Proċedura : 2014/0274(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0038/2015

Testi mressqa :

A8-0038/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2015 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0058

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 167kWORD 66k
3.3.2015
PE 544.139v02-00 A8-0038/2015

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran

(14993/2014 – C8‑0027/2015 – 2014/0274(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Gabriel Mato

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran

(14993/2014 – C8‑0027/2015 – 2014/0274(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (14993/2014),

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (15458/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0027/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0038/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim emendat;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XIV tal-kostituzzjoni tal-FAO, ġie approvat mill-Konferenza tal-FAO fl-1949 u daħal fis-seħħ fl-1952. Emendi lil dan il-Ftehim ġew approvati fl-1963, l-1976 u l-1997. Il-Komunità Ewropea aderixxiet mal-GFCM fis-16 ta ' Ġunju 1998 permezz tad-Deċiżjoni 98/416/KE. L-Istati Membri tal-UE tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed ukoll huma partijiet għal dan il-Ftehim.

Il-GFCM hija hekk imsejħa Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO), li għandha l-għan li tippromwovi l-iżvilupp, il-konservazzjoni, il-ġestjoni razzjonali u l-aħjar użu tar-riżorsi ħajjin tal-baħar, kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

Emenda tal-Ftehim tal-GFCM ġiet varata fl-2013 wara li kien sar rieżami tal-prestazzjoni li ġie ffinalizzat fl-2011, li kkonkluda li l-Ftehim kellu jiġi emendat biex jiġu ċċarati l-objettivi u l-funzjonijiet tal-GFCM, u tissaħħaħ l-effiċjenza tiegħu.

Il-Ftehim emendat ġie nnegozjat mal-Partijiet Kontraenti tal-GFCM. Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja f'isem l-Unjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni. In-negozjati twettqu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni skont l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom skont it-termini tal-mandat.

Il-Partijiet Kontraenti għall-GFCM approvaw il-"Ftehim Emendat għall-istabbiliment tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran" fit-38 Sessjoni Annwali tal-GFCM li saret mid-19 sal-24 ta ' Mejju 2014.

Il-Ftehim emendat jirrevedi l-istruttura u l-kontenut ta' dak attwali, sabiex iġibu konformi mal-istrumenti moderni tal-RFMO. Il-bidliet ewlenin introdotti huma dawn li ġejjin:

- Spjegazzjoni aktar ċara tal-iskop tal-Ftehim tal-GFCM: il-Ftehim il-ġdid jistabbilixxi objettiv ġenerali ċar ta' sostennibilità bijoloġika, soċjali, ekonomika u ambjentali tar-riżorsi ħajjin tal-baħar. Huwa jintroduċi wkoll definizzjonijiet tat-termini li huma meħtieġa għall-interpretazzjoni korretta tal-Ftehim.

- Funzjonijiet tal-GFCM iddefiniti aħjar, li jinkludu l-promozzjoni tal-ġestjoni komuni tas-sajd permezz ta' pjanijiet ta' ġestjoni pluriennali, l-istabbiliment ta' żoni ristretti tas-sajd, u l-ġbir u t-tixrid tad-dejta. F'dan il-kuntest, il-Ftehim il-ġdid jintegra elementi ewlenin tal-Politika Komuni tas-Sajd rigward: l-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli, l-approċċ tal-ekosistema u prekawzjonarju, it-tnaqqis tal-iskartar, u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

- Sanzjonijiet: l-emenda tinkludi dispożizzjonijiet ħalli jiġu stabbiliti miżuri/sanzjonijiet biex in-nuqqas ta' konformità mill-pajjiżi Membri/mhux Membri jiġi indirizzat.

- Soluzzjoni tat-tilwim: l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim iddefinit sew fil-każ li jinqala’ tilwim bejn il-Partijiet Kontraenti.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Meta jitqies l-interess reċiproku fl-iżvilupp u l-użu xieraq tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fil-Mediterran u l-Baħar l-Iswed u bil-konvinzjoni li l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar fiż-Żona ta' Applikazzjoni u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar li fihom jokkorru dawk ir-riżorsi, iwettqu rwol maġġuri fil-kuntest tat-tkabbir blu u l-iżvilupp sostenibbli, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament japprova l-konklużjoni tal-Ftehim modifikat preżenti.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Goddyn, Marek Józef Gróbarczyk

Avviż legali