Proċedura : 2014/2221(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0037/2015

Testi mressqa :

A8-0037/2015

Dibattiti :

PV 11/03/2015 - 7
CRE 11/03/2015 - 7

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2015 - 9.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0067

RAPPORT     
PDF 254kWORD 179k
2.3.2015
PE 544.392v02-00 A8-0037/2015

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015

(2014/2221(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Dariusz Rosati

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015

(2014/2221(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 136 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika(1),

–       wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2011 tat-8 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv(4),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom,

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2014 dwar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż 2014 (COM(2014)0600),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-25 ta’ Frar 2014 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2014(7),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 (COM(2014)0902),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-10 ta' Frar 2015 dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir(COM(2015) 0012),

–       wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-2015 għas-Semestru Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(8),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0037/2015),

A.     billi l-irkupru ekonomiku fl-UE naqas b'mod konsiderevoli matul l-2014 iżda, skont il-Kummissjoni Ewropea, għandu prospetti li jirkupra fl-2015 u li saħansitra jagħmel progress akbar fl-2016; billi wara ħames snin mill-bidu tal-kriżi finanzjarja fl-2008, iż-żona tal-euro għadha qed tħabbat wiċċha ma' livelli rekord ta' qgħad 'il fuq minn 12 %; billi t-tkabbir dgħajjef iggrava x-xejriet deflazzjonarji; billi, wara l-kriżi finanzjarja, iż-żona tal-euro b'mod partikolari tispikka bħala żona ta' tkabbir xejn sodisfaċenti, filwaqt li għadd ta' pajjiżi qed jirkupraw b'aktar ħeffa; billi, minkejja pressjoni deflazzjonarja, il-Kummissjoni qed tbassar li l-inflazzjoni għandha titla' minn nofs l-2015 u matul l-2016;

B.     billi l-livell ta' investiment naqas b'madwar EUR 470 biljun mill-eqqel tal-kriżi, u d-distakk tal-investiment huwa stmat għal madwar EUR 230-370 biljun ikkomparat max-xejriet tiegħu fit-tul; billi r-rispons għall-kriżi tad-dejn sovran tal-euro u għall-ineffiċjenza li kixef fil-qafas istituzzjonali Ewropew kien sostanzjali, iżda mhux suffiċjenti biex lill-ekonomija taż-żona tal-euro jagħtiha spinta biżżejjed qawwija ħalli terġa' taqbad it-triq ta' tkabbir rapidu;

1.      Huwa tal-fehma li ż-żona tal-euro għadha qed titħabat mal-konsegwenzi ta' tnaqqis eċċezzjonalment twil fir-ritmu ekonomiku wara l-2008; jirrimarka li l-irkupru għadu fraġli u li għandu jiġi sostnut jekk irriduh iwassal għal tkabbir u impjiegi aktar sostanzjali fiż-żmien medju; jinnota,madankollu, li t-tkabbir fl-2014 għandu bażi usa'; jinnota li l-isfida llum hija li nindirizzaw kemm il-problemi ċikliċi fiż-żmien qasir kif ukoll dawk strutturali fit-tul; jissottolinja li l-pressjonijiet fiż-żmien qasir jafu jwasslu għal miżuri ta' natura tranżitorja li jistgħu jimminaw il-kapaċità għal tkabbir fit-tul; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politiki fiż-żmien qasir u dawk fit-tul jirrinfurzaw lil xulxin

2.      Jieħu nota tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015 tal-Kummissjoni, li għandu l-għan li jippromwovi r-ritorn għal livelli ogħla ta' tkabbir u jsaħħaħ l-irkupru; jappoġġja l-approċċ imsejjes fuq tliet pilastri ewlenin (l-ispinta lill-investiment, l-aċċelerazzjoni tar-riformi strutturali u t-tħaddin ta' konsolidazzjoni fiskali responsabbli li twassal għal tkabbir) bħala t-triq it-tajba għall-ilħiq ta' dawn l-għanijiet; iqis li dan l-approċċ għandu jiġi inkorporat bis-sħiħ fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) li jmiss; jappoġġja s-suġġerimenti tal-Kummissjoni għal titjib tas-Semestru Ewropew permezz ta' semplifikar tal-proċeduri eżistenti, inkluża l-iskeda ta' żmien tiegħu, u permezz ta' aktar involviment tal-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li s-sjieda nazzjonali tissaħħaħ, fid-dawl tal-fatt li fl-2013 l-Istati Membri implimentaw kompletament madwar 9 % biss tas-CSRs; jistieden lill-Kummissjoni tressaq malajr data robusti għall-implimentazzjoni tas-CSRs fl-2014; f'dan il-kuntest, jenfasizza l-ħtieġa li l-proċeduri eżistenti tas-Semestru Ewropew, inkluża l-iskeda ta' żmien tiegħu, jiġu ssemplifikati, u li l-involviment tal-parlamenti nazzjonali jikber, bil-għan li tissaħħaħ is-sjieda nazzjonali tar-riformi strutturali;

3.      Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-Rapporti dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku fis-snin preċedenti, li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u għall-identifikazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant isibha ferm deplorevoli li r-rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015;

4.      Jissottolinja l-fatt li s-Semestru Ewropew, introdott fl-2010, qed jistabbilixxi ċiklu annwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika li jinvolvi analiżi dettaljata tal-pjanijiet tal-Istati Membri għal riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali;

5.      Jesprimi tħassib għall-fatt li ħafna Stati Membri għadhom qed jitilfu sehemhom fis-suq fil-livell globali; jemmen li l-ekonomija tal-UE kolha kemm hi jeħtiġilha tagħti spinta akbar lill-kompetittività tagħha fl-ekonomija globali, b'mod partikolari billi tqawwi l-kompetittività fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi ħalli ssaħħaħ l-effiċjenza miksuba permezz tal-innovazzjoni; jinsisti li l-ispejjeż tax-xogħol għandhom jibqgħu allinjati mal-produttività, u li l-pagi għandhom jikkontribwixxu għal sistemi ta' sigurtà soċjali sostenibbli; jenfasizza li l-Istati Membri, huma u jamministraw l-infiq tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), għandhom jożbru l-infiq kurrenti pjuttost milli jnaqqsu l-impenji ta' investiment, anki jekk ir-regoli ma jqisux il-fatt li l-infiq fuq l-investiment u l-infiq kurrenti għandhom impatti differenti fuq it-tkabbir; jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012), peress li tikkjarifika l-proċedura u tispjega r-rabta bejn ir-riformi strutturali, l-investiment u r-responsabbiltà fiskali, filwaqt li jsir l-aħjar użu mill-flessibbiltà li teżisti fi ħdan ir-regoli tiegħu; jilqa' l-proposta mill-Kummissjoni li tissemplifika s-Semestru Ewropew; jirrimarka li approċċi universali fit-tħejjija tas-CSRs għandhom jiġu evitati;

Investiment

6.      Jemmen li n-nuqqas ta' investiment huwa kkawżat minn livell baxx ta' fiduċja, tbassir ta' domanda mrażżna, dejn għoli, nuqqas ta' rieda ta' riskju fis-settur privat, assenza ta' miżuri li jinkoraġġixxu investimenti pubbliċi produttivi, frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji, diżingranaġġ bil-mod, tbassir ta' domanda mrażżna aggravat minn miżuri ta' awsterità intiżi biex jikkoreġu nfiq eċċessiv, nuqqas ta' kapaċità xierqa ta' finanzjament u l-fatt li, f'bosta każijiet, l-Istati Membri u l-UE jonqsu milli jieħdu l-azzjoni korretta biex jindirizzaw dawn il-fatturi; jissottolinja li d-diverġenzi fl-investiment jistgħu jiġu kolmati permezz ta' investimenti pubbliċi mmirati u livelli ogħla ta' investimenti f'kumpaniji privati u f'negozji Ewropej; jitlob riformi li jiffaċilitaw klima intraprenditorjali ġdida li tistimola negozji u investimenti ġodda u innovazzjonijiet, bil-possibbiltà ta' redditi fuq l-investimenti bħala fattur kruċjali li jattira l-kapital finanzjarju lejn l-ekonomija Ewropea; jenfasizza li aktar finanzjament tal-investimenti jesiġi sistema finanzjarja li tiffunzjona tajjeb, fejn it-tisħiħ tal-istabbiltà and l-istituzzjonijiet transfruntiera eżistenti jistgħu jiffaċilitaw il-likwidità u t-tiswir tas-swieq, speċjalment għall-impriżi żgħar u medji;

7.      Jilqa' l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li huwa għodda importanti għat-tkattir tal-investiment privat u pubbliku; jinnota li l-pjan huwa intiż sabiex jixpruna investiment addizzjonali, jiżviluppa proġetti ġodda, jattira l-investituri u jerġa' jdaħħal il-fiduċja; iqis, madankollu, li għadu kmieni wisq biex tkun tista' ssir valutazzjoni sinifikanti tal-impatt reali tal-pjan; jinnota li spinta lill-investiment m'għandhiex titqies bħala alternattiva għar-riformi, iżda pjuttost bħala fattur kumplementari għalihom; jinsisti li r-riżorsi tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandhom jintużaw biex il-flus jintefqu fuq proġetti b'rendiment ekonomiku jew b'effett soċjali pożittiv wara analiżi tal-kosts u l-benefiċċji; jenfasizza li l-FEIS m'għandux sempliċiment jissostitwixxi proġetti Ewropej kofinanzjati għal dawk finanzjati nazzjonalment; jenfasizza li l-fondi Ewropej għandhom iwasslu għal investiment addizzjonali, u mhux sempliċement jissostitwixxu l-fondi ta' investiment nazzjonali maħsuba għall-konsum; jemmen li l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għandu jiffoka l-ewwel nett fuq proġetti li għandhom valur miżjud Ewropew u li għadhom mhux eliġibbli għall-finanzjament bankarju; jenfasizza l-importanza tal-komponenti regolatorji tal-Pjan ta' Investiment f'dak li jirrigwarda t-titjib tal-ambjent għall-investiment; jinnota li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment tal-Kummissjoni hija kruċjali il-Pjan iġib miegħu l-valur miżjud mixtieq; jenfasizza li l-proġetti ta' investiment jeħtieġ li jintgħażlu bir-reqqa sabiex jiġi evitat li l-pjan jonqos milli jwassal għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Ewropa; ifakkar li r-riżultati tal-Pjan ta' Investiment tal-Kummissjoni għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa, speċjalment dwar kif il-proġetti jkunu ġew magħżula u prijoritizzati, kif ukoll biex nevitaw li l-profitt jiġi privatizzat u t-telf soċjalizzat; jisħaq fuq l-interdipendenza bejn l-ingranaġġ tal-Pjan ta' Investiment u l-proġetti reali li jkunu qed jitwettqu; jissottolinja li l-għan li jinkiseb ingranaġġ għoli m'għandux jintlaħaq għad-detriment ta' għażla tajba tal-proġetti, li għandha tqis ukoll il-lok ġeografiku tal-proġetti; jissottolinja l-ħtieġa li niżguraw li l-governanza u l-proċess ta' għażla jkunu ta' kwalità għolja; jinnota li l-Istati Membri fil-programm ta' aġġustament jistennew li l-Pjan ta' Investiment itejjeb u jiffaċilita b'mod sinifikanti l-għotjiet u s-self għan-negozji żgħar u medji, li refgħu l-parti l-kbira tal-piż tal-kriżi fuq spallejhom;

8.      Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw attivament il-Pjan ta' Investiment, u jikkontribwixxu għall-FEIS, billi jissuplimentaw l-ammonti pprovduti permezz tal-baġit tal-UE u mill-BEI, bil-għan li lis-settur privat jiggwidawh u jinkoraġġuh biex jinvesti;

9.      Jenfasizza li għandu jkun hemm reġim speċjali għall-SMEs taħt il-Pjan ta' Investiment sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali, peress li l-SMEs faċilment jitqiegħdu fi żvantaġġ minħabba d-daqs u l-pożizzjoni tagħhom fis-suq;

10.    Jenfasizza li n-nuqqas ta' aċċess għall-fondi, partikolarment għall-SMEs, huwa wieħed mill-akbar ostakli għat-tkabbir fl-UE; huwa mħasseb li l-SMEs kienu u għadhom isibuha diffiċli jiksbu krediti mill-banek; jemmen li hemm bżonn alternattivi għall-finanzjament bankarju, b'mod partikolari billi jittejjeb l-ambjent tan-negozju għall-kapital ta' riskju, fondi peer-to-peer u l-promozzjoni ta' kooperattivi ta' kreditu, iżda wkoll, b'mod aktar wiesa', billi jinħolqu l-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni effiċjenti tal-kapital permezz ta' swieq kapitali; iqis li swieq kapitali aktar integrati u superviżjoni mtejba fuq istituzzjonijiet finanzjarji huma fundamentali biex dawn l-għanijiet jintlaħqu fiż-żmien qasir u medju; jenfasizza li l-SMEs għandu jkollhom aċċess privileġġjat għall-Pjan ta' Investiment;

11.    Jagħraf li l-enerġija hija fattur importanti għall-kompetittività ekonomika; jisħaq fuq il-ħtieġa li neliminaw l-ostakli għas-suq intern tal-enerġija, inter alia bil-promozzjoni tal-indipendenza enerġetika; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-progress f'dan il-qasam kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali, u tappoġġja miżuri li jiġġieldu kontra l-frammentazzjoni u d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni;

12.    Għadu mħasseb dwar in-nuqqas ta' progress fit-tnaqqis tal-livelli eċċessivi tad-dejn privat; jirrimarka li dan in-nuqqas ta' progress mhuwiex biss preokkupazzjoni għall-istabbiltà finanzjarja, iżda jillimita wkoll il-potenzjal ta' tkabbir tal-UE u jrendi l-politika monetarja tal-BĊE anqas effikaċi; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti ulterjuri għat-tħejjija ta' proċeduri effikaċi għad-diżingranaġġ fis-settur privat, li jinkludu proċeduri ta' falliment finanzjarju u insolvenza, filwaqt li trawwem qsim ġust u trasparenti tal-kostijiet, minħabba li l-piż enormi tad-dejn li qed itaqqal il-kumpaniji, l-individwi u l-familji huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jillimita l-investiment privat;

Riformi strutturali

13.    Jinnota li għad hemm bżonn ta' riformi strutturali f'għadd ta' pajjiżi; jinnota wkoll li dawk l-Istati Membri li diġà implimentaw b'suċċess programmi ta' aġġustament jew programmi tas-settur finanzjarju rnexxielhom jirritornaw għas-swieq tal-kapital, fejn issa għandhom aċċess għall-kapital b'rati ta' mgħax baxxi; jirrimarka li r-raġunijiet għal dan ir-ritorn kienu, fost l-oħrajn, l-azzjonijiet li ħa l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE); iħeġġeġ lill-Istati Membri fil-bqija taż-żona tal-euro biex ikunu xejn anqas ambizzjużi huma u jimmodernizzaw l-ekonomiji tagħhom; jinnota li l-impatt soċjali tar-riformi u l-effett tagħhom fuq l-impjiegi għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa; jenfasizza li politika monetarja tal-BĊE aktar rilassata għandha tkun ikkomplementata minn riformi strutturali ambizzjużi u soċjalment sostenibbli min-naħa tal-Istati Membri;

14.    Jistieden lill-Istati Membri biex is-swieq tax-xogħol tagħhom jagħmluhom aktar effiċjenti, jiżviluppaw politiki aktar attivi tas-suq tax-xogħol intiżi biex joħolqu impjiegi mħallsin tajjeb, jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali, inklużi s-sistemi ta' pensjonijiet, filwaqt li jissalvagwardjaw l-inklussività, is-sostenibbiltà u l-ġustizzja, u jtejbu u jissemplifikaw l-ambjent legali u amministrattiv għal investimenti tan-negozju; jenfasizza li r-riformi strutturali jeħtiġilhom iwasslu għal tkabbir reali u sostenibbli, aktar impjiegi, kompetittività msaħħa u aktar konverġenza, u li għandhom jiġu kkomplementati b'investimenti mmirati sewwa u aktar fit-tul fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-infrastruttura, fl-ICT, fl-enerġija sostenibbli u fir-riżorsi umani;

15.    Jistieden lill-Istati Membri jissalvagwardjaw u jsaħħu l-inklussività, is-sostenibbiltà u l-korrettezza tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għall-persuni l-aktar fil-bżonn, u jtejbu u jissemplifikaw l-ambjent legali u amministrattiv għall-investiment tan-negozju; jenfasizza li l-impjiegi jridu jkunu ta' kwalità, sabiex jikkumbattu l-faqar fost dawk li jaħdmu, u għandhom jindirizzaw id-diverġenza bejn il-pagi tal-irġiel u dawk tan-nisa; jissottolinja li r-riformi ekonomiċi iridu jkunu kkomplementati minn investimenti mmirati sewwa u aktar fit-tul fl-edukazzjoni, fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-innovazzjoni, fl-infrastruttura, fl-ICT u fl-enerġija sostenibbli;

16.    Jenfasizza li t-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq sorsi esterni tal-enerġija irid jifforma parti mill-istrateġija tagħha għat-tkabbir; itenni, għaldaqstant, il-bżonn li l-provvisti tal-enerġija esterni jiġu diversifikati, li l-infrastruttura tal-enerġija tal-UE tiġi aġġornata u li s-suq intern tal-enerġija tal-UE jiġi komplut, bħala prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija tal-UE għas-sigurtà tal-enerġija;

17.    Jenfasizza li l-UE ma tistax tikkompeti biss fil-kostijiet, iżda jeħtiġilha tkabbar il-produttività permezz ta' investiment sostenibbli fir-riċerka u fl-iżvilupp, fl-edukazzjoni u fil-ħiliet, u fl-effiċjenza tar-riżorsi, fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew; jitlob li l-Kummissjoni u l-gvernijiet jagħtu prijorità lil dawn l-oqsma fil-baġits tagħhom; jissottolinja li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-qgħad fost iż-żgħażagħ huma u jsawru r-riformi, bil-għan li ż-żgħażagħ ma jisfawx imċaħħda mill-opportunitajiet tagħhom mill-bidu nett; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, biex jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli, inklużi dawk taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ, b'mod aktar rapidu u effiċjenti;

18.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkorporaw l-assistenza finanzjarja u s-sistema ad hoc tat-Trojka fi struttura legali mtejba li tkun konformi mal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE u mad-dritt tal-UE, biex b'hekk jiggarantixxu r-responsabbiltà demokratika; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat is-segwitu tar-rapporti tat-Trojka adottati f'Marzu 2014 mill-Parlament; jitlob li l-Kummissjoni timplimenta l-konklużjonijiet ta' dawn ir-rapporti; jirrimarka li l-għajnuna finanzjarja tal-UE lil ċerti Stati Membri, li tiġi pprovduta b'termini li jikkombinaw is-solidarjetà mal-kondizzjonalità, tirnexxi l-aktar meta jkun hemm sjieda qawwija u impenn li ssir riforma; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jeħtiġilhom jagħmlu valutazzjoni tal-impatt komprensiva tal-impatt rigward programmi ta' assistenza finanzjarja;

19.    Jitlob li l-Kummissjoni tieħu azzjoni urġenti biex tikkumbatti l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa; jitlob sistema tat-taxxi li tkun sempliċi u trasparenti; jistieden lill-Istati Membri jilħqu qbil rigward il-proposta dwar bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva bħala strument importanti f'dik il-ġlieda, u jemmen li r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-19 ta' April 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)(9) għandha sservi bħala bażi għal kompromess raġonevoli; itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jittrasferixxu l-bażi tat-taxxa mix-xogħol lejn bażijiet oħra; jinnota li l-miżuri kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa m'għandhomx jimminaw il-prerogattivi tal-Istati Membri. jilqa', madankollu, kooperazzjoni effikaċi dwar arranġamenti tat-taxxa fil-livell Ewropew;

20.    Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' riformi fis-sistemi edukattivi sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jippreparaw għall-bżonnijiet, li qed jikbru, tas-swieq tax-xogħol tal-ġejjieni;

21.    Jemmen li l-Istati Membri u l-Kummissjoni għadhom ma wettqux l-impenn tagħhom li jikkompletaw is-suq uniku, speċjalment is-suq uniku għas-servizzi u l-ekonomija diġitali;

22.    Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni ttejjeb il-governanza tas-suq uniku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tallinja l-miri tas-Suq Uniku ma' dawk tas-Semestru Ewropew u tiżgura l-konsistenza bejn il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tat-tnejn li huma; jemmen li għodda analitika separata, magħmula minn indikaturi li jkejlu l-implimentazzjoni tas-suq uniku, tista' sservi ta' gwida utli fir-rigward ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi u tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-Rapporti dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku fis-snin preċedenti, li jikkontribwixxu għall-prijoritajiet ġenerali stipulati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u l-identifikazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; għaldaqstant isibha ferm deplorevoli li r-rapport dwar l-Integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-miżuri eżistenti kollha stabbiliti bid-dritt tal-UE biex tinfurza l-implimentazzjoni tas-Semestru Ewropew;

23.    Huwa mħasseb dwar it-tendenzi protezzjonisti f'ċerti Stati Membri; jinnota li t-Trattat ma jipprevedix restrizzjoni tal-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi jew il-kapital, u jfakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissalvagwardja u tinforza dawn il-libertajiet;

24.    Jissottolinja l-fatt li n-nuqqas ta' suq intern tax-xogħol li jiffunzjona sewwa u ta' approċċ bilanċjat għall-immigrazzjoni qed ixekkel it-tkabbir fl-UE; huwa mħasseb dwar it-tendenzi protezzjonisti f'ċerti Stati Membri; jinnota li t-Trattat ma jipprevedix restrizzjoni tal-moviment liberu tal-persuni, is-servizzi jew il-kapital, u jfakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha tissalvagwardja u tinforza dawn il-libertajiet;

25.    Itenni l-importanza li niżguraw il-mobbiltà tax-xogħol (kemm dik transfruntiera u kemm dik transettorjali), titjib tal-produttività tax-xogħol (marbut ma' taħriġ tal-ħiliet għal impjegabbiltà aħjar), kwalità tal-impjiegi u flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, filwaqt li nippreservaw l-ambitu meħtieġ tas-sigurtà tax-xogħol, nillimitaw l-użu ta' xogħol prekarju u niżguraw spazju xieraq għan-negozjar kollettiv; jenfasizza li t-tlaqqigħ aħjar tal-provvista u d-domanda tal-ħiliet, kif ukoll il-gwida fl-impjiegi u l-karriera, se jkunu ta' importanza kbira fil-ġejjieni; jemmen li aktar mobbiltà tista' tgħin biex jonqsu l-livelli għolja ta' postijiet tax-xogħol battala li jippersistu flimkien mal-qgħad għoli; jenfasizza l-importanza li tiġi investigata l-impjegabbiltà tal-ħaddiema nisa u taż-żgħażagħ, speċjalment fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti u s-setturi ġodda, ladarba huma dawn is-setturi li għandhom potenzjal għall-ħolqien tal-impjiegi;

26.    Jilqa' miżuri li l-proċess tas-Semestru Ewropew jagħmluh aktar effikaċi u demokratiku; jirrikonoxxi li r-rekord ta' implimentazzjoni huwa aħjar fil-qasam tal-finanzi pubbliċi, fejn l-għodod ta' sorveljanza huma aktar robusti; jitlob l-integrazzjoni bilanċjata ta' indikaturi dwar l-impjiegi u indikaturi soċjoekonomiċi;

Responsabbiltà fiskali

27.    Jilqa' t-tnaqqis kbir fl-għadd ta' pajjiżi taħt il-proċedura ta' defiċit eċċessiv – li niżel għal 11 fl-2014 minn 24 fl-2011; jinnota li, minħabba dan it-titjib fiskali, il-pożizzjoni fiskali fl-UE issa mistennija tibqa' ġeneralment newtrali fl-2015; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pożizzjoni fiskali tal-UE hijiex kompatibbli mal-ħtieġa ta' tkattir tal-investiment; jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar l-inugwaljanzi dejjem jikbru, it-tnaqqis fil-kapaċità tal-akkwist, il-livell għoli ta' qgħad fit-tul u tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, u d-dejn pubbliku u privat, li għadu għoli ħafna, f'għadd ta' Stati Membri fiż-żona tal-euro, ċirkustanza li mhux biss tfixkel it-tkabbir iżda wkoll tikkostitwixxi riskju sostanzjali f'każ ta' xokkijiet futuri possibbli; jitlob li l-Kummissjoni tadotta interpretazzjoni prudenti u konservattiva tal-indikaturi tat-tkabbir u teżamina mill-ġdid il-kwalità tal-previżjonijiet ekonomiċi, peress li spiss wisq ġara li previżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni ġew riveduti 'l isfel;

28.    Jaqbel mal-Kummissjoni li l-parti l-kbira tal-Istati Membri jeħtiġilhom ikomplu jippruvaw jiksbu konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir; lil dawk l-Istati Membri li għandhom spazju fiskali suffiċjenti, jistedinhom jikkunsidraw li jnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bil-ħsieb li jistimolaw l-investiment privat; jitlob lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjonijiet konkreti lill-Istati Membri, inklużi dawk li għadhom taħt programmi ta' aġġustament ekonomiku, sabiex isostnu t-tkabbir ekonomiku b'riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati li jwasslu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, kompetittività msaħħa u aktar konverġenza;

29.    Jinnota l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji tal-Istati Membri; jenfasizza li l-eżami tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji għandu jkollu l-għan ta' finanzi sostenibbli; jinsisti fuq l-importanza tal-applikazzjoni għaqlija ta' regoli fiskali u fuq ir-rispett tal-prinċipju ta' trattament ugwali;

30.    Jinnota li rriżulta li biss ħames Stati Membri kienu kompletament konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST); jinsisti li l-PST ġie żviluppat b'kunsens bejn l-Istati Membri; jissottolinja li proporzjon kbira ta' nfiq għall-ħlas tal-imgħax fuq id-dejn pubbliku tnaqqas riżorsi li jistgħu jintefqu fuq servizzi pubbliċi u investimenti; jaċċetta, għaldaqstant, li tnaqqis tad-defiċit għadu meħtieġ fil-pajjiżi li għandhom ħafna dejn, iżda jqis li tali konsolidazzjoni fiskali għandha ssir b'mod li jipproteġi lill-utenti vulnerabbli tas-servizzi pubbliċi, jipproteġi l-investiment pubbliku u jżid l-introjtu b'mod ekwu, permezz tat-tkabbir ekonomiku;

Koordinazzjoni msaħħa tal-politiki nazzjonali

31.    Jilqa' r-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija; jilqa' t-tnaqqis gradwali fl-iżbilanċi interni fl-ekonomija tal-UE; jiġbed l-attenzjoni għall-iżbilanċi esterni ta' diversi Stati Membri, inklużi l-bilanċi kummerċjali favorevoli ħafna; jinnota telf ta' sehem fis-suq globali għall-UE kollha kemm hi;

32.    Jirrimarka li l-għan tal-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku mhuwiex biss li tevita effetti negattivi kbar fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi ġewwa pajjiż, iżda wkoll li ma tħallix li politiki nazzjonali li jkunu tfasslu ħażin jaffettwaw Stati Membri oħra fiż-żona tal-euro; jinnota li l-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2014 ħabbar, permezz tar-Rapport tal-Erba' Presidenti, li d-dibattitu dwar koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki ekonomiċi fl-UEM se jsir aktar kmieni fl-2015;

33.    Itenni l-fehma tiegħu li l-qafas ta' governanza ekonomika attwali m'għandux responsabbiltà demokratika suffiċjenti fl-applikazzjoni tar-regoli tiegħu u tal-istituzzjonijiet u l-korpi involuti; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-proposti meħtieġa sabiex tindirizza n-nuqqas ta' responsabbiltà demokratika xierqa fil-governanza ekonomika tal-UE;

34.    Jinnota li għandhom jiġu kkunsidrati l-effetti tat-tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet taż-żejt, u jekk dan il-benefiċċju mhux ippjanat għandux jingħadda kompletament lill-konsumaturi ta' fjuwils fossili jew inkella għandux jinqasam, bil-gvernijiet iżidu t-taxxi fuq il-fjuwils fossili sabiex inaqqsu d-defiċits tagħhom, jiffinanzjaw l-investimenti, jevitaw li jimminaw il-politiki dwar it-tibdil fil-klima u jnaqqsu l-effetti deflazzjonarji;

Il-baġit tal-UE

35.    Jenfasizza li l-prinċipju tal-akkuratezza tal-kontijiet pubbliċi għandu jirregola t-tfassil tal-baġits nazzjonali u tal-baġit tal-Unjoni bil-għan li jiġu garantiti konverġenza u stabbiltà fl-UE; jinsab konvint li din l-akkuratezza hija waħda mill-elementi ta' reazzjoni għall-kriżi ta' fiduċja li teżisti bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, telf ta' fiduċja li kiber minn mindu faqqgħet il-kriżi finanzjarja reċenti;

36.    Jitlob għalhekk li s-suppożizzjonijiet ekonomiċi użati fit-tfassil tal-baġits nazzjonali jiġu armonizzati; iqis, b'mod partikolari, li għandha ssir valutazzjoni komuni ta' fatturi fis-sitwazzoni ekonomika internazzjonali;

37.    Jitlob aktar uniformità fil-preżentazzjoni tal-kontijiet pubbliċi biex tiffaċilita l-komparabbiltà u tipprevjeni żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi; jitlob, b'mod partikolari, standardizzar tal-mod li bih l-Istati Membri jirreġistraw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni fil-kontabilità tagħhom;

38.    Jistieden lill-Kummissjoni tpatti għal kwalunkwe defiċit demokratiku tas-semestru permezz tal-pakkett ta' miżuri mħabbar għall-2015 dwar l-approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja;

39.    Iqisha ħaġa kruċjali li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jikkollaboraw aktar mill-qrib, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, rigward il-governanza ekonomika u baġitarja; jimpenja ruħu li japprofondixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-parlamenti nazzjonali fi spirtu ta' sħubija kostruttiva;

40.    Jiddeplora l-fatt li l-ammont ta' kontijiet mhux imħallsa fil-baġit tal-UE jimmina l-kredibbiltà tal-UE u jmur kontra l-objettivi ffissati fl-ogħla livell politiku għat-tkabbir u għall-impjiegi – partikolarment l-impjiegi taż-żgħażagħ – u għas-sostenn tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u jibża' li dan se jwessa' d-distakk bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha;

41.    Jappella li r-rieżami postelettorali tal-QFP janalizza, u b'hekk itejjeb, il-valur miżjud tal-finanzjamenti tal-UE għall-objettivi ta' ta' kompetittività, tkabbir, impjiegi u tranżizzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta metodoloġija aktar ċara għat-traċċar tal-fondi u tal-infiq tal-UE relatati mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 biex tippermetti titjib fil-valutazzjonijiet tal-impatt;

42.    Jitlob, barra minn hekk, li l-l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt potenzjalment negattiv li l-kwistjoni tal-ittardjar tal-pagamenti jaf ikollha fuq l-impenji li l-Istati Membri ħadu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew;

43.    Jikkonstata li f'ħafna Stati Membri l-amministrazzjoni pubblika sal-lum għadha ma saritx aktar effiċjenti, anki jekk il-miljoramenti f'dan il-qasam ikunu jservu biex jinkiseb iffrankar bis-saħħa ta' razzjonalizzazzjoni tal-istrutturi u t-tqaċċit tal-burokrazija żejda għall-impriżi u għaċ-ċittadini;

44.    Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għas-sena 2015 tagħha, issottolinjat ir-rilevanza ekonomika tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (inkluża l-inizjattiva favur l-impjiegi taż-żgħażagħ); ifakkar li dawn il-fondi jirrappreżentaw l-10 % tat-total tal-investimenti pubbliċi bħala medja fl-UE, iżda li s-sitwazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor, u f'xi Stati Membri jistgħu jammontaw għal saħansitra 80 % tal-investimenti pubbliċi; jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jikkostitwixxu eżempju tajjeb tas-sinerġija bejn l-baġit Ewropew u l-baġits nazzjonali abbażi ta' objettivi maqbula b'mod konġunt minquxa fi ftehimiet ta' sħubija dwar it-tkabbir u l-investimenti bi qbil mal-istrateġija Ewropa 2020; isostni kull sforz fid-direzzjoni tal-akkomunament intelliġenti ta' mezzi baġitarji Ewropej u nazzjonali bil-għan li jinkisbu gwadanji f'termini ta' effiċjenza, stimolazzjoni ekonomika u defiċits nazzjonali aktar baxxi permezz ta' effett pożittiv ta' riżorsi kondiviżi;

45.    Jenfasizza l-bżonn urġenti li l-evażjoni tat-taxxa, li potenzjalment qiegħda ċċaħħad lill-baġit tal-UE minn riżorsi sostanzjali, tiġi indirizzata b'mod effikaċi;

46.    Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta analiżi tal-impatt possibbli ta' ridistribuzzjoni ta' fondi mill-programmi tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont 2020;

47.    Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu fondi mal-pjan ta' investiment li jfittex li jimmassimizza l-impatt tal-infiq pubbliku u jattira l-investiment privat;

48.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

(1)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(2)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(4)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(5)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(7)

Testi adottati, P7_TA(2014)0129.

(8)

Testi adottati, P7_TA(2013)0036.

(9)

ĠU C 287E, 7.9.2013, p. 134.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (29.1.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015

(2014/2221(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Giorgos Grammatikakis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jisħaq fuq il-fatt li l-mixja lejn ekonomija verament sostenibbli tgħin biex tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri ambjentali tal-Unjoni, u lejn il-kompetittività u l-ħolqien tax-xogħol; jiddispjaċih li n-nuqqas ta' strateġija Ewropea għal żvilupp sostenibbli matul il-kriżi ekonomika jista' jirriżulta li jillimita aktar it-tkabbir;

2.  Jenfasizza l-fatt li s-Semestru Ewropew, introdott fl-2010, qed jistabbilixxi ċiklu annwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika li tinvolvi analiżi dettaljata tal-pjanijiet tar-riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali tal-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, fost oħrajn, fil-qasam tat-tibdil fil-klima u l-enerġija, l-esklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora strateġija Ewropea għal żvilupp sostenibbli, b'attenzjoni partikolari fuq l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkulari, fil-proċedura tas-Semestru Ewropew;

4.  Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' ċarezza dwar kif il-Pjan propost ta' Investiment għall-Ewropa ser jipprijoritizza l-oqsma li jrawmu l-iżvilupp sostenibbli, bħall-edukazzjoni u l-infrastruttura li tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li mingħajr investiment iktar b'saħħtu, l-Unjoni ma tkunx tista' tikseb il-miri tagħha ta' Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli u l-miri tagħha dwar il-klima u l-enerġija tal-2030; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni torjenta l-pakkett ta' investiment ġdid lejn investimenti li jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli u effiċjenza tar-riżorsi permezz tal-promozzjoni tal-aħħar teknoloġiji sabiex jiġi massimizzat l-impatt fil-qosor tiegħu fuq l-attività ekonomika u l-ħolqien tax-xogħol, kif ukoll l-impatt fit-tul tiegħu fuq is-sostenibbiltà tat-tkabbir fl-Ewropa;

6.  Jinnota li, skont il-Pjan direzzjonali għall-enerġija 2050 tal-Kummissjoni, id-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija tagħna se tiswa EUR 260 biljun fis-sena filwaqt li tiġġenera ffrankar ta' aktar minn EUR 310 biljun;

7.  Jagħraf li l-enerġija hija fattur importanti għall-kompetittività ekonomika; jenfasizza l-bżonn li jiġu eliminati l-ostakli għas-suq intern tal-enerġija, inter alia, bil-promozzjoni tal-indipendenza enerġetika; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-progress f'dan il-qasam fuq livell kemm tal-UE kif ukoll nazzjonali u tappoġġja l-miżuri li jiġġieldu kontra l-frammentazzjoni u d-diffikultajiet fl-implimentazzjoni;

8.  Jenfasizza li l-investimenti fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, id-distribuzzjoni tal-enerġija u r-rinnovazzjoni estensiva tal-bini jippreżentaw domanda kbira għal ħaddiema u għalhekk se jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-indirizzar tal-qgħad, filwaqt li t-tkabbir Ewropew jiġi protett minn varjazzjonijiet futuri fl-importazzjonijiet tal-enerġija u l-prezzijiet;

9.  Ifakkar il-miri tal-istrateġija UE 2020 għall-enerġija rinnovabbli u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra; jenfasizza l-bżonn li jiġu promossi infrastruttura interkonnessa u integrazzjoni iktar mill-qrib mas-settur tat-trasport bħala mezz kosteffiċjenti biex jintużaw teknoloġiji sostennibbli għall-ġenerazzjoni tal-elettriku;

10. Jenfasizza li t-tnaqqis tad-dipendenza tal-UE fuq is-sorsi tal-enerġija esterni għandu jifforma parti mill-istrateġija tagħha għat-tkabbir; itenni għalhekk il-bżonn li jiġu diversifikati l-provvisti tal-enerġija esterni, li tiġi aġġornata l-infrastruttura tal-enerġija tal-UE u li jiġi komplut is-suq intern tal-enerġija tal-UE bħala prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija tal-UE għas-sigurtà tal-enerġija;

11. Jisħaq fuq il-fatt li politiki nazzjonali li huma kkoordinati taħt il-proċedura tas-Semestru Ewropew iridu jkunu konsistenti mal-istrateġija Ewropea għal żvilupp sostenibbli; itenni, għalhekk, il-ħtieġa li jiġu eliminati gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili u li jiġu ntaxxati aktar l-attivitajiet li jniġġsu pjuttost milli x-xogħol;

12. Jenfasizza l-importanza li tinkiseb implimentazzjoni sħiħa għall-qafas attwali dwar l-iskart u l-bżonn li jintlaħaq qbil fil-livell tal-UE dwar politika ambizzjuża dwar l-iskart sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekoloġiku u jinħolqu postijiet tax-xogħol; jenfasizza l-importanza kruċjali u trażversali tal-pakkett għall-ekonomija ċirkolari li jkopri bosta oqsma tal-politika u li se jkunu forza importanti għat-tranżizzjoni lejn tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni toqgħod lura milli tirtira l-proposta għal rieżami tal-politika tal-UE dwar l-iskart;

13. Jenfasizza l-bżonn ta' riformi fis-sistemi edukattivi sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jippreparaw għall-bżonnijiet tas-swieq tax-xogħol li qed jikbru, bħal teknoloġiji ekoloġiċi u l-kura tas-saħħa;

14. Jenfasizza li sabiex l-Istati Membri jagħtu spinta lill-impjiegi billi jisfruttaw il-potenzjal tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika, jeħtieġ li tittieħed azzjoni fuq tliet aspetti, jiġifieri li tingħata spinta lid-domada għall-ħaddiema fl-industriji ekoloġiċi permezz ta' livelli adegwati ta' investiment, li jiġu antiċipati u ġestiti l-ħtiġiet tal-ħiliet kemm dawk fis-setturi ekoloġiċi kif ukoll f'dawk ta' tranżizzjoni ekoloġika, u li tiġi żgurata l-kwalità tal-impjiegi għall-impjiegi b'ħiliet għolja, medji u baxxi; jenfasizza li mill-perspettiva tal-politika tas-suq tax-xogħol, aktar attenzjoni għandha tiġi ddedikata għat-tfassil ta' programmi ta' taħriġ adegwati sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' ħiliet speċifiċi, u għall-kunsiderazzjoni tar-relazzjoni dinamika bejn id-disponibilità tal-ħiliet u l-kompożizzjoni tal-età tal-forza tax-xogħol fl-industriji ekoloġiċi u tradizzjonali;

15. Jissottolinja l-fatt li s-Semestru Ewropew għandu jkun għodda għal ħarsien tal-kwalità għolja u tal-effiċjenza għolja fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tinkorpora s-sostenibbiltà tal-protezzjoni soċjali u tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fil-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew, filwaqt li ttejjeb l-effikaċja, l-ekwitabbiltà, l-aċċessibilità u l-adegwatezza tagħhom biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti soċjali, u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi u tal-faqar;

16. Jenfasizza l-importanza tas-sostenibilità tas-settur tal-kura tas-saħħa, li għandu rwol importanti fl-ekonomija inġenerali peress li dan jirrappreżenta 8 % tat-total tal-ħaddiema Ewropej u 10 % tal-prodott gross domestiku tal-UE; jirrikonoxxi li s-saħħa hija valur fiha nnifisha u prerekwiżit għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku, u li l-investiment kemm fis-saħħa kif ukoll fl-aċċess adegwat għas-servizzi tal-kura tas-saħħa jikkontribwixxi għal forza tax-xogħol b'saħħitha u opportunitajiet ta' xogħol fl-Istati Membri, prosperità ekonomika u koeżjoni soċjali aħjar, u jista' jikkoreġi l-esternalitajiet negattivi tas-saħħa tal-popolazzjonijiet;

17. Jissottolinja l-fatt li s-Semestru Ewropew għandu jkun għodda sabiex jinkisbu impenji mill-Istati Membri li jsaħħu s-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom sabiex tiġi żgurata kura tas-saħħa ta' livell għoli, aċċessibbli u ekwa għaċ-ċittadini kollha;

18. Jistieden kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-Kummissjoni, f'dan il-perjodu ta' kriżi ekonomika, sabiex jevitaw il-miżuri li jkollhom l-iktar impatt ta' dannu, bħall-iffrankar għal żmien qasir, li jwassal għal spejjeż għoljin fuq żmien medju u fit-tul, u minflok jikkonċentraw fuq aktar żvilupp ta' sistemi ta' kura tas-saħħa ta' kwalità għolja u b'effiċjenza għolja;

19. Jilqa' miżuri li jagħmlu l-proċess tas-Semestru Ewropew iktar effettiv u demokratiku; jirrikonoxxi li r-rekord ta' implimentazzjoni huwa aħjar fil-qasam tal-finanzi pubbliċi fejn l-għodod ta' sorveljanza huma iktar b'saħħithom; jitlob integrazzjoni bilanċjata mal-impjieg u l-indikaturi soċjoekonomiċi li jippermettu reazzjoni iktar effettiva għad-diverġenzi bejn ċerti Stati Membri rigward l-impjieg u s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi kif jidher fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjieg li jakkumpanja l-Istħarriġ dwar it-Tkabbir Annwali 2015;

20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, tqis aħjar il-miri tal-istrateġija Ewropa 2020 dwar l-impjieg, ir-R&Ż, it-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà tal-enerġija, l-edukazzjoni u l-faqar u l-esklużjoni soċjali, billi tivvaluta l-progress lejn soċjetà iktar sostenibbli u tipproponi miżuri li jilħqu dawn il-miri b'mod iktar effettiv u mingħajr dewmien.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Teresa Rodriguez-Rubio, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mark Demesmaeker, Herbert Dorfmann, Giorgos Grammatikakis, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Nuno Melo, Marijana Petir, Julia Reid, Bart Staes, Kay Swinburne

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Damian Drăghici


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.2.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015

(2014/2221(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Jean Arthuis

(*)       Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-prinċipju tal-onestà tal-kontijiet pubbliċi għandu jirregola t-tfassil tal-baġits nazzjonali u tal-baġit tal-Unjoni bil-għan li jiġu garantiti konverġenza u stabbiltà fl-UE; jinsab konvint li din l-onestà hija waħda mill-elementi ta' reazzjoni għall-kriżi ta' fiduċja bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn dawn l-Istati Membri stess u ċ-ċittadini Ewropej, telf ta' fiduċja li żdiedet minn mindu faqqgħet il-kriżi finanzjarja reċenti;

2.  Jitlob għalhekk l-armonizzazzjoni ta' suppożizzjonijiet ekonomiċi użati fit-tfassil tal-baġits nazzjonali; iqis, b'mod partikolari, li l-elementi tal-konġuttura internazzjonali għandhom ikunu sottoposti għal valutazzjoni komuni;

3.  Jitlob armonizzazzjoni akbar fil-preżentazzjoni tal-kontijiet pubbliċi biex tkun faċilitata l-kumparabbiltà u jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi; jappella b'mod partikolari għal normalizzazzjoni tal-kontabilità mill-Istati Membri tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-Unjoni;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tpatti għal kwalunkwe defiċit demokratiku tas-semestru fil-qafas tal-pakkett ta' miżuri mħabbar għall-2015 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; ifakkar fl-esiġenza tiegħu li kwalunkwe finanzjament jew strument addizzjonali, bħall-mekkaniżmu ta' solidarjetà, għandu jkun parti integrali mill-qasam tal-kontroll baġitarju tal-Parlament u għandu jkun finanzjat lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP 2014-2020;

5.  Iqis kruċjali li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jikkollaboraw aktar mill-qrib fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-governanza ekonomika u baġitarja; jimpenja ruħu sabiex japprofondixxi r-relazzjonijiet tiegħu mal-parlamenti nazzjonali fi spirtu kostruttiv ta' sħubija biex b'hekk jissaħħaħ l-iskrutinju parlamentari tal-Kummissjoni u tal-Kunsill min-naħa l-waħda u tal-gvernijiet nazzjonali u tal-amministrazzjonijiet pubbliċi min-naħa l-oħra; jawspika li l-edizzjoni tal-2015 għall-Ġimgħa Parlamentari Ewropea u l-konferenza msemmija fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza jikkontribwixxu għal dan l-għan;

6.  Ifakkar li l-prinċipju tal-onestà baġitarja japplika wkoll għall-baġit tal-Unjoni u jesiġi li jkun hemm biżżejjed riżorsi u impenji approvati; jiddispaċih li minkejja t-twissijiet tal-Parlament, dan il-prinċipju huwa mhedded mil-livell attwali tal-pagamenti pendenti u d-distakk li qed jikber bejn il-pagamenti u l-impenji, fatt li jwassal għal kwantità bla preċedenti ta' kontijiet mhux imħallsa li jammontaw għal EUR 24,7 biljun fi tmiem l-2014; ifakkar li l-limitu massimu kumplessiv tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kif previst fil-QFP attwali huwa storikament baxx; jiddeplora l-fatt li dan id-dejn insidjuż jimmina l-kredibbiltà tal-UE u jmur kontra l-objettivi fissati fl-ogħla livell politiku għat-tkabbir u għall-impjiegi – partikolarment l-impjieg taż-żgħażagħ – u għas-sostenn tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju, u jibża' li dan se jwessa' d-distakk bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha;

7.  Itenni l-appell tiegħu għal reviżjoni intermedja postelettorali tal-QFP biex tħejji t-triq, abbażi tal-premessa 3 tar-Regolament dwar il-QFP 2014-2020 u skont id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa miegħu, għall-aktar tul ta' żmien idoneu tal-QFP ta' wara l-2020 bil-għan li jinstab il-bilanċ korrett bejn it-tul ta' żmien tat-termini rispettivi kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni, b'hekk tiġi żgurata l-leġittimità demokratika għad-deċiżjonijiet dwar il-perspettiva finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li jittieħdu provvedimenti biex jiġu sodisfatt il-bżonn ta' stabbiltà fiċ-ċikli ta' programmazzjoni u fil-prevedibbiltà tal-investimenti;

8.  Jappella li r-reviżjoni intermedja tal-QFP tanalizza u b'hekk iżżid il-valur miżjud tal-finanzjamenti tal-UE għall-objettivi ta' ta' kompetittività, tkabbir, impjiegi u tranżizzjoni tal-enerġija stabbiliti mill-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tadotta metodoloġija aktar ċara għat-traċċar tal-fondi u tal-infiq tal-UE relatati mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 biex tippermetti titjib fil-valutazzjonijiet tal-impatt;

9.  Jilqa' pożittivament l-impenn tal-Kummissjoni intiż li jissemplifika s-Semestru Ewropew permezz ta' valutazzjoni ekonomika unika u komprensiva għal kull Stat Membru kif ukoll ir-rapportar semplifikat; jitlob li l-valutazzjoni tenfasizza l-bżonn li jintużaw il-fondi mill-baġit tal-UE ħalli jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u jisħaq fuq il-bżonn ta' tisħiħ tas-sjieda tal-Istati Membri tas-Semestru Ewropew;

10. Jikkonstata li l-Kunsill jissottovaluta sistematikament l-esiġenzi reali ta' pagament, b'hekk tinħoloq l-ewwel fażi fil-proċess tal-kriżi tal-pagamenti; jistieden, għal darb'oħra, lill-Kunsill jaqbel mal-Parlament u mal-Kummissjoni dwar metodu komuni ta' kalkolu tal-livell ta' pagamenti neċessarju biex ikopri l-esiġenzi reali, bil-għan li jiġu rispettati l-impenji li assumew iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tirrapporta dwar l-impatt potenzjalment negattiv li l-kwistjoni tal-ittardjar tal-pagamenti jaf ikollha fuq l-impenji li ħadu l-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li d-diżimpenn ma jirrappreżentax soluzzjoni għall-kriżi tal-pagamenti;

11. Jikkonstata li f'ħafna Stati Membri l-amministrazzjoni pubblika sal-lum għadha ma saritx aktar effiċjenti, anki jekk il-miljoramenti f'dan il-qasam ikunu jservu biex jinkiseb iffrankar bis-saħħa tar-razzjonalizzazzjoni tal-organizzazzjoni u t-tqaċċit tal-burokrazija żejda għall-impriżi u għaċ-ċittadini;

12. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jfasslu, flimkien mal-Parlament, abbozz ta' reviżjoni tal-proċedura baġitarja attwali u jadattaw f'dan is-sens ir-rwol taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja u r-rwol eżekuttiv tal-Kummissjoni;

13. Jikkonstata li l-QFP huwa mfassal b'sistema ta' moltepliċità ta' limiti massimi biex jagħtuh stabbiltà u prevedibbiltà matul il-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu; jiddispjaċih għal darb'oħra li l-Istati Membri qed jibqgħu jqisu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-baġit tal-Unjoni bħala xi ħaġa li tista' tintuża bħala parametru varjabbli ta' aġġustament għall-isforzi tagħhom ta' konsolidament li, minnu nnifsu, iwassal għal tnaqqis artifiċjali fil-volum ta' pagamenti disponibbli fil-baġit tal-UE; jipproponi għaldaqstant li, waqt l-eżami tal-baġits nazzjonali, jittieħdu provvedimenti speċjali biex juru s-sehem ta' fatturi mhux imħallsa ta' kull pajjiż sabiex tinġibed l-attenzjoni għall-istat veru tal-obbligazzjonijiet attribwibbli għal kull Stat Membru; jissottolinja l-fatt li dan ikun konformi mal-flessibbiltà sostnuta fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu "L-Aħjar Użu tal-Flessibbiltà fir-Regoli Eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir (COM(2015)0012), li toffri trattament favorevoli għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-Fond għal Investimenti Strateġiċi; jirrimarka li l-kredibbiltà ta' dan il-fond tissejjes fuq is-sodezza tal-baġit tal-UE, u b'konsegwenza ta' dan fuq tnaqqis fl-għadd ta' fatturi mhux imħallsa;

14. Japprezza l-fatt li l-Kummissjoni, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għas-sena 2015 tagħha, issottolinjat ir-rilevanza ekonomika tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (inkluża l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ); ifakkar li dawn il-fondi jirrappreżentaw l-10 % tat-total tal-investimenti pubbliċi bħala medja fl-UE iżda s-sitwazzjoni tvarja minn pajjiż għall-ieħor u f'xi Stati Membri jistgħu jammontaw għal saħansitra 80 % tal-investimenti pubbliċi; jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jikkostitwixxu eżempju tajjeb tas-sinerġija bejn l-baġit Ewropew u l-baġits nazzjonali abbażi ta' objettivi maqbula b'mod konġunt minquxa fi ftehimiet ta' sħubija dwar it-tkabbir u l-investimenti konformement mal-istrateġija Ewropa 2020; isostni kull sforz fid-direzzjoni tal-akkomunament intelliġenti ta' mezzi baġitarji Ewropej u nazzjonali bil-għan li jinkisbu gwadanji f'termini ta' effiċjenza, stimolazzjoni ekonomika u defiċits nazzjonali aktar baxxi permezz ta' effett pożittiv tar-riżorsi kondiviżi;

15. Jenfasizza l-bżonn urġenti li tiġi mvinċija b'mod effikaċi l-evażjoni tat-taxxa li, x'aktarx, qiegħda ċċaħħad lill-baġit tal-UE minn riżorsi sostanzjali;

16. Jilqa' b'sodisfazzjon il-pjan ta' investiment ta' EUR 315-il biljun ippreżentat mill-President Juncker bħala l-ewwel pass, minn naħa, biex jikkumpensa għad-defiċit fl-investiment pubbliku u privat li rriżulta minħabba t-tnaqqis tan-nefqa pubblika fil-kuntest tal-kriżijiet ekonomiċi, u min-naħa l-oħra, biex jistimola t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta analiżi tal-impatt possibbli ta' ridistribuzzjoni ta' fondi mill-programmi tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Orizzont 2020;

17. jikkonferma r-rieda tiegħu li jeżamina bl-akbar attenzjoni kif l-impenji finanzjarji mill-UE lill-BEI għall-istabbiliment tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) jiddaħħlu fil-baġit u b'mod partikolari fil-baġit tal-2015; jiġbed, f'dan ir-rigward, l-attenzjoni għall-fatt li l-FEIS imissu jiffinanzja proġetti li l-valur tagħhom huwa ugwali jew ogħla mil-livell li jkun ġie derivat mill-finanzjament tagħhom permezz tal-programmi tal-UE li minnhom il-fondi qegħdin jiġu devjati bil-għan li tinħoloq il-garanzija tal-UE għall-FEIS; jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jimmonitorja mill-qrib il-mod li bih il-BEI se jimpenja l-fondi proprji tiegħu fil-FEIS;

18. Jistieden lill-Istati Membri jżidu dan il-fond, li jipprova jimmassimizza l-impatt tal-infiq pubbliku u jattira l-investimenti privati, u jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni biex turi l-flessibbiltà fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali lill-FEIS f'każ li jwasslu għal ksur ċkejken u temporanju tal-limitu minimu tat-3 % għal Stat Membru; jirrifjuta kull tentattiv li jerġa' jinnazzjonalizza l-fond jew il-loġika tar-"ritorn ġust" li jistgħu jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet nazzjonali; jawspika li l-proġetti magħżula huma ta' natura trans-Ewropea u sovranazzjonali sabiex jippermettu liċ-ċittadini jassoċjaw il-benefiċċji ta' dawn il-proġetti mal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea.

19. Ifakkar li s-sistemi preżenti tar-riżorsi proprji hija kumplessa, inġusta u imkompresibbli miċ-ċittadini; jenfasizza li s-sitwazzjoni fiskali tal-Istati Membi tista' tiġi llaxkata permezz ta' sistema ġdida ta' riżorsi proprji li tnaqqas il-kontribuzzjonijiet mill-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) u b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-isforzi ta' konsolidament tagħhom mingħajr ma jipperikolaw il-finanzjamenti tal-UE; ifakkar, għaldaqstant, fl-importanza li tagħti lill-grupp ta' livell għoli dwar ir-riżorsi proprji, u jsostni d-dibattitu dwar sistema ġdida tar-riżorsi proprji, li għandha twassal għal riforma reali tal-finanzjamenti tal-UE filwaqt li ma żżidx il-piż tat-taxxi fuq iċ-ċittadini; jittama li t-tliet istituzzjonijiet se jagħtu segwitu xieraq lir-rapport finali ta' dan il-grupp biex iħaffu l-maturazzjoni ta' riżorsi ġenwini; jindika li l-kunsens għat-tassazzjoni jinsab proprju fil-qalba tad-demokrazija parlamentari fl-Ewropa..

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

7

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Carlos Iturgaiz, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureșan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Marco Valli, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Andrey Novakov, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

20

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Patrick O’Flynn, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Ashley Fox, Eva Kaili, Syed Kamall, Barbara Kappel, Thomas Mann, Siegfried Mureșan, Andreas Schwab, Tibor Szanyi

Avviż legali