Proċedura : 2014/0217(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0048/2015

Testi mressqa :

A8-0048/2015

Dibattiti :

PV 28/10/2015 - 12
CRE 28/10/2015 - 12

Votazzjonijiet :

PV 29/10/2015 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0386

RAPPORT     ***I
PDF 851kWORD 374k
11.3.2015
PE 539.817v02-00 A8-0048/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (CEPOL), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

(COM(2014)0465 – C8‑0110/2014 – 2014/0217(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Kinga Gál

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (CEPOL), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

(COM(2014)0465 – C8‑0110/2014 – 2014/0217(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0465),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0110/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0048/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea u dwar fejn tali kooperazzjoni tkun tista’ toħloq sinerġiji fil-futur;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex ikun żgurat li t-taħriġ għall-persunal għall-infurzar tal-liġi huwa ta' kwalità għolja, koerenti u konsistenti,, CEPOL, għandu jfittex li jistrutturah skont il-prinċipji tal-Iskema ta’ Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi. taħriġ fil-livell tal-unjoni għandu jkun disponibbli lill-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi fil-livelli kollha. CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ jiġi evalwat u li l-konklużjonijiet mill-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ikunu parti mill-ippjanar biex titjieb l-effikaċja ta’ azzjonijiet futuri. CEPOL għandu jippromwovi r-rikonoxximent fl-Istati Membri tat-taħriġ ipprovdut fil-livell tal-Unjoni.

(6) Biex ikun żgurat li t-taħriġ għall-persunal għall-infurzar tal-liġi huwa ta' kwalità għolja, koerenti u konsistenti, CEPOL, għandu jfittex li jistrutturah skont il-prinċipji tal-Iskema ta' Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi, waqt li jpoġġi enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi. taħriġ fil-livell tal-unjoni għandu jkun disponibbli lill-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi fil-livelli kollha. CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ jiġi evalwat u li l-konklużjonijiet mill-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ikunu parti mill-ippjanar biex titjieb l-effikaċja ta’ azzjonijiet futuri. CEPOL għandu jippromwovi r-rikonoxximent fl-Istati Membri tat-taħriġ ipprovdut fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex isir l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi tiegħu, l-attivitajiet tas-CEPOL għandhom jiffukaw fuq oqsma tematiċi li jkollhom valur miżjud tal-Unjoni ċar u dimensjoni transkonfinali, marbutin mill-qrib mal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna. Il-fokus għandu jħares 'il quddiem u jidentifika liema taħriġ u liema miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet huma meħtieġa fil-futur fil-livell tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-impatt tiegħu, ir-riżorsi limitati tas-CEPOL għandhom jiffukaw fuq ftit oqsma tematiċi b'valur miżjud Ewropew ċar, li ma jirdoppjaw bl-ebda mod il-ħidma magħmula fil-livell tal-Istati Membri, u f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-iffukar fuq numru aktar limitat ta' oqsma tematiċi jippermetti li jinħelsu r-riżorsi ħalli jsir sforz akbar fuq il-kwalità u l-attraenza.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Biex tkun evitata d-dupplikazzjoni fl-attivitajiet ta’ taħriġ għall-persunal kompetenti għall-infurzar tal-liġi, li jitwettqu mill-Aġenziji eżistenti tal-Unjoni Ewropea u korpi rilevanti oħra, CEPOL għandu jivvaluta l-ħtiġijiet ta’ taħriġ strateġiku u jindirizza l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna u l-aspetti esterni tagħha, skont iċ-ċikli rilevanti tal-politika.

(7) Biex ikunu evitati d-dupplikazzjoni, l-inizjattivi mhux ikkoordinati jew l-irduppjar fl-attivitajiet ta' taħriġ għall-persunal kompetenti għall-infurzar tal-liġi, li jitwettqu mill-Aġenziji eżistenti tal-Unjoni Ewropea u korpi rilevanti oħra, CEPOL għandu jivvaluta l-ħtiġijiet ta' taħriġ strateġiku u jindirizza l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna u l-aspetti esterni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ir-riżorsi skarsi jintużaw b'mod effiċjenti, huwa importanti li jkun hemm koordinazzjoni aktar effettiva fost l-Aġenziji tal-ĠAI li jipprovdu t-taħriġ, billi jisfruttaw is-sinerġiji u jeliminaw id-dupplikazzjoni.

Barra minn hekk, is-CEPOL bħala l-unika aġenzija speċjalizzata li tittratta esklussivament it-taħriġ għall-infurzar tal-liġi, għandu jkun kapaċi jgħin lill-Istituzzjonijiet Ewropej fil-formulazzjoni tal-prijoritajiet li jridu jiġu indirizzati permezz tat-taħriġ.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tas-CEPOL sabiex jissupervizzaw b ' mod effettiv l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. Il-Bord tal-Maniġment għandu jikkonsisti minn membri maħtura abbażi tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġjar ta’ organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku jew privat u l-għarfien tagħhom fil-politika nazzjonali dwar it-taħriġ għall-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi. Il-Bord għandu jingħata s-setgħat neċessarji biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xierqa u strateġija għas-CEPOL, jistabbilixxi proċeduri xierqa u trasparenti ta’ ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mis-CEPOL, jaħtar Direttur, jistabbilixxi indikaturi ta’ prestazzjoni u jeżerċita setgħat tal-awtorità ta’ ingaġġ, skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Uffiċjali Oħra.

(9) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rrappreżentati fuq il-Bord tal-Maniġment tas-CEPOL sabiex jissupervizzaw b ' mod effettiv l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu. Il-membri tal-Bord tal-Maniġment u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-esperjenza tagħhom fl-immaniġġjar ta' organizzazzjonijiet mis-settur pubbliku jew privat u l-għarfien tagħhom fil-politika nazzjonali dwar it-taħriġ għall-uffiċjali għall-infurzar tal-liġi. Il-Bord għandu jingħata s-setgħat neċessarji biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta regoli finanzjarji xierqa u strateġija għas-CEPOL, jistabbilixxi proċeduri xierqa u trasparenti ta' ħidma għat-teħid tad-deċiżjonijiet mis-CEPOL, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jistabbilixxi indikaturi ta' prestazzjoni u jeżerċita setgħat tal-awtorità ta' ingaġġ, skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex tkun żgurata l-kwalità xjentifika tax-xogħol tas-CEPOL, għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku, bħala korp konsultattiv indipendenti, magħmul minn persuni indipendenti tal-ogħla livell akkademiku jew professjonali fis-suġġetti koperti minn dan ir-Regolament.

(11) Biex tkun żgurata l-kwalità xjentifika tax-xogħol tas-CEPOL, għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku, bħala korp konsultattiv indipendenti, magħmul minn persuni indipendenti tal-ogħla livell akkademiku jew professjonali fis-suġġetti koperti minn dan ir-Regolament. Il-Membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Bord tal-Maniġment wara sejħa għall-applikazzjonijiet trasparenti u proċedura ta’ għażla li għandhom ikunu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ tiegħu jintegra żviluppi rilevanti fir-riċerka u jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ sħubijiet iktar b ' saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri.

(12) CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ tiegħu jintegra żviluppi rilevanti fir-riċerka u jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' sħubijiet iktar b'saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri kif ukoll aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħrajn tal-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu effetti mifruxa permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex tkun żgurata l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza tas-CEPOL, dan għandu jingħata baġit awtonomu bi dħul li jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli safejn għandhom x’jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwlaunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri;

(13) Sabiex tkun żgurata l-awtonomija sħiħa u l-indipendenza tas-CEPOL u biex ikun jista' jwettaq b'mod xieraq l-objettivi u l-kompiti assenjati lilu f'dan ir-Regolament, dan għandu jingħata baġit suffiċjenti u awtonomu bi dħul li jiġi essenzjalment minn kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli safejn għandhom x'jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwlaunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni Ewropea. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li r-Regolament propost jattribwixxi kompiti ġodda lis-CEPOL jew jespandi, jimmodifika u jerġa' jipprijoritizza dawk eżistenti, il-baġit propost ma jirriflettix din l-ambizzjoni permezz tal-għoti tar-riżorsi addizzjonali neċessarji. Is-CEPOL laħaq il-limitu safejn jista' jagħmel użu minn tibdil intern. Għalhekk, għandu jiġi protett l-iffinanzjar suffiċjenti ħalli s-CEPOL ikun jista' jwettaq b'mod xieraq il-ħidmiet il-ġodda tiegħu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 u 1a (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) hija b'dan stabbilita [...]. biex trawwem politika koerenti Ewropea għat-taħriġ fl-Infurzar tal-liġi.

1. Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) hija b'dan stabbilita [...].

 

1a. Is-CEPOL huwa stabbilit sabiex itejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni billi jappoġġja u jimplimenta t-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni, is-sejba u l-investigazzjoni tar-reati kriminali, iż-żamma tal-liġi u l-ordni u l-missjonijiet tal-pulizija tal-UE, biex titrawwem politika ta’ taħriġ koerenti Ewropea, u sabiex tissaħħaħ id-dimensjoni tad-drittijiet fundamentali tat-taħriġ tal-infurzar tal-liġi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) " Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi " tfisser uffiċjali tal-pulizija, tad-dwana u ta’ servizzi oħra rilevanti, inklużi korpi tal-Unjoni, responsabbli mill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni u għall-immaniġġjar ta’ kriżi u tal-pulizija internazzjonali ta’ avvenimenti ewlenin.

(a) "Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi" tfisser professjonisti, inklużi dawk li għadhom qed jitħarrġu, jew uffiċjali tal-pulizija, tad-dwana u ta' servizzi oħra rilevanti, responsabbli mill-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, l-ordni pubblika, l-immaniġġjar ta' kriżi u tal-pulizija internazzjonali ta' avvenimenti ewlenin, inkluż l-impjegati jew l-esperti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u d-dipartimenti tal-Unjoni li l-kompetenzi tagħhom huma relatati ma’ dawk il-kompiti.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettivi

L-objettivi tas-CEPOL

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CEPOL jappoġġa, żviluppa u jikkordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, skont l-Iskema ta’ Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi, partikolarment fl-oqsma tal-ġlieda kontra il-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, il-ġestjoni ta’ avvenimenti b ' riskju għoli għall-ordni pubblika u sportivi, ippjanar u treġija tal-missjonijiet tal-Unjoni, u wkoll tmexxija tal-infurzar tal-liġi u ħiliet lingwistiċi, sabiex:

CEPOL għandu jappoġġa, jiżviluppa, jimplimenta u jikkoordina taħriġ għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, skont il-prinċipji tal-Iskema ta' Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi, partikolarment fl-oqsma tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar u t-terroriżmu, il-ġestjoni tal-ordni pubblika, avvenimenti ewlenin u avvenimenti sportivi, ippjanar u treġija tal-missjonijiet tal-Unjoni, u wkoll tmexxija tal-infurzar tal-liġi u ħiliet lingwistiċi.

 

L-attivitajiet tas-CEPOL għandhom iqajmu sensibilizzazzjoni u għarfien tal-istrumenti u l-attivitajiet internazzjonali u tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, korpi tal-Unjoni, b’mod partikolari Europol, Eurojust u Frontex, il-funzjonament u r-rwol kif ukoll l-aspetti ġudiriċi tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi. Is-CEPOL għandu jħeġġeġ ir-rispett komuni għad-drittijiet fundamentali fl-infurzar tal-liġi, u l-fehim tagħhom, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi, ix-xhieda u l-persuni suspettati, inkluż is-salvagwardja tad-drittijiet tal-vittmi ta’ vjolenza bbażati fuq is-sessi (GBV). Barra minn hekk, is-CEPOL għandu:

 

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-b) isaħħaħ in-netwerks ta’ kooperazzjoni tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġestjoni tal-flussi tal-immigrazzjoni illegali;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kooperazzjoni reġjonali u bilaterali fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, korpi tal-Unjoni u pajjiżi terzi;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-impatt tiegħu, ir-riżorsi limitati tas-CEPOL għandhom jiffukaw fuq ftit oqsma tematiċi b'valur miżjud Ewropew ċar. L-iffukar fuq numru aktar limitat ta' oqsma tematiċi jippermetti li jinħelsu r-riżorsi ħalli jsir sforz akbar fuq il-kwalità u l-attraenza. Il-kooperazzjoni bilaterali u reġjonali jistgħu jintużaw aħjar mill-Istati Membri permezz tal-użu ta' fondi tematiċi bħall-Fond għas-Sigurtà Interna, speċjalment is-segment nazzjonali. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi hija koperta fl-Artikolu 3(e) tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ifassal kurrikuli komuni speċifiċi għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi biex iħarriġhom għal parteċipazzjoni f’missjonijiet tal-Unjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-impatt tiegħu, ir-riżorsi limitati tas-CEPOL għandhom jiffukaw fuq oqsma b'valur miżjud Ewropew ċar. Il-kurrikuli komuni huma element importanti sabiex jiġi ffaċilitat approċċ komuni fir-rigward ta' kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi transkonfinali u m'għandux ikun iffukat b'mod dejjaq fuq il-parteċipazzjoni fil-missjonijiet tal-Unjoni. Huwa wkoll importanti li tiġi enfasizzata n-natura ċivili tal-involviment tas-CEPOL fil-PSDK. Barra minn hekk, l-iżvilupp tal-inizjattivi tat-taħriġ f'dan il-kuntest huwa diġà kopert fl-Artikolu 3(e) tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jappoġġja lill-Istati Membri u korpi tal-Unjoni f’attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità fl-infurzar tal-liġi f’pajjiżi terzi;

(e) jiżviluppa, jikkoordina u jimplimenta taħriġ biex jappoġġja lill-Istati Membri u korpi tal-Unjoni biex jitħarrġu l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi għall-parteċipazzjoni f'missjonijiet tal-Unjoni u f'attivitajiet ta' bini ta' kapaċità fl-infurzar tal-liġi f'pajjiżi terzi;

Ġustifikazzjoni

Biex jitħeġġu l-effiċjenza u r-responsabilità tal-Aġenzija, huwa importanti li jiġi ddikjarat b'mod ċar, fil-kuntest tal-formulazzjoni tal-objettivi tal-aġenzija, li s-CEPOL għandha tiżviluppa, tikkoordina u timplimenta t-taħriġ, u mhux biss l-appoġġ.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kurrikuli komuni ta’ sensibilizzazzjoni, tindirizza laguni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta’ fenomeni kriminali transfruntieri;

(b) kurrikuli komuni ta' sensibilizzazzjoni u għarfien, tindirizza lakuni u/jew tiffaċilita approċċ komuni fir-rigward ta' fenomeni kriminali transkonfinali, b'mod partikolari fir-rigward tat-terroriżmu, taċ-ċiberkriminalità, tal-investigazzjoni finanzjarja, u tal-parteċipazzjoni fil-missjonijiet tal-Unjoni;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. CEPOL jista’ jwettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess fl-oqsma li jaqgħu fil-mandat tiegħu. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma jkunux detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 u jitwettqu skont il-pjanijiet relevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord Maniġerjali.

5. CEPOL jista’ jwettaq attivitajiet ta’ komunikazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess fl-oqsma li jaqgħu fil-mandat tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex possibbli li jsiru obbligi f’Regolament suġġett għal dokumenti esterni li ma kinux ippubblikati (ara l-Linja Gwida 16 fil-Gwida Konġunta Prattika għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea).

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-CEPOL jikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riċerka rilevanti għall-attivitajiet ta’ taħriġ koperti b ' dan ir-Regolament partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u kwistjonijiet krmininali transfruntieri iktar ġenerali fl-attivitajiet ta’ taħriġ.

1. Is-CEPOL jista' jwettaq, jikkoopera ma' jew iħeġġeġ riċerka xjentifika u stħarriġ, studji preparatorji u studji tal-fattibilità, inkluż, fejn ikun xieraq u kompatibbli mal-prijoritajiet tiegħu u l-programm ta' ħidma annwali tiegħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja u kwistjonijiet krmininali transfruntieri iktar ġenerali fl-attivitajiet ta' taħriġ. Biex jitwettqu dawk il-kompiti, is-CEPOL jista' jimmaniġġja fondi ta' riċerka tal-Unjoni ddedikati.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi implimentat għal kollox approċċ għal taħriġ tal-infurzar tal-liġi li jkun jista' jiggarantixxi u jħeġġeġ l-integrità u l-innovazzjoni xjentifiċi tal-prodotti tat-tagħlim, l-Aġenzija għandu jkollha l-possibilità legali ċara biex taħdem fir-riċerka mingħajr ħsara għall-prijoritajiet ewlenin tagħha.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jorganizzaw u jikkoordinaw nominazzjonijiet xierqa tal-parteċipanti għall-attivitajiet fil-livell nazzjonali fi żmien adegwat;

(b) jorganizzaw u jikkoordinaw nominazzjonijiet xierqa tal-parteċipanti għall-attivitajiet fil-livell nazzjonali b’mod trasparenti;

Ġustifikazzjoni

In-nomina ta’ parteċipanti għal attivitajiet fuq livell nazzjonali għandha tkun trasparenti, il-pożizzjonijiet pubblikati kollha għandhom ikunu universalment aċċessibbli u l-għażla għandha tkun ċarament ġustifikata.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull Stat Membru jistruttura l-organizzazzjoni u l-persunal tal-unità nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu.

4. Kull Stat Membru jistruttura l-organizzazzjoni u l-persunal tal-unità nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, waqt li jqis dan ir-Regolament u t-Trattati applikabbli f’kull każ.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Membri tal-bord Maniġerjali u s-sostituti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, waqt li jkunu kkunsidrati l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord Maniġerjali għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw iċ-ċaqliq tal-membri tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord Maniġerjali. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bord Maniġerjali.

3. Il-Membri tal-bord Maniġerjali u s-sostituti tagħhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-taħriġ tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, waqt li jkunu kkunsidrati l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi, edukattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord Maniġerjali għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw iċ-ċaqliq tal-membri tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord Maniġerjali. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bord Maniġerjali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull membru bi dritt tal-vot ikollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bid-dritt għall-vot, is-sostitut tiegħu/tagħha jkun intitolat jeżerċita d-dritt għall-vot tiegħu/tagħha.

2. Kull membru bi dritt tal-vot ikollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru bid-dritt għall-vot, is-sostitut tiegħu/tagħha jkun intitolat jeżerċita d-dritt għall-vot tiegħu/tagħha, sakemm ikollu/ikollha mandat mingħand il-membru bid-dritt għall-vot.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni u tal-Bord Maniġerjali, id-Direttur Eżekuttiv ikun indipendenti fit-twettiq tad-doveri u la għandu jfittex u lanqas jieħu struzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn xi korp ieħor.

2. Id-Direttur Eżekuttiv ikun indipendenti fit-twettiq tad-doveri u la għandu jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand xi gvern jew minn xi korp ieħor.

Ġustifikazzjoni

Abbozzar iktar ċar. Ir-responsabilità lejn il-Bord Maniġerjali u l-Kummissjoni hija ovvja mil-loġika tat-test anke jekk mhux imsemmija. L-użu tal-espressjoni “mingħajr preġudizzju” tagħmel il-paragrafu mhux ċar (ara l-Linja Gwida 16, punt 9 tal-Gwida Konġunta Prattika għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni Ewropea).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lis-CEPOL minn dan ir-Regolament. B ' mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lis-CEPOL minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari:

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, lill-awtorità baġitarja kull informazzjoni rilevanti għas-sejbiet ta’ kwalunkwe proċedura ta’ evalwazzjoni.

2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat, lill-awtorità baġitarja kull informazzjoni rilevanti għas-sejbiet ta' kwalunkwe proċedura ta' evalwazzjoni u għandu jinnotifika lill-Qorti tal-Awdituri dwarhom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. CEPOL ikun korp tal-Unjoni. Huwa jkollu personalità ġuridika.

1. CEPOL ikun korp tal-Unjoni Ewropea. Huwa jkollu personalità ġuridika.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, analiżi dwar il-kostijiet u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt fuq is-sede.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux iktar tard minn 5 snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 41 u kull 5 snin minn hemm ‘l hemm, il-Kummissjoni tikkummissjona evalwazzjoni biex tivvaluta l-impatt partikolari, l-effikaċja u l-effiċjenza u l-prassi ta’ ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tindirizza b ' mod partikolari l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tas-CEPOL, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

1. Mhux iktar tard minn 5 snin wara [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull 5 snin minn hemm 'l hemm, il-Kummissjoni tikkummissjona evalwazzjoni biex tivvaluta l-impatt partikolari, l-effikaċja u l-effiċjenza u l-prassi ta' ħidma tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tindirizza b'mod partikolari l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tas-CEPOL, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe modifika bħal din.

Ġustifikazzjoni

Il-konsistenza mar-Regolament propost tal-Europol hija rrakkomandata.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, ikun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mis-CEPOL wara li jitqiesu l-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tas-CEPOL ma għadhiex iġġustifikata fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti tagħha, hija tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew revokat skont dan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tista', fi kwalunkwe ħin, tipproponi emendi għall-bażi legali ta' kwalunkwe Aġenzija jew tipproponi x-xoljiment tagħha. L-emenda tfittex għalhekk li tissimplifika t-test.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta għas-CEPOL fl-Ungerija u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-persunal tas-CEPOL u l-membri tal-familji tagħhom ikunu stipulati fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn is-CEPOL u l-Ungerija, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1. L-arranġamenti neċessarji dwar l-akkomodazzjoni li għandha tkun ipprovduta għas-CEPOL fl-Ungerija u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-persunal tas-CEPOL u l-membri tal-familji tagħhom ikunu stipulati fil-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn is-CEPOL u l-Ungerija, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali.

Ġustifikazzjoni

Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali diġà ġie konkluż.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-ħtiġijiet tas-sigurtà interna tal-UE dejjem qegħdin jevolvu, b'tali mod li l-kompiti tal-forzi tal-pulizija u tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi qed jikbru. Il-ħiliet tajbin huma kruċjali biex jintlaqgħu l-isfidi futuri u tiġi salvagwardata s-sigurtà taċ-ċittadini tagħna. Sabiex tingħeleb it-theddida dejjem tikber tal-kriminalità transnazzjonali u organizzata, il-kooperazzjoni transkonfinali effettiva u bla xkiel fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali relevanti kollha hija importanti. Biex jitrawwem u jiġi sostnut dan it-tip ta' kooperazzjoni transkonfinali u biex titħeġġeġ il-fiduċja reċiproka, it-taħriġ xieraq għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi huwa ta' importanza assoluta. Il-Programm ta' Stokkolma talab għalhekk għal aktar taħriġ dwar kwistjonijiet relatati mal-UE u biex isiru sistematikament aċċessibbli għall-professjonisti tal-infurzar tal-liġi relevanti kollha.

Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) huwa aġenzija responsabbli mit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi. Is-CEPOL mhuwiex istitut ta' taħriġ fis-sens tradizzjonali tal-kelma - il-korsijiet tiegħu jsiru mal-UE kollha, prinċipalment implimentati minn netwerk ta' kulleġġi ta' taħriġ tal-pulizija nazzjonali. Is-CEPOL għandu baġit modest (madwar EUR 8,5 miljun) u struttura tal-istaff niexfa (total ta' madwar 40 persuna inklużi uffiċjali/aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u interims). Fl-2013, madwar 8,250 uffiċjal tal-pulizija pparteċipaw f'madwar 100 attività tas-CEPOL (korsijiet, seminars, konferenzi, webinars). Barra minn hekk, madwar 450 uffiċjal tal-pulizija, ħarrieġa u riċerkaturi minn 25 pajjiż użaw il-Programm ta' Skambju tal-Pulizija Ewropea "fuq l-istil tal-Erasmus" tas-CEPOL biex iqattgħu ftit ħin fil-forzi tal-pulizija ta' pajjiż ieħor.

F'Marzu 2013, il-Kummissjoni pproponiet l-Iskema ta' Taħriġ Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi (COM(2013)172). L-Iskema ta' Taħriġ tfittex li tidentifika u tindirizza n-nuqqasijiet fit-taħriġ eżistenti għall-infurzar tal-liġi dwar kwistjonijiet transkonfinali billi tappoġġja u tikkoordina t-twettiq tat-taħriġ minn ċentri Ewropej u nazzjonali ta' eċċellenza. Hija maħsuba biex tapplika għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi fil-gradi kollha (uffiċjali tal-pulizija, gwardji tal-fruntieri, uffiċjali tad-dwana u prosekuturi) kif ukoll kategoriji oħrajn ta' professjonisti tal-infurzar tal-liġi bħall-persunal ta' aġenziji u istituzzjonijiet relevanti tal-UE, tibbaża fuq taħriġ eżistenti fil-livell nazzjonali u tal-UE u tkun offruta permezz ta' għodod tat-tagħlim modern, bħal korsijiet speċjalizzati, kurrikuli komuni, materjal tat-tagħlim ibbażat fuq l-internet u programmi ta' skambju.

Ir-Regolament propost attwali jimmodernizza l-bażi legali tas-CEPOL, jikkonformah mal-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona (inkluż ir-rwol tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali) u fada lis-CEPOL bl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Iskema tat-Taħriġ tal-Infurzar tal-Liġi kif jidher fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq.

Ir-Rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjon din il-proposta. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni f'ħafna okkażjonijiet biex tikkonforma l-qafas legali eżistenti tas-CEPOL mat-Trattat ta' Lisbona u mal-ambizzjoni l-ġdida stipulata fl-Iskema ta' Taħriġ Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi. Ir-Rapporteur jemmen li t-taħriġ ta' kwalità għolja għall-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi huwa essenzjali biex tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, u biex din isseħħ, huwa vitali li jkun hemm Aġenzija tas-CEPOL modernizzata, effiċjenti u b'ammont xieraq ta' persunal.

Għalhekk, ir-Rapporteur ifaħħar il-qafas leġiżlattiv modernizzat propost għall-Aġenzija tas-CEPOL. Il-qafas legali mġedded jippermetti lis-CEPOL li timplimenta b'mod effettiv l-Iskema ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi u li sservi l-komunità tal-infurzar tal-liġi Ewropea usa'. Ir-rapporteur jaqbel ukoll li l-istruttura ewlenija tas-CEPOL - li taħdem mill-qrib u għall-implimentazzjoni attwali tal-korsijiet li jiddependu primarjament fuq netwerk ta' akkademiji tal-pulizija nazzjonali - m'għandhomx jinbidlu. Il-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni b'saħħitha biex iżomm lis-CEPOL bħala aġenzija awtonoma tal-Unjoni. Dan l-appoġġ b'saħħtu huwa affermat minn naħa fuq il-kapaċità tas-CEPOL li jwassal il-kontribuzzjoni tiegħu għall-bini ta' kultura tal-infurzar tal-liġi Ewropea ġenwina, ankrata fir-rispett tad-drittijiet fundamentali, u mill-oħra fuq il-vijabilità tas-CEPOL, bħala aġenzija tal-UE, li jiggarantixxi l-valur għall-flus għaċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi.

Huwa għalhekk importanti li jiġi ddikjarat li s-CEPOL, bħala Aġenzija tal-Unjoni Ewropea, għandu mhux biss iservi ta' pjattaforma ta' appoġġ għall-kooperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali, imma għandu jkollu għeruq sodi fl-implimentazzjoni u t-twassil fil-livell Ewropew. Meta tiġi abbozzata l-leġiżlazzjoni għal aġenzija tal-UE, il-Parlament Ewropew għandu jħares lil hinn mill-inizjattivi tal-iffinanzjar li jfittxu biss li joħolqu netwerk bejn il-korpi nazzjonali, għax mezzi u fora oħra huma aktar xierqa għal dan il-għan, bħall-Assoċjazzjoni tal-Kulleġġi tal-Pulizija Ewropea, jew il-ħolqien ta' netwerks simili għan-Netwerk tal-Prevenzjoni tal-Kriminalità Ewropea, in-Netwerk Ġudizzjarja Ewropea u inizjattivi oħrajn ikkoordinati jew iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea. Sabiex l-Aġenzija tas-CEPOL u l-implimentazzjoni tal-Iskema ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi tagħha jkunu aktar effettivi, ir-rapporteur jixtieq iqajjem il-punti li ġejjin:

•   Iffukar fuq il-valur miżjud tal-UE: Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-impatt tiegħu, ir-riżorsi limitati tas-CEPOL għandhom jiffukaw fuq ftit oqsma tematiċi b'dimensjoni Ewropea u transkonfinali ċara, marbuta mill-qrib mal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna u l-prijoritajiet identifikati mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Il-fokus għandu jħares 'il quddiem u jidentifika liema taħriġ u liema miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet huma meħtieġa fil-futur. L-iffukar fuq numru aktar limitat ta' oqsma tematiċi jippermetti li jinħelsu r-riżorsi ħalli jsir sforz akbar fuq il-kwalità u l-attraenza. Tal-aħħar tibbenefika sostanzjalment mill-akkreditament, jiġifieri l-iżgurar li l-parteċipazzjoni tkun tgħodd għall-iskemi ta' kwalifikazzjoni u l-promozzjoni fil-pajjiżi ta' oriġini tal-parteċipanti. Oqsma tematiċi possibbli b'valur miżjud tal-UE ċar jafu jinkludu:

o Strumenti u strutturi ta' kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi Ewropea, l-aġenziji tal-ĠAI Ewropej u ċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE dwar il-Kriminalità Serja u Organizzata;

o Ħiliet, speċjalizzazzjonijiet, għarfien u għodod biex l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jkunu ppreparati biex jiġġieldu reati bħaċ-ċiberkriminalità, u biex iwettqu investigazzjonijiet u forensika diġitali relatati, kif ukoll analiżi finanzjarja forensika;

o Drittijiet tal-bniedem fundamentali, inklużi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-vittmi;

o Metodi, ħiliet u għarfien meħtieġa biex il-funzjonijiet tal-pulizija mmexxija mill-intelliġenza jiġu implimentati b'suċċess;

•   It-tisħiħ tal-koordinazzjoni u r-rwol ta' appoġġ tas-CEPOL: Is-CEPOL għandu jkollu biżżejjed setgħat biex jikkoordina b'mod xieraq it-taħriġ tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE u biex jimplimenta l-prinċipji minquxa fl-Iskema ta' Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi. Dik għandha tinkludi l-identifikazzjoni tal-bżonnijiet tat-taħriġ strateġiċi, l-akkreditament tat-taħriġ, kurrikuli komuni u manwali tat-taħriġ, l-iskambju tal-aħjar prassi, u definizzjoni tal-għarfien minimu li l-akkademji tal-pulizija kollha għandhom jinkludu fil-kurrikuli. Fejn ikun relevanti u bżonnjuż, is-CEPOL għandu jkun kapaċi joffri taħriġ fil-livell tal-UE għall-uffiċjali kif ukoll għall-ħarrieġa nnifishom. L-għażla għandha dejjem issir abbażi tal-kwalità:

o Il-kwalità tal-kurrikuli, akkumpanjata minn akkreditament u politika ta' ċertifikazzjoni;

o Il-kwalità tal-ħarrieġa, per eżempju billi tiġi stabbilita database Ewropea ta' għalliema, lekċerers, riċerkaturi;

o Il-kwalità tal-parteċipanti, billi jiżdied il-kejl tar-riżultati tat-tagħlim u l-ħiliet, l-għarfien u l-imġiba li jirriżultaw permezz ta' eżamijiet ta' tmiem il-kors li jwasslu għal kwalifika rikonoxxuta;

o Il-kwalità tal-ambjent tat-tagħlim (reali u virtwali), billi jkun hemm użu u applikazzjoni miżjuda tat-teknoloġija disponibbli u approċċi xjentifiċi għat-tagħlim, billi jiġu stabbiliti ċentri ta' Eċċellenza li jistgħu joffru għażliet ta' tagħlim usa', u billi jintgħażel l-aħjar post fejn jingħata t-taħriġ, irrelevanti mill-post ġeografiku.

•   Effiċjenza: L-istruttura ta' governanza tas-CEPOL għandha tkun issimplifikata aktar, billi tirrifletti l-proposti magħmula fil-qafas tan-negozjati dwar ir-Regolament tal-Europol il-ġdid. Il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji ĠAI għandha żżid l-effiċjenza billi jiġu evitati d-dupplikazzjoni, l-inizjattivi mhux ikkoordinati u l-irduppjar mhux neċessarju. Ukoll, il-Parlament Ewropew irid jiġi rassigurat li l-attivitajiet u r-riżultati tas-CEPOL jikkonformaw mal-valuri u l-prijoritajiet Ewropej, u li l-objettivi tiegħu jkunu speċifiċi, realistiċi, li jkunu jistgħu jitkejlu u jintlaħqu u jkunu marbutin bil-ħin.

•   Riżorsi suffiċjenti meħtieġa: Filwaqt li r-Regolament propost jattribwixxi ħiliet ġodda lis-CEPOL jew jespandi, jimmodifika u jerġa' jipprioritizza dawk eżistenti, ma jattribwixxix riżorsi proporzjonati. Is-CEPOL laħaq il-limitu safejn jista' jagħmel użu minn tibdil intern. Għalhekk, fil-proċedura baġitarja, għandu jiġi protett l-iffinanzjar suffiċjenti ħalli s-CEPOL ikun jista' jwettaq b'mod xieraq il-ħidmiet il-ġodda tiegħu.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (22.1.2015)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (CEPOL), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

(COM(2014)0465 – C8‑0110/2014 – 2014/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet Regolament ġdid tas-CEPOL u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI. Din il-proposta hija s-segwitu għal prova li ma rnexxietx biex jingħaqdu l-Europol u s-CEPOL, li kienet ġiet irrifjutata kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill.

Il-Kumitat għall-Baġits ifakkar, madankollu, fil-pożizzjoni prinċipali tiegħu kif espress fl-opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173), li tappoġġa merġer tal-Europol u s-CEPOL. Il-Kumitat għall-Baġit għadu konvint li merġer kien ikun l-aktar għażla ta' benefiċċju għaż-żewġ aġenziji peress li kienet twassal għall-iffrankar fl-infiq amministrattiv u għal sinerġiji ġodda bejn id-dipartimenti operattivi.

Il-Kumitat għall-Baġit jixtieq ifakkar ukoll li kien kontra r-rilokazzjoni tal-aġenzija f'Budapest kif ġie deċiż fir-Regolament (UE) Nru 543/2014 tal-15 ta' Mejju 2014. Il-Kumitat għall-Baġits jemmen li kemm is-CEPOL kif ukoll l-Europol għandhom ikunu fl-Aja. Jekk iż-żewġ aġenziji jkunu fl-istess sit, dan jista' jirriżulta f'xi ffrankar u ċertament jista' jkollu effetti mifruxa permezz ta' iktar kuntatti bejn il-persunal operattiv u tat-taħriġ. Jista' jkun il-każ ukoll li ż-żewġ aġenziji jaqblu li jaqsmu ċerti riżorsi jew li l-Europol tipprovdi ċerti servizzi lis-CEPOL, speċjalment fir-rigward ta' kompiti purament amministrattivi (bħall-finanzi, il-persunal, l-IT, il-loġistika jew is-servizzi tas-sigurtà). Tali kooperazzjoni tista', ovvjament, tinkiseb iktar faċilment jekk iż-żewġ aġenziji jkunu fl-istess belt.

Il-Kumitat għall-Baġit jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-Artikolu 1(2) tar-Regolament imsemmi hawn fuq dwar ir-rilokazzjoni tas-CEPOL issa qiegħed jiġi interpretat mill-Kummissjoni biss bħala stedina biex titressaq din il-proposta għal Regolament tas-CEPOL il-ġdid. Dak il-paragrafu żied l-Artikolu 21a ġdid bi klawżola ta' rieżami dwar ir-rilokazzjoni u jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tressaq, sat-30 ta' Novembru 2015 rapport dwar l-effikaċja tad-deċiżjoni li s-CEPOL jitpoġġa f'Budapest. "Dak ir-rapport għandu, jekk adatt, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata din id-Deċiżjoni wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa.". Tali analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa qatt ma saru peress li l-proposta tal-Kummissjoni attwali ġiet adottata fis-16 ta' Lulju 2014 iżda r-rilokazzjoni tas-CEPOL se ssir wara l-inawgurazzjoni tas-sede l-ġdida li se ssir fis-6 ta' Novembru.

Il-Kumitat għall-Baġits jinsisti għalhekk li jeħtieġ li jiġi miżjud Artikolu simili mal-proposta attwali peress li jemmen li l-Europol u s-CEPOL għandhom ikunu fl-istess belt peress li jista' jinkiseb iffrankar rilevanti fuq perjodu ta' żmien medju jekk iż-żewġ aġenziji kellhom jaqsmu ċerti servizzi amministrattivi. Dan l-iffrankar imbagħad jista' jintuża biex jiżdied l-infiq operattiv taż-żewġ aġenziji.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ tiegħu jintegra żviluppi rilevanti fir-riċerka u jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' sħubijiet iktar b'saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri.

(12) CEPOL għandu jiżgura li t-taħriġ tiegħu jintegra żviluppi rilevanti fir-riċerka u jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' sħubijiet iktar b'saħħithom bejn l-universitajiet u l-istituti tat-taħriġ għall-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri kif ukoll aġenziji tal-infurzar tal-liġi oħrajn fl-Unjoni Ewropea sabiex jinħolqu effetti konsegwenzjali permezz ta' kooperazzjoni msaħħa.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Għall-iskop li jwettaq il-missjoni tiegħu u sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, CEPOL għandu jkun jista' ta' jikkoopera ma’ Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea u ma’ korpi rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-istituti ta' taħriġ nazzjonali ta' pajjiżi terzi abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI,

(15) Għall-iskop li jwettaq il-missjoni tiegħu u sal-punt meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, CEPOL għandu jkun jista' jikkoopera ma’ Aġenziji oħra tal-Unjoni Ewropea u ma’ korpi rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-istituti ta' taħriġ nazzjonali ta' pajjiżi terzi abbażi tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI, jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi globali tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea u kulfejn tali kooperazzjoni tkun tista' toħloq sinerġiji fil-ġejjieni,

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sede ta' CEPOL tkun f'Budapest, l-Ungerija.

3. Is-sede provviżorja tas-CEPOL tkun f'Budapest, l-Ungerija.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Sat-30 ta' Novembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa dwar is-sede provviżorja meta mqabbel mal-Aja bħala possibbiltà alternattiva u, jekk xieraq, proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat il-pargrafu 3 kif jixraq.

PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-UE għat-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi (Cepol)

Referenzi

COM(2014)0465 – C8-0110/2014 – 2014/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.9.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.9.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

24.9.2014

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

12

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureșan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Pina Picierno, Patricija Šulin, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Marco Valli, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tamás Deutsch, Anneli Jäätteenmäki, Georgios Kyrtsos, Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Andrej Plenković, Ivan Štefanec


PROĊEDURA

Titolu

Aġenzija tal-UE għat-taħriġ dwar l-infurzar tal-liġi (Cepol)

Referenzi

COM(2014)0465 – C8-0110/2014 – 2014/0217(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.7.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.9.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Kinga Gál

24.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2014

11.12.2014

24.2.2015

 

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Rachida Dati, Frank Engel, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Angelika Mlinar, Emilian Pavel, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Data tat-tressiq

12.3.2015

Avviż legali