RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (test kodifikat)

10.3.2015 - (COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Andrzej Duda
(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2014/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0047/2015
Testi mressqa :
A8-0047/2015
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (test kodifikat)

(COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0375),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0034/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[1],

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0047/2015),

A.     billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

  • [1]  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 17 Settembru 2014

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għal kodifikazzjoni uffiċjali ta’ testi leġiżlattivi, u b’mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, iltaqa’ fil-10 ta’ Lulju 2014 bil-għan li jeżamina, fost l-oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq li tressqet mill-Kummissjoni.

F'dik il-laqgħa[1], eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1616/2006 tat-23 ta’ Ottubru 2006 dwar ċerti proċeduri sabiex jiġi applikat il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra, u sabiex jiġi applikat il-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija, wassal biex il-Grupp ta ' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda, mingħajr dissens, li l-proposta hija kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom.

F. DREXLER                        H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

  • [1]               Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni bil-lingwa Ingliża tal-proposta, billi din kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.

PROĊEDURA

Titolu

Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Albanija, fuq in-naħa l-oħra (Kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2014)0375 – C8-0034/2014 – 2014/0191(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.6.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Duda

11.11.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.12.2014

 

 

 

Data tat-tressiq

10.3.2015