkonformaw ma’ rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jirregolaw il-fondi li jinvestu f’kumpaniji elenkati u mhux elenkati u f'kategoriji ta’ assi reali komparabbli. Dan huwa speċjalment minnu għal dawk il-maniġers tal-ELTIFs li jixtiequ jżidu l-kapital fuq bażi transfruntiera. L-adozzjoni ta’ regoli uniformi tikkontribwixxi wkoll għall-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet fil-kompetizzjoni.

(9)  Ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs huma marbutin mill-qrib mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) billi din id-Direttiva tifforma l-qafas legali li jirregola l-immaniġġjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) fl-Unjoni. Bħala definizzjoni, l-ELTIFs huma AIFs tal-UE li huma mmaniġġjati minn maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(10)       Billi d-Direttiva 2011/61/UE tikkontempla wkoll sistemi ta' pajjiżi terzi fi stadji differenti li jirregolaw l-AIFMs mhux tal-UE u l-AIFs mhux tal-UE, ir-regoli l-ġodda dwar l-ELTIFs għandhom kamp ta' applikazzjoni aktar limitat li jenfasizza d-dimensjoni Ewropea tal-prodott ta’ investiment ġdid fuq terminu twil. Għalhekk, AIF tal-UE kif imfisser fid-Direttiva 2011/61/UE biss għandu jkun eliġibbli li jsir ELTIF, u biss jekk ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun ġie awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE.

(11)  Ir-regoli l-ġodda applikabbli għall-ELTIFs għandhom jibnu fuq il-qafas regolatorju eżistenti stabbilit mid-Direttiva 2011/61/UE u tal-atti adottati għall-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, ir-regoli tal-prodott li jikkonċernaw l-ELTIFs għandhom japplikaw flimkien mar-regoli stabbiliti f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti. B'mod partikolari, għandhom japplikaw għall-ELTIFs ir-regoli ta' mmaniġġjar u kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE. Bl-istess mod, ir-regoli dwar il-forniment transfruntier ta’ servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment stipulati fid-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw b'mod korrispondenti għall-attivitajiet transfruntieri tal-ELTIFs. Dawn għandhom jiġu miżjuda b’regoli speċifiċi ta' kummerċjalizzazzjoni mfassla għall-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-ELTIFs kemm għall-investituri fil-livell tal-konsum kif ukoll għall-investituri professjonali fl-Unjoni.

(12)       Regoli uniformi għandhom japplikaw għall-AIFs tal-UE kollha li juru x-xewqa li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs. L-AIFs tal-UE li ma jixtiqux li jiġu kkummerċjalizzati bħala ELTIFs m’għandhomx ikunu marbutin b'dawn ir-regoli u għaldaqstant ikun aċċettat ukoll li ma jibbenefikawx mill-vantaġġi li jirriżultaw. Impriżi għall-investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) u l-AIFs mhux tal-UE ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-kummerċjalizzazzjoni bħala ELTIFs.

(13)  Sabiex ikun żgurat li l-ELTIFs ikunu konformi mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jawtorizzaw l-ELTIFs. Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u superviżjoni armonizzati għall-AIFMs skont id-Direttiva 2011/61/UE għandhom għalhekk jiġu miżjuda bi proċedura ta' awtorizzazzjoni speċjali għall-ELTIFs. Proċeduri għandhom ikunu fis-seħħ biex jiżguraw li l-AIFMs tal-UE biss, awtorizzati skont id-Direttiva 2011/61/UE u li kapaċi jimmaniġġjaw ELTIF, jistgħu jimmaniġġjaw l-ELTIFs. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex ikun żgurat li ELTIF ikun jista' jikkonforma mar-regoli armonizzati li jirregolaw l-attività ta’ dawn il-fondi. Proċedura ta' awtorizzazzjoni speċifika għandha tapplika meta l-ELTIF ikun immaniġġjat internament u ma jinħatar ebda AIFM.

(14)       Minħabba li l-AIFs tal-UE jistgħu jieħdu forom legali differenti li mhux bilfors jagħtuhom personalità legali, id-dispożizzjonijiet li jeħtieġu li l-ELTIFs jieħdu azzjoni għandhom jinftiehmu li qed jirreferu għall-maniġer tal-ELTIF f’każijiet fejn l-ELTIF jiġi kostitwit bħala AIF tal-UE li mhux f’pożizzjoni li jaġixxi waħdu minħabba li huwa stess ma għandux personalità legali.

(15)  Sabiex jiġi żgurat li l-ELTIFs għandhom fil-mira l-investimenti fuq terminu twil, u jikkontribwixxu għall-finanzjament taʼ tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tal-Unjoni, ir-regoli dwar il-portafoll tal-ELTIFs għandu jkollhom l-identifikazzjoni ċara tal-kategoriji ta’ assi li huma eliġibbli għall-investiment minn ELTIFs, kif ukoll il-kundizzjonijiet skont liema għandhom ikunu eliġibbli. ELTIF għandu jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f’assi ta' investiment eliġibbli. Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-ELTIFs hemm ukoll ix-xewqa li ELTIF ikun ipprojbit milli jinvolvi ruħu f’ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jistgħu jipperikolaw l-istrateġija u l-objettivi tal-investiment tiegħu billi jagħti lok għal riskji li huma differenti minn dawk li wieħed jista’ jistenna għal fond li għandu fil-mira investimenti fuq terminu twil. Sabiex tkun żgurata enfasi ċara fuq l-investimenti fuq terminu twil, li jista’ jkun ta’ ġid għal investituri fil-livell tal-konsum li ma jkunux midħla ta’ strateġiji taʼ investiment inqas konvenzjonali, ELTIF m’għandux jitħalla jinvesti fi strumenti finanzjarji derivati ħlief bl-iskop li jiġu ħħeġġjati r-riskji marbuta mal-investimenti tiegħu stess. Minħabba n-natura likwida tal-komoditajiet u tal-istrumenti finanzjarji derivati li tesponihom b'mod indirett, l-investimenti f'komoditajiet m'għandhomx bżonn l-impenn ta' investitur fuq terminu twil, u għaldaqstant ghandhon jiġu esklużi minn assi ta' investiment eliġibbli. Dan ir-raġunament ma japplikax għal investimenti fl-infrastruttura jew f'kumpaniji relatati ma’ komoditajiet jew li l-prestazzjoni tagħhom hija marbuta indirettament mal-prestazzjoni ta' komoditajiet, bħalma huma l-azjendi agrikoli fil-każ ta’ komoditajiet agrikoli jew impjanti tal-enerġija fil-każ ta’ komoditajiet tal-enerġija.

(16)  Id-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi investiment fuq terminu twil hija wiesgħa. L-assi ta’ investiment eliġibbli huma ġeneralment nonlikwidi, jeħtieġu impenji għal ċertu perjodu ta’ żmien, u għandhom profil ekonomiku ta’ terminu twil. Assi ta' investiment eliġibbli huma titoli li mhumiex trasferibbli u għalhekk m'għandhomx aċċess għal-likwidità tas-swieq sekondarji. Ħafna drabi jeħtieġu impenji ta' terminu fiss li jillimitaw kemm jistgħu jiġu kkummerċjalizzati. Madankollu, billi l-SMEs elenkati jistgħu jaffaċċjaw problemi ta' likwidità u aċċess għas-suq sekondarju, għandhom jitqiesu wkoll li huma impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw. Iċ-ċiklu ekonomiku tal-investiment imfittex mill-ELTIFs huwa essenzjalment ta’ natura twila minħabba l-impenji ta' kapital għoljin u t-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jipproduċu redditu. ▌

(17)       L-ELTIF għandu jitħalla jinvesti f’assi, ħlief f'assi ta' investiment eliġibbli, skont il-ħtieġa biex jiġġestixxi l-fluss tal-flus tiegħu b'mod effiċjenti, u dejjem sakemm dan ikun konsistenti mal-istrateġija ta’ investiment tal-ELTIFs fuq terminu twil.

(18)  Assi ta' investiment eliġibbli għandhom jinftiehmu li jinkludu parteċipazzjonijiet, bħal strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità, strumenti ta’ dejn f’impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw u s-self ipprovdut lilhom. Huma għandhom jinkludu wkoll parteċipazzjonijiet f’fondi oħra li huma ffukati fuq assi bħal investimenti f’kumpaniji li mhumiex elenkati li joħorġu ekwità jew strumenti ta’ dejn li għalihom mhuwiex dejjem faċilment identifikabbli xerrej. Parteċipazzjonijiet diretti ta’ assi reali, jekk dawn ma jkunux titolizzati, għandhom jiffurmaw ukoll kategorija ta’ assi eliġibbli, sakemm irendu fluss prevedibbli ta' flus, kemm jekk regolari sew kemm irregolari, fis-sens li jistgħu jissawru u jiġu vvalutati abbażi ta' metodu ta' valwazzjoni tal-fluss ta' flus skontat. Dawk l-assi jistgħu indikattivament jinkludu infrastruttura soċjali li trendi redditu prevedibbli, bħal infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u tal-komunikazzjoni, kif ukoll il-faċilitajiet tal-edukazzjoni, tas-saħħa, tal-appoġġ soċjali jew dawk industrijali. Kuntrarjament, l-assi bħal opri tal-arti, manuskritti, stokkijiet ta' nbid jew ġojjelli m'għandhomx ikunu eliġibbli billi normalment ma jrendux fluss prevedibbli ta' flus.

(18a)  L-assi ta' investiment eliġibbli għandhom jinkludi assi reali b'valur ta' mhux aktar minn EUR 10 000 000 li jiġġeneraw benefiċċju ekonomiku u soċjali. Tali assi jinkludu infrastruttura, proprjetà intellettwali, bastimenti, tagħmir, makkinarju, inġenji tal-ajru jew vetturi ferrovjarji u proprjetà immobbli. L-investimenti fil-proprjetà kummerċjali jew fl-akkomodazzjoni għandhom ikunu permessi sakemm jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv jew għall-politiki reġjonali, tal-enerġija u ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-investiment f'tali proprjetà immobbli għandu jkun dokumentat b'mod ċar sabiex jintwera l-impenn fuq terminu twil fil-proprjetà. Dan ir-Regolament m'għandux l-għan li jippromwovi investimenti spekulattivi.

(18b)     Id-daqs tal-proġetti infrastrutturali jfisser li dawn jirrikjedu ammonti kbar ta’ kapital li jeħtieġ jibqa' investit għal perjodi twal ta’ żmien. Dawn il-proġetti ta’ infrastruttura jinkludu l-infrastruttura pubblika b'binjiet bħal skejjel, sptarijiet jew ħabsijiet, l-infrastruttura soċjali bħall-akkomodazzjoni soċjali, l-infrastruttura tat-trasport bħat-toroq, is-sistemi ta’ tranżitu tal-massa jew l-ajruporti, l-infrastruttura tal-enerġija bħall-grilji tal-enerġija, il-proġetti dwar l-adattament u l-mitigazzjoni tal-klima, l-impjanti tal-enerġija jew il-pipelines, l-infrastruttura għall-ġestjoni tal-ilma bħas-sistemi tal-provvista tal-ilma, is-sistemi tad-drenaġġ u tal-irrigazzjoni, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni bħan-netwerks u l-infrastruttura tal-ġestjoni tal-iskart bħar-riċiklaġġ jew is-sistemi ta’ ġbir.

(19)  Strumenti ta' kważi ekwità għandhom jinftiehmu li jinkludu tip ta' strument ta' finanzjament, li jikkonsisti f’kombinar ta' ekwità u dejn, fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx żgurat bis-sħiħ. Dawn l-istrumenti jinkludu varjetà ta' strumenti ta' finanzjament bħas-self subordinat, parteċipazzjonijiet passivi, self parteċipanti, drittijiet parteċipanti bi qligħ, bonds konvertibbli u bonds b'warrants.

(20)       Sabiex jiġu riflessi prattiki ta' negozju eżistenti, ELTIF għandu jitħalla jixtri ishma eżistenti ta’ impriża ta’ portafoll li tikkwalifika mingħand l-azzjonisti li jkun hemm f'din l-impriża. Barra minn hekk, bl-għan li jkun hemm l-aktar opportunitajiet wiesgħa possibbli għall-ġbir ta’ fondi, għandhom jitħallew investimenti f’ELTIFs oħrajn, Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju (EuVECAs), irregolati bir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej (EuSEFs), irregolati bir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8). Sabiex l-investimenti ma jispiċċawx f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw, l-ELTIFs għandhom jitħallew jinvestu biss f’ELTIFs, EuVECAs u EuSEFs oħrajn, dejjem jekk ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f’ELTIFs oħrajn.

(21)  L-użu ta’ impriżi finanzjarji jista' jkun meħtieġ sabiex jiġu ppuljati u organizzati l-kontribuzzjonijiet ta’ investituri differenti, inklużi l-investimenti ta’ natura pubblika, fi proġetti infrastrutturali. Għaldaqstant l-ELTIFs għandhom jitħallew jinvestu f’assi ta' investiment eliġibbli permezz ta’ impriżi finanzjarji, dejjem jekk dawn l-impriżi huma mitfugħin fuq il-finanzjament ta’ proġetti fuq terminu twil kif ukoll it-tkabbir tal-SMEs.

(24)       Kumpaniji li mhumiex elenkati jistgħu jaffaċċjaw diffikultajiet biex jidħlu fis-swieq kapitali u jiffinanzjaw aktar tkabbir u espansjoni. Il-finanzjament privat permezz ta' pakketti ta’ ekwitajiet jew self huma mezzi tipiċi ta’ kif jista' jitkabbar il-finanzjament. Minħabba li dawn l-istrumenti min-natura tagħhom huma investimenti għal terminu twil, jeħtieġu kapital paċenzjuż li ELTIFs jistgħu jipprovdu. Barra minn hekk, l-SMEs elenkati ħafna drabi jħabbtu wiċċhom ma' ostakli sinifikanti biex jiksbu finanzjament fuq terminu twil u l-ELTIFs jistgħu jipprovdu sorsi alternattivi ta' finanzjament ta' valur.

(24a)     Il-kategoriji ta’ assi fuq terminu twil skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk jinkludu kumpaniji li mhumiex elenkati li joħorġu ekwità jew strumenti ta’ dejn li għalihom jista' ma jkunx hemm xerrej identifikabbli lest u kumpaniji elenkati b'kapitalizzazzjoni massima ta' EUR 500 000 000.

(26)  Meta l-maniġer ta' ELTIF għandu sehem fʼimpriża taʼ portafoll kwantifikabbli, hemm ir-riskju li l-maniġer ipoġġi l-interessi tiegħu stess qabel l-interessi tal-investituri fl-ELTIF. Sabiex jiġi evitat kunflitt ta’ interess bħal dan, u sabiex tkun żgurata governanza korporattiva soda, ELTIF għandu jinvesti biss f’assi li l-maniġer tal-ELTIF m'għandux xʼjaqsam magħhom, sakemm l-ELTIF ma jinvestix fʼunitajiet jew ishma ta' ELTIFs, EuVECAs jew EuSEFSs oħra li huma mmaniġġjati minn maniġer skont dan ir-Regolament..

(27)       Sabiex il-maniġers ta’ ELTIFs jitħallew b'ċertu grad ta’ flessibbiltà fl-investiment tal-fondi tagħhom, il-kummerċ fl-assi, ħlief fuq l-investimenti ta' terminu twil, għandu jkun permess sal-limitu massimu ta’ 30 % tal-kapital tal-ELTIF.

(28)       Sabiex jiġi limitat it-teħid tar-riskju minn ELTIFs, huwa essenzjali li jitnaqqas ir-riskju tal-kontroparti billi l-portafoll tal-ELTIFs jiġi suġġett għall-ħtiġijiet ċari ta' diversifikazzjoni. Id-derivati barra l-borża (OTC) kollha għandhom ikunu suġġetti għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9).

(29)       Sabiex ma jkunx hemm influwenza sinifikanti, minn ELTIF li jkun qed jinvesti fuq il-maniġment ta' ELTIF ieħor jew ta' korp emittenti, huwa neċessarju li tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva fl-istess investiment minn ELTIF.

(30)  Sabiex il-maniġers ta' ELTIF ikunu jistgħu jżidu iktar il-kapital matul ħajjet il-fond, għandhom jitħallew jissellfu sa 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF fi flus. Dan għandu jservi biex jipprovdi redditu addizzjonali lill-investituri. Sabiex jiġi eliminat ir-riskju ta’ diskrepanza fil-valuta, l-ELTIF għandu jissellef biss fil-valuta li fiha l-maniġer tal-ELTIF ikun qed jistenna li jakkwista l-assi. Sabiex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet relatati mal-attivitajiet kreditizji mhux bankarji, il-flus imsellfa mill-ELTIF m'għandhomx jintużaw biex jingħata self lil impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw.

(31)       Minħabba n-natura taʼ terminu twil u nonlikwida tal-investimenti tal-ELTIF, il-maniġers tal-ELTIF għandu jkollhom biżżejjed żmien biex japplikaw il-limiti tal-investiment. Iż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dawn il-limiti għandhom iqisu l-fatturi u l-karatteristiċi partikolari tal-investimenti iżda ma għandhomx jaqbżu l-ħames snin mid-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF jew nofs it-tul tal-ELTIF, liema minnhom tiġi l-ewwel.

(31a)  L-ELTIFs, minħabba l-profil ta' portafoll tagħhom u l-enfasi tagħhom fuq kategoriji ta' assi fuq terminu twil, huma mfassla biex it-tifdil privat jiġi inkanalat lejn l-ekonomija Ewropea. L-ELTIFs huma maħsuba wkoll bħala strument ta' investiment li permezz tiegħu l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) jista' jindirizza l-infrastruttura Ewropea jew il-finanzjament tal-SMEs tiegħu. B'riżultat ta' dan ir-Regolament, l-ELTIFs huma strutturati bħala strument ta' investiment ippuljat li jissodisfa l-enfasi tal-Grupp tal-BEI fuq il-kontribuzzjoni għal żvilupp bilanċjat u kontinwu ta' suq intern għal investimenti fuq terminu twil fl-interess tal-Unjoni. Minħabba l-enfasi tagħhom fuq kategoriji ta' assi fuq terminu twil, l-ELTIFs jistgħu jissodisfaw ir-rwol deżinjat tagħhom bħala għodda prijoritarja biex jitwettaq il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa stabbilit mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014.

(31b)     Il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha għall-applikazzjonijiet kollha mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tirrazzjonalizza l-għoti ta' kwalunkwe opinjoni jew kontribuzzjoni dwar kull applikazzjoni mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI.

(31c)     Barra minn hekk, l-Istati Membri, kif ukoll l-awtoritajiet reġjonali u lokali, jista' jkollhom interess li l-investituri potenzjali u l-pubbliku jġibuhom konxji mill-ELTIFs.

(32)  Minkejja l-fatt li ELTIF mhux meħtieġ joffri drittijiet ta' ammortizzazzjoni qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, xejn m’għandu jżomm ELTIF milli jfittex aċċess għal unitajiet jew ishma f'suq regolat jew għal faċilità tal-kummerċ multilaterali, u b’hekk l-investituri jiġu pprovduti b'opportunità biex ibigħu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. Ir-regoli jew l-istrumenti għall-inkorporazzjoni ta’ ELTIF m’għandhomx jimpedixxu lill-unitajiet jew lill-ishma tal-ELTIF milli jiġu ammessi għal negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar, u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-investituri milli jittrasferixxu liberament l-unitajiet jew l-ishma tagħhom lil partijiet terzi li jixtiequ jixtru dawn l-unitajiet jew l-ishma. Dan bil-għan li s-swieq sekondarji jiġu promossi bħala ċentru importanti għax-xiri u l-bejgħ ta' unitajiet jew ishma ta' ELTIFs għall-investituri fil-livell tal-konsum.

(32a)     Filwaqt li investituri individwali jistgħu jkunu interessati li jinvestu f’ELTIF, in-natura illikwida tal-maġġoranza tal-investimenti fi proġetti fuq terminu twil tipprekludi lil ELTIF milli joffri ammortizzazzjoni regolari lill-investituri tiegħu. L-impenn tal-investitur individwali li jinvesti f'dawn l-assi, fin-natura tiegħu jagħmlu għat-terminu kollu tal-investiment. Konsegwentement, l-ELTIFs bħala prinċipju għandhom ikunu strutturati b’tali mod li ma joffrux ammortizzazzjonijiet regolari qabel tmiem ħajjet l-ELTIF.

(32b)  Sabiex l-investituri jingħataw inċentiv, b'mod partikolari l-investituri fil-livell tal-konsum, li jistgħu ma jkunux iridu jorbtu l-kapital tagħhom għal perjodu twil ta' żmien, ELTIF għandu jkun jista' joffri, taħt ċerti kundizzjonijiet, drittijiet ta' ammortizzazzjoni bikrija lill-investituri tiegħu. Għalhekk, il-maniġer tal-ELTIF għandu jingħata d-diskrezzjoni li jiddeċiedi jekk jistabbilix ELTIFs bi drittijiet taʼ ammortizzazzjoni jew mingħajrhom skont l-istrateġija taʼ investiment tal-ELTIFs. Meta reġim tad-drittijiet taʼ ammortizzazzjoni jkun fis-seħħ, dawk id-drittijiet u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom għandhom ikunu definiti sew minn qabel u żvelati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF.

(33)       Sabiex l-investituri jifdu b'mod effikaċi l-unitajiet u l-ishma tagħhom fi tmiem ħajjet l-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF għandu jibda jbigħ il-portafoll tal-assi tal-ELTIF fil-ħin sabiex jiżgura li jġib il-valur tajjeb tiegħu. Fl-istabbiliment ta’ skeda ta' diżinvestiment ikkontrollata, il-maniġer tal-ELTIF għandu jqis il-profili ta' maturazzjoni differenti tal-investimenti kif ukoll it-tul ta’ żmien meħtieġ sabiex jinstab ix-xerrej għall-assi li fihom hemm investit l-ELTIF. Minħabba li mhux prattiku li jinżammu l-limiti ta’ investiment matul dan il-perjodu ta’ likwidazzjoni, dawn għandhom ma jibqgħux japplikaw meta jibda l-perjodu ta’ likwidazzjoni.

(33a)  Sabiex jitwessa' l-aċċess għall-ELTIFs tal-investituri fil-livell tal-konsum, UCITS għandha tkun tista' tinvesti f'unitajiet jew ishma maħruġa minn ELTIF sakemm l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF ikunu eliġibbli skont id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10).

(33b)     Għandu jkun possibbli li ELTIF inaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi pro rata fil-każ li jkun neħħa wieħed mill-assi tiegħu, b'mod partikolari fil-każ ta' investiment fl-infrastruttura.

(34)       L-assi mhux elenkati li fihom ikun investa ELTIF jistgħu jiġu elenkati f’suq regolat matul ħajjet il-fond. Fejn dan iseħħ, l-assi jistgħu ma jibqgħux jikkonformaw mar-rekwiżit ta' dan ir-Regolament li ma jiġix elenkat. Sabiex il-maniġer ta' ELTIF ikun jista' jirtira b’mod ordnat minn assi bħal dawn li ma jibqgħux aktar eliġibbli, l-assi jistgħu jibqgħu jagħmlu parti mil-limitu ta' 70 % tal-assi tal-investiment li jkunu eliġibbli sa mhux aktar minn tliet snin.

(35)  Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tal-ELTIFs, kif ukoll tal-investituri fil-livell tal-konsum u dawk professjonali fil-mira, huwa importanti li jkun hemm fis-seħħ rekwiżiti ta’ trasparenza soda li jippermettu lill-investituri prospettivi jieħdu deċiżjoni infurmata u jkunu kompletament konxji tar-riskji involuti. Minbarra li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ trasparenza li jinsabu fid-Direttiva 2011/61/UE, l-ELTIFs għandhom jippubblikaw prospett li l-kontenut tiegħu għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa li trid tiġi divulgata minn impriżi għal investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004(12). Meta ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum għandha tkun obbligatorja l-pubblikazzjoni ta' dokument bit-tagħrif ewlieni skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13). Barra minn hekk, xi dokumenti promozzjonali għandhom espliċitament jiġbdu l-attenzjoni għall-profil tar-riskju tal-ELTIF.

(35a)     L-ELTIFs jistgħu jkunu attraenti għall-investituri, bħal muniċipalitajiet, knejjes, karitajiet u fondazzjonijiet, li għandhom ikunu jistgħu jitolbu li jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali f’ċirkustanzi fejn dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet tat-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14).

(36)  Billi l-ELTIFs għandhom fil-mira mhux biss investituri fil-livell tal-konsum iżda wkoll dawk professjonali fl-Unjoni, huwa meħtieġ li ċerti rekwiżiti addizzjonali jiġu miżjuda mar-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni diġà stabbiliti fid-Direttiva 2011/61/UE sabiex ikun żgurat livell xieraq ta’ protezzjoni għall-investituri fil-livell tal-konsum. Għalhekk, għandhom ikunu disponibbli l-faċilitajiet fejn isiru s-sottoskrizzjonijiet, il-pagamenti lill-unità jew lill-azzjonisti, ix-xiri mill-ġdid jew ir-rimborż ta’ unitajiet jew ishma, u jkun disponibbli t-tagħrif li l-ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF huma mitluba jipprovdu. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-investituri fil-livell tal-konsum ma jkunux żvantaġġati meta mqabbla ma' investituri professjonali, ċerti salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti meta l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum. F'każ li l-kummerċjalizzazzjoni jew il-kollokazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsum issir permezz ta' distributur, tali distributur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti relevanti tad-Direttiva 2014/65/UE u fir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(36a)  Il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur għandu jikseb l-informazzjoni meħtieġa kollha rigward l-għarfien u l-esperjenza, il-qagħda finanzjarja, l-aptit għar-riskju, l-objettivi ta' investiment u l-perjodu ta' investiment tal-investitur fil-livell tal-konsum sabiex jiġi vvalutat jekk l-ELTIF huwiex adatt għall-kummerċjalizzazzjoni għal dak l-investitur fil-livell tal-konsum, filwaqt li jitqiesu, inter alia, il-ħajja u l-istrateġija ta' investiment ippjanata tal-ELTIF. Barra minn hekk, meta ħajjet ELTIF li jkun offrut jew ikkollokat lil investituri fil-livell tal-konsum jeċċedi l-għaxar snin, il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur għandu jindika b'mod ċar u bil-miktub li dan il-prodott jista' ma jkunx adatt għal dawk l-investituri fil-livell tal-konsum li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fuq terminu twil.

(36b)  Meta ELTIF jiġi kkumerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum, id-depożitarju tal-ELTIF għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE, fir-rigward tal-entitajiet eliġibbli li jistgħu jaġixxu bħala depożitarji, tar-regola li "ma tippermettix l-eżoneru mir-responsabbiltà" u tal-użu mill-ġdid tal-assi.

(36c)     Bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri fil-livell tal-konsum, dan ir-Regolament jiddisponi wkoll li għall-investituri fil-livell tal-konsum li l-portafoll tagħhom, magħmul minn depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji bl-esklużjoni ta' kwalunkwe strument finanzjarju li ngħata bħala kollateral, ma jaqbiżx EUR 500 000, il-maniġer tal-ELTIF jew kwalunkwe distributur, wara li jkun wettaq test tal-adegwatezza u wara li jkun ipprovda pariri xierqa dwar l-investiment, għandu jiżgura li l-investitur fil-livell tal-konsum ma jinvestix ammont aggregat li jaqbeż l-10 % tal-portafoll tal-investitur f'ELTIFs u l-ammont inizjali investit f'ELTIF wieħed jew aktar ma jkunx inqas minn EUR 10 000.

(36d)     Taħt ċirkustanzi eċċezzjonali speċifikati fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF, ħajjet l-ELTIF tista' tiġi estiża jew imnaqqsa biex tippermetti aktar flessibbiltà, meta, pereżempju, proġett jitlesta wara jew qabel iż-żmien mistenni, biex jiġi konformi mal-istrateġija taʼ investiment fuq terminu twil tiegħu.

(37)       L-awtorità kompetenti tal-ELTIF għandha tivverifika fuq bażi kontinwa jekk ELTIF huwiex jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Billi l-awtoritajiet kompetenti diġà għandhom setgħat estensivi skont id-Direttiva 2011/61/UE, huwa meħtieġ li dawn is-setgħat jiġu estiżi b'kunsiderazzjoni għal dan ir-Regolament.

(38)  L-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), għandha tkun kapaċi teżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilha skont id-Direttiva 2011/61/UE fir-rigward ta' dan ir-Regolament u għandha tingħata r-riżorsi kollha meħtieġa għal dan il-għan, b'mod partikolari r-riżorsi umani.

(39)       L-ESMA għandu jkollha rwol ċentrali fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-ELTIFs, billi tiżgura applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Bħala korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati rigward it-titoli u s-swieq tat-titoli, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bit-tfassil ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni, Dawn l-istandards tekniċi regolatorji għandhom jikkonċernaw iċ-ċirkustanzi li fihom l-użu ta’ strumenti finanzjarji derivattivi jaqdu biss l-iskop li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti, iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħajja ta' ELTIF tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu ta' ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, il-karatteristiċi tal-iskeda ta’ assi ELTIF għal disponiment b’mod ordnat, id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji ta’ kalkolu għal kosts imġarrba mill-investituri, il-preżentazzjoni tan-notifiki tal-kost, u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet li għandhom jitwaqqfu mill-ELTIFs f’kull Stat Membru li huwa biħsiebu jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma.

(40)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) għandhom ikunu totalment applikabbli għall-iskambju, it-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(41)       Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu żgurati rekwiżiti uniformi għall-investimenti u l-kundizzjonijiet tal-operat għal ELTIFs fl-Unjoni, filwaqt li titqies għalkollox il-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn is-sikurezza u l-affidabbiltà tal-ELTIFs u t-tħaddim effiċjenti tas-suq għal finanzjament fuq terminu twil kif ukoll il-kost għall-partijiet interessati varji tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(42)       Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-ħarsien tal-konsumatur, il-libertà li wieħed jopera negozju, id-dritt għal rimedju u għal proċess ġust, u l-protezzjoni tad-dejta personali kif ukoll l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’konformità ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu IDispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1Suġġett u objettiv

1.          Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-awtorizzazzjoni, għall-politiki ta’ investiment u għall-kundizzjonijiet tal-operat tal-Fondi ta’ Investiment Alternattiv (AIFs tal-UE) tal-UE jew kompartimenti tal-AIFs tal-UE, li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea bħala fondi ta’ investiment fuq terminu twil (ELTIFs).

1a.        L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jiġbor il-kapital u jinkanalah lejn investimenti Ewropej fuq terminu twil fl-ekonomija reali, bi qbil mal-objettiv tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

2.          L-Istati Membri ma jistgħux iżidu aktar rekwiżiti fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)         'kapital' tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati fuq il-bażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu l-miżati, l-imposti u l-ispejjeż kollha li jerfgħu il-piż tagħhom direttament jew indirettament l-investituri;

(1a)       'investitur professjonali' tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali, jew li jista', fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali b'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/EU;

(1b)       'investitur bl-imnut' tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(2)         'ekwità' tfisser interess azzjonarju f’impriża ta' portafoll li tikkwalifika, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll kwalifikanti, maħruġa lill-investituri tagħha;

(3)  'kważi ekwità' tfisser kwalunkwe tip ta’ strument ta' finanzjament fejn il-qligħ fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ;

(3a)       'assi reali' tfisser assi li għandu valur, minħabba n-natura u l-karatteristiċi tiegħu, u jista' jipprovdi redditi li jinkludu assi infrastrutturali u assi oħra li jagħtu lok għal benefiċċju ekonomiku jew soċjali, bħall-edukazzjoni, il-counselling, ir-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll il-proprjetà kummerċjali jew l-akkomodazzjoni biss meta jkunu parti integrali minn, jew element anċillari ta', proġett ta' investiment fuq terminu twil li jikkontribwixxi għall-objettiv tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

(4)         'impriża finanzjarja' tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)    istituzzjoni ta' kreditu kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19);

(b)    kumpanija tal-investiment kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)  impriża tal-assigurazzjoni kif imfisser fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20);

(d)    kumpanija azzjonarja finanzjarja kif imfisser fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(e)    kumpanija azzjonarja b’attivitajiet imħallta kif imfisser fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(f)     kumpanija maniġerjali kif imfisser fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(g)    AIFM kif imfisser fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(4a)       'AIF tal-UE tfisser AIF tal-UE kif imfisser fil-punt (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(4b)       'AIFM tal-UE tfisser AIFM tal-UE kif imfisser fil-punt (l) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(5)         'awtorità kompetenti ta' ELTIF' tfisser awtorità kompetenti tal-AIF tal-UE fi ħdan it-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(6)         'l-Istat Membru ta' domiċilju tal-ELTIF' tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat;

(6a)  'maniġer tal-ELTIF' tfisser l-AIFM tal-UE awtorizzat biex jimmaniġġja ELTIF jew l-ELTIF immaniġġjat internament meta l-forma ġuridika tal-ELTIF tippermetti maniġment intern u meta ma jkun inħatar ebda AIFM estern;

(6b)       'awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF' tfisser l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM fi ħdan it-tifsira tal-punt (q) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(6c)       'għoti b'self ta' titoli' u 'teħid b'self ta' titoli' tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha kontroparti tittrasferixxi titoli soġġett għal impenn li l-mutwatarju se jrodd titoli ekwivalenti f'xi data fil-ġejjieni jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni titqies bħala għoti b'self ta' titoli għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli u titqies bħala teħid b'self ta' titoli għall-kontroparti li huma ttrasferiti lilha;

(6d)       'tranżazzjoni ta' riakkwist' tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist kif imfisser fil-punt (83) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(6e)  'strument finanzjarju' tfisser strument kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6f)        'bejgħ bin-nieqes' tfisser attività kif imfisser fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21);

(6g)       'suq regolat' tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(6h)       'faċilità multilaterali tan-negozjar' tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Atikolu 3Awtorizzazzjoni u reġistru pubbliku ċentrali

1.          ELTIF jista' jiġi kkummerċjalizzat biss fl-Unjoni meta jkun ġie awtorizzat b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Awtorizzazzjoni ta' ELTIF hija valida fl-Istati Membri kollha.

2.          L-AIFs tal-UE biss huma eliġibbli biex japplikaw għal u biex jingħataw awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

4.  L-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIFs, fuq bażi trimestrali, jinfurmaw lill-ESMA bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija jew irtirati skont dan ir-Regolament.

L-ESMA żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull ELTIF awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-maniġer tal-ELTIF kif ukoll l-awtorità kompetenti fuq l-ELTIF. Ir-reġistru jkun disponibbli f’format elettroniku.

Artikolu 3a

Ħatra u projbizzjoni ta’ trasformazzjoni

1.      Kumpanija tal-investiment kollettiv tuża biss id-deżinjazzjoni "ELTIF" jew "fond Ewropew ta’ investiment fuq terminu twil" għaliha stess jew għall-unitajiet jew l-ishma li toħroġ meta tkun ġiet awtorizzata b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.      L-ELTIFs għandhom ikunu pprojbiti milli jittrasformaw ruħhom f’impriżi għal investiment kollettiv li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 4Applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali

1.          ELTIF japplika għal awtorizzazzjoni bħala ETIF għand l-awtorità kompetenti tiegħu.

L-applikazzjoni biex ELTIF jiġi awtorizzat bħala tali tinkludi dan li ġej:

(a)    ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)    informazzjoni dwar l-identità tal-maniġer tal-ELTIF propost u l-attività attwali u preċedenti tiegħu ta' ġestjoni taʼ fondi u dwar l-esperjenza tiegħu;

(c)    informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(d)  deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-investituri, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa minn investituri fil-livell tal-konsum.

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ titlob kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti skont it-tieni subparagrafu.

2.          AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biss jista' japplika għand l-awtorità kompetenti tal-ELTIF sabiex ikollu l-approvazzjoni biex jimmaniġġja ELTIF li għalih hija mitluba awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1. F'każ li l-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun l-istess bħall-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE, tali applikazzjoni għal approvazzjoni tirreferi għad-dokumentazzjoni mressqa għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE.

Applikazzjoni għal approvazzjoni biex ELTIF jiġi mmaniġġjat tinkludi dan li ġej:

(a)    il-ftehim bil-miktub mad-depożitarju;

(b)    l-informazzjoni dwar l-arranġamenti għad-delegazzjoni fir-rigward tal-portafoll kif ukoll tal-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-ELTIF;

(c)  l-informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-AIFs li l-AIFM tal-UE ikun awtorizzat jimmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE għal kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu, jew attestat dwar jekk l-ELTIFs jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjonni għal awtorizzazzjoni mill-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-AIFs. L-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE trid tagħti risposta fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha tkun irċeviet it-talba li ġiet sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

3.          L-applikanti għandhom jiġu infurmati fi żmien xahrejn mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni għal ELTIF inkluża l-approvazzjoni għall-AIFM tal-UE biex jimmaniġġja l-ELTIF.

4.          Kwalunkwe modifika sussegwenti tad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tiġi nnotifikata minnufih lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF.

5.          B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, AIF tal-UE li l-forma ġuridika tiegħu tippermetti mmaniġġjar intern u li l-bord ta' tmexxija tiegħu jagħżel li ma jaħtarx AIFM estern, għandu japplika simultanjament għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF skont dan ir-Regolament u bħala AIFM skont id-Direttiva 2011/61/UE.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/61/UE, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala ELTIF immaniġġjat internament tinkludi li ġej:

(a)    ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni;

(b)    deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-investituri, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa minn investituri fil-livell tal-konsum.

B'deroga mill-paragrafu 3, AIF tal-UE immaniġġjat internament għandu jiġi infurmat fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni sħiħa dwar jekk ingħatatx awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

Artikolu 5Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF

1.          AIF tal-UE għandu jkun awtorizzat biss bħala ELTIF meta l-awtorità kompetenti tiegħu:

(a)    tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament;

(b)  tkun approvat l-applikazzjoni tal-AIFM tal-UE awtorizzat skont id-Direttiva 2011/61/UE biex jimmaniġġja l-ELTIF, ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni, u l-għażla tad-depożitarju.

1a.        Fil-każ li AIF tal-UE jagħmel applikazzjoni skont l-Artikolu 4(5), l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza AIF tal-UE biss meta tkun sodisfatta li l-AIF tal-UE jikkonforma mar-rekwiżiti kemm ta’ dan ir-Regolament kif ukoll tad-Direttiva 2011/61/UE rigward l-awtorizzazzjoni ta’ AIFM tal-UE.

2.          L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tista’ tirrifjuta li tapprova l-applikazzjoni ta' AIFM tal-UE biex jimmaniġġja ELTIF biss meta l-AIFM tal-UE:

(a)    ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament;

(b)    ma jkunx konformi mad-Direttiva 2011/61/EU;

(c)    mhuwiex awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmaniġġja l-AIFs li jsegwu strateġiji ta' investiment tat-tip koperti b’dan ir-Regolament; jew

(d)    ma pprovdiex id-dokumenti msemmija fil-Artikolu 4(2), jew kwalunkwe kjarifika jew informazzjoni mitluba minnu.

Qabel ma l-awtorità kompetenti tal-ELTIF tirrifjuta li tapprova applikazzjoni, għandha tikkonsulta l-awtorità kompetenti tal-AIFM tal-UE.

3.          L-awtorità kompetenti tal-ELTIF ma tagħtix awtorizzazzjoni bħala ELTIF lill-AIF tal-UE li jkun għamel applikazzjoni għal awtorizzazzoni jekk huwa legalment ipprojbit milli jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tiegħu fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu.

3a.         L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tikkomunika lill-AIF tal-UE r-raġuni għalfejn irrifjutat li tagħti l-awtorizzazzjoni bħala ELTIF.

3b.        Applikazzjoni li ġiet rifjutata taħt dan il-Kapitolu ma terġax tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra.

4.          L-awtorizzazzjoni bħala ELTIF ma tkunx suġġetta għar-rekwiżit li l-ELTIF ikun immaniġġjat minn AIFM tal-UE li jkun awtorizzat fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF, jew li l-AIFM tal-UE iwettaq jew jiddelega kwalunkwe attività fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-ELTIF.

Artikolu 6 Ir-regoli applikabbli u r-responsabbiltajiet

1.          L-ELTIF ikun konformi f’kull ħin mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.  ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF ikunu konformi f’kull ħin mad-Direttiva 2011/61/UE.

3.          Il-maniġer tal-ELTIF huwa responsabbli li jkun hemm konformità ma’ dan ir-Regolament u jkun responsabbli wkoll b'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE għal kull ksur ta' dan ir-Regolament. Il-maniġer tal-ELTIF huwa responsabbli wkoll għal telf jew ħsarat li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Kapitolu IIObbligi li jikkonċernaw il-politiki ta’ investiment ta’ ELTIFs

Taqsima 1Ir-regoli ġenerali u l-assi eliġibbli

Artikolu 7Il-kompartimenti ta’ investiment

Meta ELTIF jinkludi iżjed minn kompartiment ta’ investiment wieħed, kull kompartiment jitqies bħala ELTIF separat għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 8L-investimenti eliġibbli

1.          B'konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1a), ELTIF jinvesti biss f’dawn il-kategoriji ta’ assi u taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f’dan ir-Regolament biss:

(a)    assi ta’ investiment eliġibbli;

(b)    l-assi msemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.  ELTIF ma jista' jagħmel l-ebda waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

(a)    il-bejgħ bin-nieqes ta’ assi;

(b)    jesponi ruħu b'mod dirett jew indirett għall-komoditajiet, anke permezz ta’ strumenti derivattivi finanzjarji, ċertifikati li jirrappreżentawhom, indiċi bbażati fuqhom jew kwalunkwe mezz jew strument li jagħtihom esponiment;

(c)    jidħol ▌f'għoti b’self ta’ titoli, ▌f'teħid ta' self ta' titoli, fi tranżazzjonijiet ta’ riakkwist jew kwalunkwe ftehim ieħor li jkollu effett ekonomiku ekwivalenti u joħloq riskji simili, jekk b'hekk ikunu affettwati aktar minn 10 % tal-assi tal-ELTIF;

(d)    juża strumenti finanzjarji derivati, ħlief meta ▌l-użu ta' strumenti bħal dawn jaqdi biss l-iskop li jiġu ħħeġġjati ▌r-riskji inerenti għal investimenti oħrajn tal-ELTIF.

2a.  Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA, wara li twettaq konsultazzjoni pubblika, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika kriterji għall-istabbiliment taċ-ċirkustanzi li fihom l-użu ta' strumenti finanzjarji derivattivi jservu biss l-għan li jiħħeġġjaw ir-riskji inerenti għall-investimenti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2.

L-ESMA tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(22)+.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9L-assi ta' investiment eliġibbli

L-assi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) għandhom ikunu eliġibbli għal investiment permezz ta’ ELTIF jekk jaqagħu biss f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)         strumenti ta' ekwità jew kważi ekwità li kienu:

(i)     maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika u mixtrija ▌mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(ii)  maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bi skambju għal strument ta' ekwità jew kważi ekwità akkwistat preċedentement ▌mill-ELTIF mingħand l-impriża ta' portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(iii)    maħruġa minn impriża li l-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tagħha hija sussidjarja li tappartjeni b'maġġoranza, skambjata ma' strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat skont il-punti (i) jew (ii) mill-ELTIF mill-impriża ta’ portafoll li tikkwalifika jew minn parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(b)         strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(c)         self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta’ portafoll li tikkwalifika bʼmaturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF;

(d)         unitajiet jew ishma ta’ ELTIF wieħed jew ta' diversi ELTIFs oħra, EuVECAs u EuSEFs, dejjem jekk dawn l-ELTIFs, l-EuVECAs u l-EuSEFs ma jkunux huma stess investew aktar minn 10 % tal-kapital tagħhom f'ELTIFs.

(e)         parteċipazzjoni diretta jew parteċipazzjonijiet indiretti permezz ta’ impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw ta’ assi reali individwali b'valur ta’ mill-inqas EUR 10 miljun, jew l-ekwivalenti tagħhom fil-valuta li fiha, u fil-mument meta ssir in-nefqa.

Artikolu 10 Impriża ta' portafoll li tikkwalifika

1.          Impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, imsemmija fl-Artikolu 9, tkun impriża ta' portafoll u mhux impriża ta' investiment kollettiv, li tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)    mhijiex impriża finanzjarja;

(b)    hija impriża li(i) mhijiex aċċettata li tinnegozja f’suq regolat jew f’faċilità tal-kummerċ multilaterali; jew

(ii)    jew hija ammessa għall-kummerċ f'suq regolat jew f'faċilità tal-kummerċ multilaterali u fl-istess ħin ikollha kapitalizzazzjoni tas-suq ta' mhux aktar minn EUR 500 000 000;

(c)  tkun stabbilita fi Stat Membru, jew f’pajjiż terz dejjem jekk il-pajjiż terz:

(i)     mhuwiex ta' riskju għoli u m'għandux ġurisdizzjoni li mhix kooperattiva kif identifikat mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja;

(ii)     ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF u ma' kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-ELTIF, sabiex ikun assigurat li l-pajjiż terz jikkonforma kompletament mal-istandards stipulati fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar l-introjtu u l-kapital, u jiżgura skambju ta' informazzjoni effikaċi fil-kwistjonijiet fiskali, fosthom kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali;

2.          B’deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, impriża ta’ portafoll li tikkwalifika tista’ tkun impriża finanzjarja li tiffinanzja esklussivament l-impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew l-assi reali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 9.

Artikolu 11Il-kunflitt tal-interess

ELTIF m’gћandux jinvesti f’assi ta’ investiment eliġibbli li l-maniġer tal-ELTIF ikollu jew qed jieħu interess fihom dirett jew indirett, ħlief jekk mhux f'unitajiet jew ishma ta' parteċipazzjoni tal-ELTIFs, il-EuSEFs jew l-EuVECAs li jimmaniġġja.

Taqsima 2Dispożizzjonijiet dwar politiki ta' investiment

Artikolu 12Is-sura tal-portafoll u d-diversifikazzjoni

1.          ELTIF jinvesti mill-inqas 70 % tal-kapital tiegħu f'assi ta' investiment eliġibbli.

2.          ELTIF ma għandux jinvesti iktar minn:

(a)    10 % tal-kapital tiegħu fi strumenti maħruġa minn, jew self mogħti lil, kwalunkwe impriża ta’ portafoll li tikkwalifika;

(b)    10 % tal-kapital tiegħu direttament jew indirettament f’assi reali uniku;

(c)    10 % tal-kapital tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ kwalunkwe ELTIF, EuVECA jew EuSEF uniku;

(d)    5 % tal-kapital tiegħu f’assi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1) fejn dawn l-assi jkunu nħarġu minn kwalunkwe korp uniku.

3.  Il-valur aggregat ta’ unitajiet jew ishma ta’ ELTIFs, EuvECAs u EuSEFs f’portafoll ta' ELTIF m'għandux jaqbeż l-20 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

4.          L-esponiment aggregat għar-riskju taʼ kontraparti tal-ELTIF li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ derivati barra l-borża (OTC), ftehimiet taʼ riakkwist jew minn ftehimiet ta’ xiri bil-patt taʼ bejgħ mill-ġdid, ma għandux jaqbeż il-5 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

5.          B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, ELTIF jista' jżid il-limitu ta' 10 % msemmi fih għal 20 %, dejjem jekk il-valur aggregat ta’ assi fil-pussess tal-ELTIF f’impriżi ta’ portafoll li jikkwalifikaw u f’assi reali individwali li jinvesti fihom aktar minn 10 % tal-kapital tiegħu, ma jaqbiżx l-40 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

5a.        B'deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 2, ELTIF jista' jgħolli l-limitu ta' 5 % msemmi fih għal 25 % meta bonds jinħarġu minn istituzzjoni ta' kreditu li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u hija soġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi d-detentur ta' bonds. B’mod partikolari, somom li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ dawk il-bonds għandhom jiġu investiti b’konformità mal-liġi f’assi li, tul il-perjodu kollu tal-validità tal-bonds, ikunu jistgħu jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, fil-każ ta’ nuqqas min-naħa tal-emittent, ikunu użati fuq bażi ta’ prijorità għar-rimbors tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.

6.  Kumpaniji li huma inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta’ kontijiet konsolidati, kif irregolati bid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23) jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti ta’ kontabilità, jitqiesu bħala impriża unika ta' portafoll li tikkwalifika jew korp uniku għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti li jinsabu f’dan fil-paragrafi minn 1 sa 5a.

Artikolu 12a

Rettifika tal-pożizzjonijiet ta' investiment

Fil-każ li ELTIF jikser ir-rekwiżiti taʼ diversifikazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 12(2) sa 12(5a) u l-ksur ikun lil hinn mill-kontroll tal-maniġer tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF għandu, fi ħdan perjodu ta’ żmien xieraq, jieħu tali miżuri kif meħtieġa sabiex jirrettifka l-pożizzjoni, b’kont meħud tal-interessi tal-investituri fl-ELTIF.

Artikolu 13Il-konċentrazzjoni

1.          ELTIF ma jistax jakkwista' aktar minn 25 % tal-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF, EuVECA jew EuSEF uniku.

2.          Il-limiti ta’ konċentrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2009/65/KE japplikaw għal investimenti fl-assi li hemm referenza għalihom fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14It-teħid ta' self ta' flus

1.      ELTIF jista’ jissellef il-flus dejjem jekk dan is-self jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)       ma jirrappreżentax aktar minn 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF;

(b)      isir bl-iskop li jsir investiment f'assi ta' investiment eliġibbli, bl-eċċezzjoni ta' self imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9, sakemm il-parteċipazzjonijiet fi flus jew ekwivalenti ta' flus tal-ELTIF ma jkunux biżżejjed biex jagħmlu l-investiment ikkonċernat;

(c)       isir kuntratt fl-istess valuta bħal tal-assi li għandhom jiġu akkwistati mal-flus misselfa;

(ca)     ikollu maturità mhux itwal mill-ħajja tal-ELTIF;

(cb)     jipoteka l-assi li ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-valur tal-kapital tal-ELTIF.

2.      Il-maniġer tal-ELTIF jispeċifika fil-prospett tal-ELTIF jekk hux biħsiebu jissellef flus jew le bħala parti mill-istrateġija ta' investiment tiegħu.

Artikolu 15L-applikazzjoni tas-sura tal-portafoll u r-regoli ta' diversifikazzjoni

1.          Il-limitu ta’ investiment stabbilit fl-Artikolu 12(1):

(a)    japplika skont id-data speċifikata fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF; (b)   ma jibqax japplika ladarba l-ELTIF jibda jbigħ l-assi sabiex jirrimborża l-unitajiet jew l-ishma tal-investituri wara tmiem il-ħajja tal-ELTIF;

(c)    jiġi temporanjament sospiż meta ELTIF jiġbor kapital addizzjonali jew inaqqas il-kapital eżistenti tiegħu, dejjem sakemm sospensjoni bħal din ma tkunx itwal minn 12-il xahar.

Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tqis il-fatturi u l-karatteristiċi partikolari tal-assi li għandhom jiġu investiti mill-ELTIF u ma għandhiex tkun aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-awtorizzazzjoni bħala ELTIF, jew nofs il-ħajja tal-ELTIF kif stabbilit skont l-Artikolu 16(2), skont liema tiġi l-ewwel. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, l-awtorità kompetenti tal-ELTIF, wara s-sottomissjoni ta' pjan ta' investiment iġġustifikat kif dovut, tista' tapprova estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien b'mhux aktar minn sena.

2.  Meta assi taʼ terminu twil li ELTIF ikun investa fih jinħareġ minn impriża ta’ portafoll li tikkwalifika, li m'għadhiex konformi mal-punt (b) tal-Artikolu 10(1), l-assi ta' terminu twil jistaʼ jkompli jingħadd għall-iskop tal-kalkolu tal-limitu ta’ investiment imsemmi fl-Artikolu 1(10) għal massimu ta’ tliet snin mid-data li fiha l-impriża taʼ portafoll li tikkwalifika ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-punt (b) tal-Artikolu 10(1).

Kapitolu IIIL-ammortizzazzjoni, il-kummerċ u l-ħruġ ta' unitajiet jew ishma ta' ELTIF, u t-tqassim tal-introjtu u tal-kapital

Artikolu 16Il-politika ta' ammortizzazzjoni u l-ħajja tal-ELTIFs

1.          L-investituri f’ELTIF ma jistgħux jitolbu l-ammortizzazzjoni tal-unitajiet jew l-ishma taghhom qabel tmiem ħajjet l-ELTIF. L-ammortizzazzjonijiet għall-investituri jistgħu jkunu possibbli mid-data li ssegwi d-data ta’ tmiem ħajjet l-ELTIF.

Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF għandhom jindikaw b’mod ċar id-data speċifika għal tmiem ħajjet l-ELTIF u jistgħu jipprovdu għad-dritt ta' estensjoni temporanja tal-ħajja tal-ELTIF u l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju taʼ tali dritt.

Regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF u d-divulgazzjoni lill-investituri jistipulaw il-proċeduri għall-ammortizzazzjoni tal-unitajiet u tal-ishma u d-disponiment tal-assi u jiddikjaraw b'mod ċar li l-ammortizzazzjonijiet għall-investituri jibdew dakinhar wara d-data li tistipula tmiem ħajjet l-ELTIF.

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà għal ammortizzazzjonijiet qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)    l-ammortizzazzjonijiet ma jingħatawx qabel id-data speċifikata fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1);

(b)    meta tingħata l-awtorizzazzjoni u tul il-ħajja tal-ELTIF, il-maniġer tal-ELTIF ikun jista' juri lill-awtoritajiet kompetenti li sistema xierqa ta' mmaniġġjar tal-likwidità u proċeduri effettivi għall-monitoraġġ tar-riskju ta' likwidità tal-ELTIF ikunu fis-seħħ, li jkunu kompatibbli mal-istrateġija ta' investiment tal-ELTIF fuq terminu twil u mal-politika proposta ta' ammortizzazzjoni;

(c)    il-maniġer tal-ELTIF jiddefinixxi politika ta' ammortizzazzjoni definita, li tindika b'mod ċar il-perjodi ta' żmien li fihom l-investituri jistgħu jitolbu ammortizzazzjoni;

(d)    il-politika ta' ammortizzazzjoni tal-ELTIF tiżgura li l-ammont globali ta' ammortizzazzjonijiet fi ħdan perjodu partikolari jkun limitat għal persentaġġ ta' dawk l-assi tal-ELTIF imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1). Dan il-persentaġġ ikun allinjat mal-istrateġija ta' mmaniġġjar u investiment tal-likwidità ddivulgata mill-maniġer tal-ELTIF;

(e)  il-politika ta' ammortizzazzjoni tal-ELTIF tiżgura li l-investituri jiġu ttrattati b'mod ġust u l-ammortizzazzjonijiet jingħataw fuq bażi pro rata jekk l-ammont totali ta' talbiet għal ammortizzazzjonijiet fi ħdan perjodu ta' żmien partikolari jaqbeż il-persentaġġ imsemmi fil-punt (d).

2.          Ħajjet ELTIF tkun konsistenti man-natura fuq terminu twil tal-ELTIF u tkun twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, imkejla skont il-profil ta’ illikwidità u ċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-assi, u l-objettiv tal-investiment iddikjarat tal-ELTIF.

3.          L-investituri jistgħu jitolbu l-istralċ taʼ ELTIF jekk it-talbiet ta’ ammortizzazzjoni tagħhom magħmula skont il-politika taʼ ammortizzazzjoni tal-ELTIF ma jiġux issodisfati fi żmien sena mid-data li fiha saru.

4.          L-investituri dejjem għandhom l-għażla li jitħallsu lura fi flus.

5.          Il-ħlas lura in natura mill-assi ta’ ELTIF ikun possibbli biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)    ir-regoli ta’ strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF jipprovdu għal din il-possibilità, sakemm l-investituri kollha jiġu ttrattati b’mod ġust;

(b)  l-investitur jitlob bil-miktub biex jitħallas lura permezz ta’ sehem mill-assi tal-ELTIF;

(c)    l-ebda regola speċifika ma tirrestrinġi t-trasferiment ta’ dawn l-assi.

6.          L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkustanzi li fihom ħajjet ELTIF hija meqjusa twila biżżejjed biex tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull assi individwali tal-ELTIF, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa...(24)+.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17Is-suq sekondarju

1.          Ir-regoli jew l-istrumenti taʼ inkorporazzjoni ta’ ELTIF ma jimpedixxux unitajiet jew ishma tal-ELTIF milli jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar.

2.  Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF ma jimpedixxux lill-investituri milli jittrasferixxu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom liberament lil partijiet terzi għajr il-maniġer tal-ELTIF.

3.          ELTIF jippubblika fir-rapporti perjodiċi tiegħu l-valur tas-suq tal-unitajiet jew tal-ishma elenkati tiegħu flimkien mal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem.

4.          F'każ li jkun hemm bidla materjali fil-valur ta' assi, il-maniġer tal-ELTIF għandu jiddivulga dan lill-investituri fir-rapporti perjodiċi tiegħu.

Artikolu 18Il-ħruġ ta' unitajiet jew ishma ġodda

1.          ELTIF jista' joffri l-ħruġ ta’ unitajiet jew ishma ġodda skont ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tiegħu.

2.          ELTIF ma jistax joffri l-ħruġ ta’ unitajiet jew ishma ġodda bi prezz taħt il-valur nett tal-assi tagħhom mingħajr ma joffri dawn l-unitajiet jew l-ishma bl-istess prezz għall-investituri eżistenti tal-ELTIF.

Artikolu 19Id-disponiment tal-assi tal-ELTIF

1.          ELTIF jadotta skeda ddettaljata għad-disponiment ordnat tal-assi tiegħu sabiex l-unitajiet jew l-ishma tal-investituri jkollhom rimborż wara tmiem ħajjet l-ELTIF, u jiddivulga dan lill-awtorità kompetenti tal-ELTIF sa mhux aktar tard minn sena qabel dik id-data tat-tmiem ħajjet l-ELTIF.

2.          L-iskeda msemmija fil-paragrafu 1 tinkludi:

(a)    valutazzjoni tas-suq għal xerrejja potenzjali;

(b)    valutazzjoni u tqabbil ta’ prezzijiet tal-bejgħ potenzjali;

(c)    valutazzjoni tal-assi biex jiġu divestiti;

(d)    żmien ▌għall-iskeda ta' disponiment.

3.          L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji li jridu jintużaw għall-valutazzjonijiet fil-punt (a) u l-istimar fil-punt (c) tal-paragrafu 2.

L-ESMA tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa...(25)+.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

It-tqassim tar-rikavati u l-kapital

1.          ELTIF jistaʼ regolarment iqassam lill-investituri r-rikavati ġġenerati mill-assi li jinsabu fil-portafoll. Dawn ir-rikavati magħmula minn:

(a)    rikavati li l-assi qed joħolqu b’mod regolari;

(b)    apprezzament tal-kapital li jseħħ wara d-disponiment taʼ assi ▌.

2.          Ir-rikavati ma jistgħux jiġu distribwiti sal-punt li jiġu meħtieġa għall-impenji tal-ELTIF tal-ġejjieni.

2a.        ELTIF jista' jnaqqas il-kapital tiegħu fuq bażi pro rata f'każ ta' disponiment ta' assi qabel tmiem ħajjet l-ELTIF, sakemm tali disponiment jitqies debitament li jkun fl-interess tal-investituri mill-maniġer tal-ELTIF.

3.          Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jispeċifikaw il-politika ta' tqassim li l-ELTIF se jadotta matul ħajtu.

Kapitolu IVIr-rekwiżiti ta' trasparenza

Artikolu 21It-trasparenza

1.          L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF ma jiġux ikkummerċjalizzati fl-Unjoni mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ prospett.

L-unitajiet jew l-ishma ta' ELTIF ma jiġux ikkummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum fl-Unjoni qabel ma jiġi ppubblikat id-dokument bit-tagħrif ewlieni skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

2.          Il-prospett jinkludi l-informazzjoni kollha neċessarja biex l-investituri jkunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni infurmata rigward l-investiment propost lilhom, u, b'mod partikolari, tar-riskji li jinvolvi.

3.          Il-prospett jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)    dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet kif l-objettivi u l-istrateġija ta' investiment ta' ELTIF sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi jikkwalifikaw lill-Fond bħala ta' terminu twil fin-natura tiegħu;

(b)  l-informazzjoni li għandha tingħata minn impriżi tal-investiment kollettiv tat-tip limitat skont id-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 809/2004;

(c)    l-informazzjoni li għandha tingħata lill-investituri skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2011/61/UE, jekk ma tkunx diġà koperta taħt il-punt (b) ta’ dan il-paragrafu;

(d)    indikazzjoni prominenti tal-kategoriji tal-assi li fihom l-ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti;

(da)  indikazzjoni prominenti tal-ġurisdizzjonijiet li ELTIF huwa awtorizzat li jinvesti fihom;

(e)    kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala relevanti għall-iskopijiet tal-paragrafu 2.

4.          Il-prospett ▌u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor għandhom jinfurmaw b'mod prominenti lill-investituri dwar in-natura illikwida tal-ELTIF.

B’mod partikolari, il-prospett ▌u kwalunkwe dokument promozzjonali ieħor b’mod ċar:

(a)    jinforma lill-investituri dwar in-natura ta' terminu twil tal-investimenti tal-ELTIF;

(b)    jinforma lill-investituri dwar tmiem ħajjet l-ELTIF, kif ukoll l-għażla li jestendu l-ħajja tal-ELTIF, meta din tiġi pprovduta, u l-kundizzjonijiet għal dan;

(c)  jiddikjara jekk hemmx il-ħsieb li l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum;

(d)    jispjega d-drittijiet tal-investituri ▌li jifdu l-investiment tagħhom skont l-Artikolu 16 u r-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-ELTIF;

(e)    jiddikjara l-frekwenza u ż-żmien ta’ distribuzzjonijiet ta’ rikavati, jekk ikun hemm, lill-investituri matul ħajjet l-ELTIF;

(f)     jagħti parir lill-investituri li proporzjon żgħir biss tal-portafoll ta’ investiment globali tagħhom għandu jiġi investit f’ELTIF;

(fa)   jiddeskrivi l-politika ta' ħħeġġjar tal-ELTIF, inkluża indikazzjoni prominenti li l-istrumenti finanzjarji derivattivi jistgħu jintużaw biss għall-iskop ta' riskji ta' ħħeġġjar inerenti għal investimenti oħra tal-ELTIF, u indikazzjoni tal-impatt possibbli tal-użu tal-istrumenti finanzjarji derivattivi fuq il-profil tar-riskju tal-ELTIF;

(fb)   jinforma lill-investituri dwar ir-riskji relatati mal-investiment fl-assi reali, inkluża l-infrastruttura;

(fe)   jinforma lill-investituri regolarment, tal-anqas darba fis-sena, dwar il-ġurisdizzjonijiet li l-ELTIF investa fihom.

5.  Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, ir-rapport annwali ta’ ELTIF ikun fih li ġej:

(a)    rendikont tal-flussi tal-flus;

(b)    informazzjoni dwar kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni;

(c)    informazzjoni dwar il-valur tal-impriżi ta' portafoll individwali li jikkwalifikaw u l-valur ta' assi oħra li l-ELTIF investa fihom, inkluż il-valur tal-istrumenti finanzjarji derivattivi użati;

(d)    informazzjoni dwar ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu l-assi tal-ELTIF.

6.          Fuq t-talba ta’ investitur fil-livell tal-konsum, il-maniġer tal-ELTIF jipprovdi informazzjoni addizzjonali rigward il-limiti kwantitattivi li japplikaw għall-ġestjoni tar-riskji tal-ELTIF, il-metodi magħżula għal dan l-iskop u l-evoluzzjoni riċenti tar-riskji u r-renditi ewlenin tal-kategoriji ta’ assi.

Artikolu 21aRekwiżiti addizzjonali tal-prospett

1.          ELTIF jibgħat il-prospett tiegħu u kull emenda li ssirlu, kif ukoll ir-rapport annwali tiegħu, lill-awtoritajiet kompetenti tal-ELTIF. Fuq talba, ELTIF jipprovdi din id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF. Din id-dokumentazzjoni se tiġi pprovduta mill-ELTIF fi żmien il-perjodu speċifikat minn dawn l-awtoritajiet kompetenti.

2.          Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF jiffurmaw parti integrali mill-prospett u jiġu annessi miegħu.

Id-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu mhumiex meħtieġa jiġu annessi mal-prospett sakemm l-investitur jiġi infurmat li, fuq talba, l-investitur jintbagħtulu dawk id-dokumenti jew jiġi infurmat dwar il-post fejn, f’kull Stat Membru li fih l-unitajiet jew l-ishma jitqiegħdu fis-suq, l-investitur jista’ jikkonsultahom.

3.          Il-prospett jispeċifika il-mod li bih ir-rapport annwali jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-investituri. Huwa jiddisponi li kopja stampata tar-rapport annwali tingħata lill-investituri fil-livell tal-konsum fuq talba u mingħajr ħlas.

4.  Il-prospett u l-aħħar rapporti annwali ppubblikat jingħataw lill-investituri fuq talba u mingħajr ħlas.

Il-prospett jista’ jiġi pprovdut f’mezz durabbli jew permezz ta’ sit web. Kopja stampata tingħata lill-investituri fil-livell tal-konsum fuq talba u mingħajr ħlas.

5.          L-elementi essenzjali tal-prospett jinżammu aġġornati.

Artikolu 22

Divulgazzjoni tal-kost

1.          Il-prospett jinforma b'mod prominenti lill-investituri bil-livell tal-kostijiet differenti li jridu jitħallsu direttament jew indirettament mill-investituri. Il-kostijiet differenti jiġu miġbura skont l-intestaturi li ġejjin:

(a)    il-kostijiet sabiex jitwaqqaf l-ELTIF;

(b)    il-kostijet relatati mal-akkwist tal-assi;

(c)    it-tariffi tal-immaniġġjar u dawk relatati mal-prestazzjoni;

(d)    il-kostijiet tad-distribuzzjoni;

(e)  kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta’ amministrazzjoni, regolatorji, ta' depożitarji, ta’ kustodja, ta' servizz professjonali u ta’ awditjar.

2.          Il-prospett jiddivulga l-proporzjon globali tal-kostijiet għall-kapital tal-ELTIF.

4.          L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika d-definizzjonijiet komuni, il-metodoloġiji ta’ kalkolu u l-formati ta' preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proporzjon globali msemmi fil-paragrafu 2.

L-ESMA, meta tkun qed tiżviluppa dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, tqis ▌l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

L-ESMA tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa...(26)+.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Kapitolu VIl-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

Artikolu 23Faċilitajiet disponibbli għall-investituri

1.          Il-maniġer ta’ ELTIF li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu jkunu maħsuba biex jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum, f’kull Stat Membru fejn għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza dawn l-unitajiet jew l-ishma, iwaqqaf faċilitajiet disponibbli għas-sottoskrizzjonijiet, jagħmel pagamenti lill-azzjonisti tal-unitajiet jew ishma, jixtri mill-ġdid jew jifdi l-unitajiet jew l-ishma u jagħmel disponibbli l-informazzjoni li l-ELTIF u l-maniġer tal-ELTIF huma mitluba jipprovdu.

2.          L-ESMA tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika t-tipi u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-infrastruttura teknika tagħhom u l-kontenut tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-investituri fil-livell tal-konsum.

L-ESMA tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa...(27)+.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23aProċess ta' valutazzjoni interna għall-ELTIFs kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum

1.          Il-maniġer ta' ELTIF li l-unitajiet jew l-ishma tiegħu huma maħsuba biex jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum jistabbilixxi u japplika proċess intern għall-valutazzjoni ta' dak l-ELTIF qabel ma jiġi kummerċjalizzat jew distribwit lil investituri fil-livell tal-konsum.

2.          Bħala parti mill-proċess intern imsemmi fil-paragrafu 1, il-maniġer tal-ELTIF jivvaluta huwiex adatt għall-kummerċjalizzazzjoni lil investituri fil-livell tal-konsum, filwaqt li jitqiesu tal-anqas:

(a)    il-ħajja tal-ELTIF; u

(b)    l-istrateġija ta' investiment maħsuba tal-ELTIF;

3.          Il-maniġer tal-ELTIF iqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kwalunkwe distributur l-informazzjoni adegwata kollha dwar ELTIF li huwa kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum, inkluża l-informazzjoni kollha rigward il-ħajja u l-istrateġija ta' investiment tiegħu, kif ukoll dwar il-proċess ta' valutazzjoni interna u l-ġurisdizzjonijiet li l-ELTIF jista’ jinvesti fihom.

Artikolu 23bRekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsum

1.          Meta joffri jew jikkolloka unitajiet jew ishma ta' ELTIF direttament lil investituri fil-livell tal-konsum, il-maniġer tal-ELTIF jikseb informazzjoni rigward dan li ġej:

(a)    l-għarfien u l-esperjenza tal-investitur fil-livell tal-konsum fil-qasam tal-investiment rilevanti għall-ELTIF;

(b)    is-sitwazzjoni finanzjarja tal-investitur fil-livell tal-konsum, inkluża l-abilità tal-investitur li jġarrab telf;

(c)    l-objettivi ta’ investiment tal-investitur fil-livell tal-konsum, inkluż il-perjodu ta' investiment tal-investitur.

Abbażi tal-informazzjoni miksuba taħt l-ewwel subparagrafu, il-maniġer tal-ELTIF jirrakkomanda l-ELTIF biss jekk ikun xieraq għal dak l-investitur fil-livell tal-konsum partikolari.

2.          Meta l-ħajja ta' ELTIF li jkun offrut jew ikkollokat lil investituri fil-livell tal-konsum jaqbeż l-10 snin, il-maniġer tal-ELTIF jew id-distributur joħroġ twissija ċara bil-miktub li l-prodott tal-ELTIF jista' ma jkunx adatt għall-investituri fil-livell tal-konsum li ma jistgħux isostnu tali impenn illikwidu u fuq terminu twil.

Artikolu 23cDispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum

1.          B'deroga mill-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum ikun entità tat-tip imsemmi fl-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2009/65/KE.

2.  B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(13) u l-Artikolu 21(14) tad-Direttiva 2011/61/UE, id-depożitarju ta' ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum ma jkunx jista' jeżonera lilu nnifsu mir-responsabbiltà fil-każ ta' telf ta' strumenti finanzjarji kkustoditi minn parti terza.

3.          Ir-responsabbiltà tad-depożitarju msemmija fl-Artikolu 21(12) tad-Direttiva 2011/61/UE ma tkunx eskluża jew limitata bi ftehim meta l-ELTIF jiġi kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum.

4.          Kwalunkwe ftehim li jikser il-paragrafu 3 jkun null.

5.          L-assi li jinżammu f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF ma jerġgħux jintużaw mid-depożitarju jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni li tinvolvi assi miżmuma f'kustodja inklużi, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self.

L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF jistgħu jerġgħu jintużaw biss dment li:

(a)    l-użu mill-ġdid tal-assi jkun eżegwit akkont tal-ELTIF;

(b)    id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-maniġer tal-ELTIF f'isem l-ELTIF;

(c)    l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-ELTIF u l-interess tal-unità jew tal-azzjonisti; u

(d)    it-transazzjoni tkun koperta minn kollateral ta' kwalità għolja u likwidu riċevut mill-ELTIF skont arranġament ta' trasferiment ta' titoli.

F'kull ħin, il-valur tas-suq tal-kollateral imsemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu jrid jammonta għal mill-inqas il-valur tas-suq tal-assi li ntużaw mill-ġdid flimkien ma' primjum.

Artikolu 24 Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsum

1.          L-unitajiet jew l-ishma ta’ ELTIF jistgħu jiġu kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum dejjem jekk l-investituri fil-livell tal-konsum ikunu pprovduti b’parir ta’ investiment xieraq mill-maniġer tal-ELTIF jew tad-distributur.

2.          Maniġer ta’ ELTIF: jista’ joffri jew jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-ELTIF lil investituri fil-livell tal-konsum biss jekk il-maniġer ikun awtorizzat jipprovdi s-servizzi msemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2011/61/UE u biss wara li dak il-maniġer wettaq it-test tal-idonietà msemmi fl-Artikolu 23b(1) ta’ dan ir-Regolament.

3.          Meta l-portafoll tal-istrumenti finanzjarji ta' investitur potenzjali fil-livell tal-konsum ma jeċċedix EUR 500 000, il-maniġer tal-ELTIF jew kwalunkwe distributur, wara li jkun wettaq it-test ta' idoneità msemmi fl-Artikolu 23b(1) u jkun ipprovda pariri ta' investiment xierqa, għandu jiżgura abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-investitur potenzjali fil-livell tal-konsum, li l-investitur potenzjali fil-livell tal-konsum ma jinvestix ammont aggregat li jeċċedi 10 % tal-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-investitur f'ELTIFs u li l-ammont minimu inizjali investit f'ELTIF wieħed jew aktar ikun EUR 10 000.

L-investitur potenzjali fil-livell tal-konsum ikun responsabbli li jipprovdi lill-maniġer tal-ELTIF jew lid-distributur b'informazzjoni eżatta dwar il-portafoll tal-istrumenti finanzjarji tal-investitur potenzjali fil-livell tal-konsum jew l-investimenti f'ELTIFs kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Għall-fini ta' dan il-paragrafu, portafoll ta' strumenti finanzjarji jinftiehem bħala wieħed li jinkludi depożiti ta' flus u strumenti finanzjarji, iżda jeskludi kwalunkwe strumenti finanzjarji li ngħataw bħala kollateral.

4.  Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta' ELTIF kummerċjalizzati lil investituri fil-livell tal-konsum jistipulaw li l-investituri kollha jibbenefikaw minn trattament ugwali u ma jingħata l-ebda trattament preferenzjali jew benefiċċju ekonomiku speċifiku lil investituri individwali jew lil gruppi ta’ investituri.

5.          Il-forma legali ta’ ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum ma twassal għal ebda responsabbiltà ulterjuri għall-investitur fil-livell tal-konsum jew jirrikjedi kwalunkwe impenji addizzjonali f'isem tali investitur, minbarra l-impenn kapitali oriġinali;

6.          L-investituri fil-livell tal-konsum għandhom ikunu jistgħu, matul il-perjodu tas-sottoskrizzjoni u mill-inqas ġimagħtejn wara sottoskrizzjoni tagħhom ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIF, iħassru s-sottoskrizzjoni tagħhom u jieħdu l-flus lura mingħajr penali.

7.          Il-maniġer ta’ ELTIF kummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum għandu jistabbilixxi proċeduri u arranġamenti xierqa biex jittratta lmenti tal-investituri fil-livell tal-konsum, li jippermettu lill-investituri fil-livell tal-konsum li jressqu ilmenti fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 25Il-kummerċjalizzazzjoni ta' unitajiet jew ishma tal-ELTIFs

1.          Il-maniġer ta’ ELTIF ▌ikun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF lil investituri professjonali, semiprofessjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu man-notifika skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2011/61/UE.

2.  Il-maniġer ta’ ELTIF ikun kapaċi jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma ta’ dan l-ELTIF lil investituri professjonali u fil-livell tal-konsum fl-Istati Membri ħlief fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF, man-notifika skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2011/61/UE.

3.          Il-maniġer tal-ELTIF▌ fir-rigward ta’ kull ELTIF li jimmaniġġja, jispeċifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk għandux l-intenzjoni jew le li jikkummerċjalizzah lil investituri fil-livell tal-konsum.

4.          Minbarra d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-maniġer tal-ELTIF jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti dan kollu li ġej:

(a)    il-prospett tal-ELTIF;

(b)    id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-ELTIF fil-każ li jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsum; u

(c)    l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet imsemmija fl-Artikolu 23.

5.  Il-kompetenzi u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2011/61/UE jinftiehmu li qed jirreferu wkoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ELTIFs lil investituri fil-livell tal-konsum u li jkopru r-rekwiżiti addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament.

6.          Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF timpedixxi wkoll il-kummerċjalizzazzjoni ta’ ELTIF jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax jew mhux se jkun konformi ma’ dan ir-Regolament.

7.          Minbarra s-setgħat tagħha stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(3) ▌tad-Direttiva 2011/61/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer tal-ELTIF tirrifjuta wkoll it-trażmissjoni ta’ fajl komplut ta' notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, jekk il-maniġer tal-ELTIF ma jikkonformax ▌ma’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VIIs-superviżjoni

Artikolu 26Is-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

1.          L-awtoritajiet kompetenti jagħmlu superviżjoni għall-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa.

2.          L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli II, III u IV.

3.          L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tkun responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità skont l-obbligi stipulati fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF, u l-obbligi stipulati fil-prospett, li jkunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

4.          L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-sorveljanza tal-adegwatezza tal-arranġamenti u l-organizzazzjoni tal-maniġer tal-ELTIF sabiex il-maniġer tal-ELTIF ikun f’pożizzjoni li jikkonforma mal-obbligi u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif u l-funzjonament tal-ELTIFs kollha li timmaniġġja.

L-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF hija responsabbli mis-sorveljanza tal-konformità tal-maniġer tal-ELTIF ma’ dan ir-Regolament.

5.  L-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-impriżi ta’ investiment kollettiv stabbiliti jew ikkummerċjalizzati fit-territorji tagħhom biex jivverifikaw li dawn ma jużawx id-deżinjazzjoni ELTIF jew jissuġġerixxu li huma ELTIF sakemm dawn ma jkunux awtorizzati taħt u jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 27Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.          L-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.          Is-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2011/61/UE, fosthom dawk relatati mal-penali, jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament.

2a.        L-awtorità kompetenti tal-ELTIF tipprojbixxi l-użu tad-deżinjazzjoni 'ELTIF’ jew ‘Fond ta' investiment Ewropew fuq terminu twil’ fil-każ li l-maniġer tal-ELTIF ma jibqax jikkonforma ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 28Setgħat u kompetenzi tal-ESMA

1.          L-ESMA jkollha s-setgħat meħtieġa biex twettaq il-kompiti attribwiti lilha f’dan ir-Regolament.

2.          Is-setgħat tal-ESMA skont id-Direttiva 2011/61/UE jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dan ir-Regolament u b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.          Għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, dan ir-Regolament jinftiehem bħala att ieħor tal-Unjoni li jorbot legalment li jikkonferixxi kompiti fuq l-ESMA kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 29Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.          L-awtorità kompetenti tal-ELTIF u l-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF, jekk differenti, jikkoperaw ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

1a.        L-awtoritajiet kompetenti jikkoperaw ma' xulxin b'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jikkoperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.          L-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.

Kapitolu VIIDispożizzjonijiet finali

Artikolu 29a

Ipproċessar ta’ applikazzjonijiet mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tipprijoritizza u tirrazzjonalizza l-proċessi tagħha għall-applikazzjonijiet kollha mill-ELTIFs għal finanzjament mill-BEI. Il-Kummissjoni għandha tirrazzjonalizza l-għoti ta’ kwalunkwe opinjonijiet jew kontribuzzjonijiet dwar kwalunkwe applikazzjonijiet għal finanzjament mill-BEI.

Artikolu 30Rieżami

1.          Mhux iktar tard minn ..., il-Kummissjoni tibda rieżami tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rieżami janalizza, b’mod partikolari:

(a)    l-impatt tal- ▌ Artikolu 16 ▌;

(b)    l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-assi fl-applikazzjoni tal-limitu minimu ta’ 70 % tal-assi tal-investimenti eliġibbli stipulat fl-Artikolu 12(1) ▌;

(c)    il-punt safejn l-ELTIFs huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, inkluż jekk l-AIFMs li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE jistgħux ikunu interessati li jikkummerċjalizzaw l-ELTIFs;

(ca)  il-punt safejn għandha tiġi aġġornata l-lista ta' assi u investimenti eliġibbli, kif ukoll ir-regoli ta' diversifikazzjoni, il-kompożizzjoni tal-portafoll u l-limiti dwar is-self ta' flus.(28)

2.  Wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, u wara li kkonsulta l-ESMA, il-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jivvaluta l-kontribut ta' dan ir-Regolament u ta’ ELTIFs għat-tlestija tal-unjoni tas-swieq kapitali u għall-ilħuq tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 1(1a). Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 31Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika minn ...(29)+.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

Or. en

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA(2014)0448.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

            ĠU C 67, 6.3.2014, p. 71.

(5)

           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ … .

(6)

            Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(7)

           Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital tar-riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

(8)

           Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

(9)

            Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012. p. 1).

(10)

           Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(11)

           Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(12)

           Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).

(13)

          Regolament (UE) Nru 1286/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dokumenti bit-tagħrif ewlieni għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażat fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

(14)

          Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(15)

        Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti fi nanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(16)

          Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(17)

           Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(18)

           Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(19)

           Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(20)

           Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(21)

          Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(22)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(23)

          Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(24)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(25)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(26)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(27)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(28)

+                  ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’                       dan ir-Regolament.

(29)

+            ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.


PROĊEDURA

Titolu

Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil

Referenzi

COM(2013)0462 – C7-0209/2013 – 2013/0214(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

4.7.2013

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

4.7.2013

CONT

4.7.2013

EMPL

4.7.2013

JURI

4.7.2013

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

  Data tad-deċiżjoni

CONT

15.7.2013

EMPL

28.10.2013

JURI

11.9.2013

 

Rapporteurs

  Data tal-ħatra

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

2.7.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2013

25.11.2013

23.1.2014

 

Data tal-adozzjoni

10.3.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

2

5

Riżultat tal-votazzjoni finali

Marino Baldini, Burkhard Balz, Elena Băsescu, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Syed Kamall, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Hans-Peter Martin, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zdravka Bušić, Saïd El Khadraoui, Danuta Maria Hübner, Olle Ludvigsson, Gay Mitchell, Catherine Stihler


REFERENZA LURA LILL-KUMITAT

Data tar-referenza lura lill-kumitat (Art. 61(2)

 

17.04.2014

Rapporteurs

  Data tal-ħatra

Alain Lamassoure

22.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

 

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.12.2014

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alain Cadec, Philippe De Backer, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Ildikó Gáll-Pelcz, Sophia in ‘t Veld, Eva Kaili, Barbara Kappel, Jeppe Kofod, Thomas Mann, Eva Paunova, Maria João Rodrigues, Jacek Saryusz-Wolski, Catherine Stihler, Tibor Szanyi

Data tat-tressiq 

16.02.2015

Avviż legali