Proċedura : 2014/0180(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0049/2015

Testi mressqa :

A8-0049/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 07/10/2015 - 10.6
CRE 07/10/2015 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0341

RAPPORT     ***I
PDF 1100kWORD 620k
11.3.2015
PE 544.201v02-00 A8-0049/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(COM(2014)0358 – C8‑0029/2014 – 2014/0180(COD)

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(COM(2014)0358 – C8‑0029/2014 – 2014/0180(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0358),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0029/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 1/2015,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kontollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tat-3 ta' Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0049/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Huwa importanti li jiġi ċċarat il-mod li bih l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jkun żgurat li dawn jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus fil-kuntratti tagħhom, partikolarment billi jintalbu tikketti speċifiċi u/jew bl-użu ta' metodi ta' aġġudikazzjoni adegwati;

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-akkwist pubbliku tal-Unjoni għandu jservi sabiex jiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod effettiv, trasparenti u adegwat, u b'rabta ma' dan, l-akkwist elettroniku jista' jikkontribwixxi għal użu aħjar tal-fondi pubbliċi u jtejjeb l-aċċess għall-kuntratti pubbliċi għall-operaturi ekonomiċi kollha.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Huwa xieraq li każijiet normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta’ "kunflitt ta’ interess" jiġu identifikati u ttrattati b'mod distint. Il-kunċett ta’ "kunflitt ta’ interess" għandu jintuża biss f'każijiet fejn uffiċjal jew aġent ta’ istituzzjoni tal-Unjoni jkun jinsab f’sitwazzjoni bħal din. F'każ fejn operatur ekonomiku jipprova jinfluwenza proċedura b’mod mhux xieraq jew jikseb informazzjoni kunfidenzjali, dan l-aġir għandu jiġi ttrattat bħala "kondotta ħażina professjonali gravi". Fl-aħħar nett, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jkunu f’sitwazzjoni fejn ma jistgħux jimplimentaw kuntratt minħabba xi interess professjonali kunfliġġenti, pereżempju kumpanija m'għandhiex tevalwa proġett li pparteċipat fih jew awditur m'għandux ikun f’pożizzjoni li jawditja l-kontijiet li kien iċċertifika qabel.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Għal kuntratti qafas bi ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, huwa adegwat li jitneħħa l-obbligu li lill-kuntrattur li ma kienx ta' suċċess jiġu pprovduti l-karatteristiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta ta' suċċess, u dan għar-raġuni li għoti ta' informazzjoni bħal din lill-partijiet tal-istess kuntratt qafas kull darba li jkun hemm ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni, jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din il-premessa huwa li tiċċara r-raġunament li fuqu jibbaża l-Artikolu 113(3).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mill-Artikolu 47 sal-Artikolu 50 tagħha, u għaldaqstant nistgħu nikkonkludu li għandhom jiġu żgurati l-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u tal-penali u li kulħadd għandu d-dritt għal rimedju effettiv u proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn fi proċediment għall-istess reat.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 58 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 58(8) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit, inkluża l-ġestjoni diretta, l-eżerċizzju ta’ poteri ddelegati lill-aġenziji eżekuttivi, u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209, ma’ korpi tad-dritt pubbliku jew korpi rregolati bid-dritt privat li jkollhom missjoni ta’ servizz pubbliku, ma’ korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u ma’ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fl-ambitu tal-PESK.

"8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit, inkluża l-ġestjoni diretta, l-eżerċizzju ta’ poteri ddelegati lill-aġenziji eżekuttivi, u dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ġestjoni indiretta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, ma’ korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209, ma’ korpi tad-dritt pubbliku jew korpi rregolati bid-dritt privat li jkollhom missjoni ta’ servizz pubbliku, ma’ korpi rregolati bid-dritt privat ta’ Stat Membru u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u ma’ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fl-ambitu tal-PESK. L-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li m'għandhomx l-istatus ta' organizzazzjoni internazzjonali u li huma stabbiliti minn ftehimiet intergovernattivi m'għandhomx jiġu assimiliati ma' organizzazzjoni internazzjonali bħal din.''

Ġustifikazzjoni

Aġġornament ta' emenda 2.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 60 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 60(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

3. L-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom iwaqqfu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi meta jkunu qed jesegwixxu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Sabiex jagħmlu dan huma għandhom iwettqu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, verifiki ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskji tat-tranżazzjonijiet, sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu verament qed jitwettqu u jiġu implimentati b'mod korrett. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali fejn meħtieġ f'dan ir-rigward.

"3. L-entitajiet u l-persuni fdati skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) għandhom iwaqqfu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi meta jkunu qed jesegwixxu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Sabiex jagħmlu dan huma għandhom iwettqu, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, verifiki ex ante u ex post inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskji tat-tranżazzjonijiet, sabiex jiżguraw li l-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ikunu verament qed jitwettqu u jiġu implimentati b'mod korrett. Huma għandhom jirkupraw ukoll fondi li ma kellhomx jitħallsu, iressqu proċedimenti legali fejn meħtieġ f'dan ir-rigward, u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull każ ta' frodi identifikat.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 60 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

(1b) L-Artikolu 60(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet suġġetti għal proċedura separata ta’ kwittanza skont l-Artikolu 208.

"7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet suġġetti għal proċedura separata ta’ kwittanza skont l-Artikoli 208 u 209.''

Ġustifikazzjoni

L-emenda timplimenta d-Dikjarazzjoni Konġunta li saret mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju (29.5.2014), kif ikkonfermat mill-partijiet interessati kollha matul id-diskussjoni madwar mejda tonda tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-awditjar u l-kwittanza għall-Impriżi Konġunti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 66 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

(1c) Fl-Artikolu 66, għandu jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

 

"2a. F'kull tilwima bejn istituzzjoni tal-Unjoni u uffiċjal jew ħaddiem wieħed jew aktar tagħha, il-partijiet għal dik it-tilwima jistgħu jidħlu fi ftehim (''ftehim ta' riżoluzzjoni'') bil-ħsieb li jneħħu l-inċertezza fattwali jew ġuridika, billi jagħtu konċessjonijiet reċiproċi, f'każ li l-istituzzjoni kkonċernata, filwaqt li teżerċita l-aħjar ġudizzju tagħha, tkun tqis adatta l-konklużjoni ta' tali ftehim. L-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni għandu jimplimenta d-dħul u l-ispiża li jirriżultaw minn tali ftehim.''

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1d (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 66 – paragrafu 9 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1d) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 66(9) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Ir-rapport ta' attivita' għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma' dawn l-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi provduti u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli.

Ir-rapport ta' attivita' għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet b'referenza għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati ma' dawn l-operazzjonijiet, l-użu li jkun sar mir-riżorsi provduti u l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' kontroll intern, inkluża valutazzjoni ġenerali tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli. Għandu jinkludi wkoll valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet ikkontribwixxew għas-suċċessi milħuqa mill-politiki u kemm iġġeneraw valur miżjud tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-prestazzjoni ġenerali ta' dawn l-operazzjonijiet.''

Ġustifikazzjoni

L-emenda timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti tal-Awdituri fil-paragrafi 10.63 u 10.65 tar-rapport annwali tagħha għas-sena finanzjarja 2013.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1e (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 66 – paragrafu 9 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1e) It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 66(9) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sommarju tar-rapporti annwali ta' attività għas-sena preċedenti. Ir-rapporti annwali ta' attività ta' kull l-uffiċjal awtorizzanti b'delega għandhom jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sommarju tar-rapporti annwali ta' attività għas-sena preċedenti. Ir-rapporti annwali ta' attività ta' kull uffiċjal awtorizzanti b'delega, kif ukoll ir-rapporti ta' attività annwali tal-uffiċjali awtorizzanti/uffiċjali awtorizzanti b'delega tal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji l-oħra, għandhom jitqiegħdu wkoll għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-istituzzjoni, uffiċċju, korp jew aġenzija rispettiva sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena għas-sena preċedenti.''

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1f (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 99 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

(1f) Fl-Artikolu 99, għandu jiżdied il-paragrafu 3a sussegwenti:

 

"3a. Kull sena l-istituzzjoni għandha, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza u b'kont dovut għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, tippreżenta fuq talba mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill ir-rapport annwali tal-awditjar intern kif imsemmi fil-paragrafu 3.''

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 101 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. 'Akkwist' tfisser l-akkwist permezz ta’ kuntratt ta' bini, xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.

1. 'Akkwist' tfisser l-akkwist permezz ta’ kuntratt ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi, u l-akkwist jew il-kiri ta' art, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra, minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 101 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. ''Deċiżjoni amministrattiva'' tfisser deċiżjoni ta' awtorità amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti skont il-liġi tal-pajjiż fejn huwa stabbilit l-operatur ekonomiku, il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti, jew il-liġi applikabbli tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 57(2) tad-Direttiva dwar l-akkwist, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 102 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kuntratti kollha għandhom ikunu ppreżentati għal kompetizzjoni fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta jsir użu mill-proċedura nnegozjata msemmija f'punt (d) tal-Artikolu 104(1).

2. Il-kuntratti kollha għandhom ikunu ppreżentati għal kompetizzjoni fuq il-bażi l-aktar wiesgħa, apparti milli meta jsir użu mill-proċedura nnegozjata msemmija f'punt (d) tal-Artikolu 104(1).

 

L-istima tal-valur ta' kuntratt ma tistax tiġi determinata bl-intenzjoni li wieħed jaħrab mir-regoli applikabbli, u kuntratt lanqas m'għandu jinqasam għal dik ir-raġuni.

 

L-awtorità kontraenti għandha tagħti r-raġuni meta tiddeċiedi li taqsam il-kuntratt f'biċċiet.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti qafas b'mod mhux xieraq jew b'mod li l-għan jew l-effett ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

2a. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw kuntratti qafas b'mod mhux xieraq jew b'mod li l-għan jew l-effett ikun il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew it-tfixkil tal-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 169 tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali li konsegwentement għandhom jiġu integrati fir-Regolament Finanzjarju nnifsu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 102 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. Skont il-prinċipju tas-sostenibbiltà, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jieħdu miżuri adegwati sabiex jiżguraw li fit-twettiq ta' kuntratt, l-operaturi ekonomiċi jimxu mal-obbligi tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mal-ftehimiet kollettivi jew mal-konvenzjonijiet internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________

 

1a Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.03.2014, p. 65).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 103 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Proċeduri b’valur taħt il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 118 jew l-Artikolu 190 għandhom ikunu rreklamati b’mezzi xierqa.

2. Proċeduri b’valur taħt il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 118(1) jew l-Artikolu 190 għandhom ikunu rreklamati b’mezzi xierqa.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 104 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tipi ta’ proċeduri tal-akkwisti, sistema dinamika tal-akkwistii, akkwist konġunt, kuntratti ta’ valur baxx u l-ħlas fuq preżentazzjoni ta’ fatturi.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar it-tipi ta’ proċeduri tal-akkwisti għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti b'referenza għall-valur tagħhom meta mqabbel mal-limiti massimi msemmija fl-Artikolu 118(1), dwar sistema dinamika tal-akkwisti u dwar l-akkwist konġunt.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika. L-aċċenn separat tas-sistema dinamika tal-akkwisti nżamm għaliex mhijiex proċedura tal-akkwist.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 105 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fid-dokumenti tal-akkwisti, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika s-suġġett tal-akkwist billi tipprovdi deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħha u l-karatteristiċi mitluba mix-xogħlijiet, il-provvisti, jew is-servizzi li għandhom jinxtaw u tispeċifika l-kriterji applikabbli. Hija għandha tindika wkoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.

2. Fid-dokumenti tal-akkwisti, l-awtorità kontraenti għandha tidentifika s-suġġett tal-akkwist billi tipprovdi deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħha u l-karatteristiċi mitluba mix-xogħlijiet, il-provvisti, jew is-servizzi li għandhom jinxtraw u tispeċifika l-kriterji applikabbli għall-esklużjoni, l-għażla u l-aġġudikazzjoni. Hija għandha tindika wkoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) frodi, korruzzjoni, parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, reati terrorist-related, it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin fuq il-bażi ta’ evidenza stabbilita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 108 jew kif stabbilit b’sentenza finali;

(d) frodi, frodi fiskali, evażjoni tat-taxxa, inkluża evażjoni tat-taxxa permezz ta' strutturi offshore mhux intaxxati, użu ħażin ta' assi korporattivi, miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi, korruzzjoni, parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, reati relatati mat-terroriżmu, it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin fuq il-bażi ta' evidenza stabbilita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 108 jew kif stabbilit b'sentenza finali;

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tar-Regolament Finanzjarju huwa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-UE esprimiet bosta drabi l-intenzjoni tagħha li tiġġieled kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Id-data statistika turi li d-daqs tal-ekonomija moħbija fl-UE huwa kważi għoxrin fil-mija tal-PDG. Barra minn hekk, għexieren ta' biljuni ta' euro jibqgħu offshore, spiss mhux rappurtati u lanqas intaxxati. It-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa mhijiex biss kwistjoni ta' dħul, iżda wkoll ta' ġustizzja. Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' tkompli tissaħħaħ bl-inklużjoni tal-evażjoni tat-taxxa bħala raġuni ta' esklużjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-fini ta' dan it-Titolu, ''kondotta ħażina professjonali gravi'' għandha tfisser il-ksur ta' liġijiet jew regoli jew standards etiċi tal-professjoni li għandu l-operatur ekonomiku, kif ukoll kull kondotta ħażina li għandha impatt fuq il-kredibilità professjonali meta din tkun saret b'intenzjonijiet ħżiena jew b'negliġenza kbira.

 

Il-kondotti li ġejjin jitqiesu bħala kondotta ħażina professjonali gravi:

 

(a) ir-rappreżentazzjoni ħażina tal-informazzjoni b'mod frawdolenti jew b'negliġenza;

 

(b) id-dħul fi ftehim ma' operaturi ekonomiċi oħra bl-intenzjoni ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni;

 

(c) il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

(d) it-tentattiv li wieħed jinfluwenza l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċedura;

 

(e) it-tentattiv li wieħed jikseb informazzjoni kunfidenzjali dwar il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 140(1) tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali li konsegwentement għandhom jiġu integrati fir-Regolament Finanzjarju nnifsu. Il-paragrafu addizzjonali għandu jiddaħħal qabel il-paragrafu l-ġdid li jinsab fl-emenda 8 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fost il-provi li operatur ekonomiku jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fil-paragrafu 1 jista' jkun hemm:

 

(a) fatti stabbiliti fil-kuntest tal-awditi jew l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew awditjar intern jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor li jsiru taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kontraenti;

 

(b) deċiżjonijiet amministrattivi li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinarji meħuda mill-korp superviżorju kompetenti responsabbli milli jivverifika l-applikazzjoni tal-istandards ta' etika professjonali, deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BEI, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-Kummissjoni, relatati mal-ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni jew id-deċiżjonijiet ta' awtorità nazzjonali kompetenti.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 140(1) tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali li konsegwentement għandhom jiġu integrati fir-Regolament Finanzjarju nnifsu biex jiċċaraw li d-dispożizzjoni għandha tapplika għall-provi tar-raġunijiet kollha ta' esklużjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ħlief għall-każijiet previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li ma teskludix lill-operatur ekonomiku kkonċernat meta tkun ħadet il-miżuri ta’ rimedju li juru l-affidabilità tiegħu.

3. Ħlief għall-każijiet previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, il-bord imsemmi fl-Artikolu 108 jista' jiddeċiedi li ma jeskludix lill-operatur ekonomiku kkonċernat meta jkun ħa l-miżuri ta’ rimedju li juru l-affidabilità tiegħu.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità kontraenti għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IX, dwar kull deċiżjoni li ħadet skont it-tieni subparagrafu.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-awtorità kontraenti tista' tivverifika wkoll jekk subkuntrattur ma jkunx f'sitwazzjoni ta' esklużjoni elenkata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew ikunx f'wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

7. L-awtorità kontraenti tista' tapplika wkoll il-paragrafi 1 sa 3 għal subkuntrattur ta' operatur ekonomiku, u għandha titlob li kandidat jew offerent jibdel subkuntrattur jew entità li għandu l-intenzjoni li jserraħ fuq il-kapaċità tiegħu jew tagħha, li jkun jinsab/ tkun tinsab f'sitwazzjoni ta' esklużjoni.

Ġustifikazzjoni

Aġġornament tal-emenda 9 – integrazzjoni ta' dispożizzjoni addizzjonali mill-Artikolu 141(5) tal-abbozz ta' att delegat (RAP).

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 107 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kuntratt m’għandux jingħata għal proċedura partikolari lil operatur ekonomiku li:

1. L-awtorità kontraenti m'għandhiex tagħti l-kuntratt għal proċedura partikolari lil operatur ekonomiku li:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 107 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Qabel ma tieħu d-deċiżjoni li twarrab operatur ekonomiku minn proċedura partikolari, l-awtorità kontraenti għandha tagħti ċans lill-operatur ekonomiku jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu, sakemm iċ-ċaħda tiegħu ma tkunx ġiet iġġustifikata, skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, b'deċiżjoni ta' esklużjoni li tkun ittieħdet fir-rigward tal-operatur ekonomiku wara li jkunu ġew eżaminati l-osservazzjonijiet tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mill-OLAF skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* fejn investigazzjoni tal-OLAF li tkun għaddejja turi li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(a) mill-OLAF skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* fejn investigazzjoni tal-OLAF li tkun għaddejja turi li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni għar-rispett tad-drittijiet proċedurali u fundamentali u l-ħarsien tal-informaturi;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tibbaża fuq rakkomandazzjoni ta' Transparency International.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) minn uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva f’każ ta’ kondotta ħażina professjonali gravi, preżunta irregolarità, frodi jew ksur serju tal-kuntratt;

(b) minn uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva f’każ ta’ kondotta ħażina professjonali gravi, preżunta irregolarità, frodi, korruzzjoni jew ksur serju tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat minn Transparency International.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) minn istituzzjoni oħra jew minn uffiċċju Ewropew f'każ ta' kondotta ħażina professjonali gravi, preżunta irregolarità, frodi jew ksur serju tal-kuntratt;

(c) minn istituzzjoni oħra jew minn uffiċċju Ewropew f'każ ta' kondotta ħażina professjonali gravi, preżunta irregolarità, frodi, korruzzjoni jew ksur serju tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat minn Transparency International.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien permezz tas-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni lill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha, il-korpi u l-uffiċċji Ewropej sabiex ikunu jistgħu jieħdu miżuri konservatorji preventivi u temporanji fl-implimentazzjoni tal-baġit. Dawk il-miżuri m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu previst fit-termini u l-kundizzjonijiet tad-dokumenti tal-akkwist.

L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien permezz tas-sistema tal-kontabilità tal-Kummissjoni lill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet l-oħrajn kollha, il-korpi u l-uffiċċji Ewropej sabiex ikunu jistgħu jieħdu miżuri preventivi fl-implimentazzjoni tal-baġit. Dawk il-miżuri m’għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu previst fit-termini u l-kundizzjonijiet tad-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija f’punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 106(1), għandu jiġi stabbilit bord mill-Kummissjoni fuq talba ta’ uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva jew bord konġunt fuq talba ta’ istituzzjoni, korp jew uffiċċju Ewropew ieħor. Il-bord, f’isem il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-uffiċċji Ewropej, għandu japplika l-proċedura li ġejja:

3. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija f’punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 106(1), għandu jiġi stabbilit bord mill-Kummissjoni fuq talba ta’ uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva jew bord konġunt fuq talba ta’ istituzzjoni, korp jew uffiċċju Ewropew ieħor. Il-bord għandu jaħtar bord permanenti ta' livell għoli u għandu jkun magħmul minn membri b'kompetenzi tekniċi u ġuridiċi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bord ikun jista' jaħdem b'mod indipendenti. Il-bord, f’isem il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-uffiċċji Ewropej oħra, għandu japplika l-proċedura li ġejja:

Ġustifikazzjoni

L-emenda tibbaża fuq xi rakkomandazzjonijiet ta' Transparency International.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn it-talba tal-uffiċjal awtorizzanti tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-informazzjoni mogħtija mill-OLAF, l-Uffiċċju għandu jikkopera mal-bord skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013;

(c) fejn it-talba tal-uffiċjal awtorizzanti tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-informazzjoni mogħtija mill-OLAF, l-Uffiċċju għandu jikkopera mal-bord skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, b'kunsiderazzjoni għar-rispett tad-drittijiet proċedurali u fundamentali u l-ħarsien tal-informaturi;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tibbaża fuq rakkomandazzjoni ta' Transparency International.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-bord jista’ jieħu deċiżjoni ta’ esklużjoni inkluż fir-rigward tat-tul tal-esklużjoni u/jew jista’ jimponi penali finanzjarja fuq il-bażi ta’ evidenza u informazzjoni mibgħuta b’kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità;

(f) il-bord jista’ jieħu deċiżjoni ta’ esklużjoni inkluż fir-rigward tat-tul tal-esklużjoni u/jew jista’ jimponi penali finanzjarja fuq il-bażi ta’ evidenza u informazzjoni mibgħuta b’kont meħud tal-prinċipju tal-proporzjonalità; il-penali finanzjarja għandha tirrappreżenta bejn 2 % u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' danni likwidati jew pieni kuntrattwali oħrajn;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 145 tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali li konsegwentement għandhom jiġu integrati fir-Regolament Finanzjarju nnifsu.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każijiet eċċezzjonali, inkluż fejn ikunu kkonċernati persuni fiżiċi jew fejn huwa neċessarju li tkun ippreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċediment ġudizzjarju nazzjonali, il-bord jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax l-esklużjoni jew il-penali finanzjarja kif stipulat fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kunsiderazzjoni xierqa tad-dritt għall-privatezza u b’rispett għad-drittijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

F’każijiet eċċezzjonali, inkluż fejn ikunu kkonċernati persuni fiżiċi jew fejn huwa neċessarju li tkun ippreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew ta’ proċediment ġudizzjarju nazzjonali, il-bord jista’ jiddeċiedi li ma jippubblikax l-esklużjoni jew il-penali finanzjarja kif stipulat fil-punt (h) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, b’kunsiderazzjoni xierqa tad-dritt għall-privatezza u b’rispett għad-drittijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Minkejja dan t'hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tinforma fuq bażi regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dawn id-deċiżjonijiet, filwaqt li tuża l-miżuri adegwati biex tiżgura l-kunfidenzjalità.

 

L-awtorità kontraenti għandha tadotta l-miżuri neċessarji biex timplimenta d-deċiżjoni tal-bord.

Ġustifikazzjoni

F'każijiet li fihom id-deċiżjoni tal-bord ma tistax tiġi ppubblikata, il-Kummissjoni għandha tal-anqas tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill dwarha. Barra minn hekk, qed jiddaħħal subparagrafu ġdid biex jiċċara r-rabta bejn id-deċiżjoni meħuda mill-bord u l-implimentazzjoni tagħha mill-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ħames snin għall-każ imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 106(1).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 106(1)(d) – korruzzjoni, finanzjament tat-terroriżmu, traffikar ta' bnedmin eċċ, – il-bord għandu jkollu l-possibbiltà li jeskludi lill-operatur ekonomiku fuq bażi permanenti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-perjodu ta' limitazzjoni biex jiġu esklużi jew imposti penali finanzjarji fuq operatur ekonomiku għandu jkun ta' ħames snin ikkalkulati minn waħda mid-dati li ġejjin:

(a) id-data li fiha sar l-għemil ħażin jew, fil-każ ta' għemil ħażin li għadu għaddej jew ripetut, id-data meta waqaf l-għemil ħażin, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 106(1) ta' dan ir-Regolament; jew

(b) id-data tal-ġudizzju finali ta' ġurisdizzjoni nazzjonali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ta' awtorità pubblika jew ta' organizzazzjoni internazzjonali, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), u (d) tal-Artikolu 106(1) ta' dan ir-Regolament.

Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att tal-Kummissjoni jew kwalunkwe entità oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, li jiġi notifikat lill-operatur ekonomiku u li jittratta l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi. Perjodu ġdid ta' limitazzjoni għandu jibda fil-ġurnata ta' wara l-interruzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-Artikolu 106(1) ta' dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta' limitazzjoni għall-esklużjoni jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarji fuq operatur ekonomiku previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 144(2) tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali u għalhekk għandu jiġi integrat fir-Regolament Finanzjarju nnifsu.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Sabiex jiġu determinati l-esklużjoni u t-tul tagħha jew il-penali finanzjarji f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, il-bord għandu jqis b'mod partikolari l-gravità tas-sitwazzjoni, inklużi l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-impressjoni ġenerali tal-Unjoni, il-ħin li għadda mindu sar l-għemil ħażin, it-tul u kemm-il darba seħħ, l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza u l-miżuri meħuda biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni jew kwalunkwe ċirkostanzi ta' taffija oħra.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 144(1) tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali u għalhekk għandu jiġi integrat fir-Regolament Finanzjarju nnifsu.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kif ukoll il-BĊE, il-BEI, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-entitajiet li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 58 u 61 għandhom:

5. Fil-każ fejn il-kondotta tal-operaturi ekonomiċi kienet ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kif ukoll il-BĊE, il-BEI, il-Fond Ewropew tal-Investiment u l-entitajiet li jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikoli 58 u 61 għandhom:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri jonqsu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti, huma għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dannu kkawżat lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni attribwit għal tali nuqqas.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' mekkaniżmu addizzjonali ta' sanzjoni għall-Istati Membri li jonqsu milli jikkoperaw mal-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni bikrija u s-sistema ta' esklużjoni.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ fejn il-baġit jiġi implimentat b'ġestjoni indiretta ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ta' esklużjoni jew timponi penali finanzjarja skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, wara li l-pajjiż terz inkarigat skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) ikun naqas milli jagħmel dan. Dan m'għandux jaffettwa r-responsabbiltà, skont l-Artikolu 60(3), tal-pajjiż terz milli jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi l-irregolaritajiet u l-frodi.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-prattika EDF biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjonijiet ta' esklużjoni jekk min għandu d-delega jonqos milli jagħmel dan.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar is-sistema tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi proċeduri standardizzati u d-dettalji suġġetti għall-pubblikazzjoni, il-limiti ta’ żmien għall-esklużjoni, l-organizzazzjoni tal-bord, it-tul tal-esklużjoni u l-pieni finanzjarji.

8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar is-sistema tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi proċeduri standardizzati u d-dettalji suġġetti għall-pubblikazzjoni, il-limiti ta’ żmien għall-esklużjoni, l-organizzazzjoni tal-bord, il-kriterji li jistabbilixxu l-membri tal-bord, il-proċess ta' għażla għall-membri tal-bord, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-bord, it-tul tal-esklużjoni u l-pieni finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat minn Transparency International.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 110 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikat fid-dokumenti tal-akkwisti.

(c) il-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikati fid-dokumenti tal-akkwisti u mhuwiex suġġett għal kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 110 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-għoti ta’ kuntratti fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

2. L-awtorità kontraenti għandha tibbaża l-għoti ta’ kuntratti fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/24/UE.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 110 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li ma taġġudikax kuntratt lill-offerent li jkun ressaq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża fil-każ li jkun ġie stabbilit li l-offerta ma timxix mal-obbligi tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali, mal-ftehimiet kollettivi jew mal-konvenzjonijiet internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X tad-Direttiva 2014/24/UE.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 111 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità kontraenti tista', jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-offerenti jippreżentaw garanzija bil-quddiem biex jiżguraw li l-offerti ppreżentati ma jiġux irtirati.

3. L-awtorità kontraenti tista', jekk dan jitqies xieraq u proporzjonat, titlob lill-offerenti jippreżentaw garanzija bil-quddiem biex jiżguraw li l-offerti ppreżentati ma jiġux irtirati. Il-garanzija mitluba għandha tkun proporzjonata mal-valur stmat tal-kuntratt u tkun ta' livell baxx ħafna sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni bejn operaturi ekonomiċi differenti.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 112 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Waqt li l-proċedura tal-aġġudikazzjoni tkun għaddejja, il-kuntatti kollha bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jassiguraw trasparenza u trattament ugwali. Wara ż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti, dawn il-kuntatti ma għandhomx iwasslu għal bidliet fid-dokumenti tal-akkwist jew għal tibdil sostanzjali fit-termini tal-preżentazzjoni tal-offerti, ħlief fejn proċedura stabbilita fl-Artikolu 104(1) tippermetti b’mod speċifiku dawn il-possibbiltajiet.

1. Waqt li l-proċedura tal-aġġudikazzjoni tkun għaddejja, il-kuntatti kollha bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati jew l-offerenti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li jassiguraw trasparenza, trattament ugwali u amministrazzjoni tajba, kif stabbilit fl-Artikolu 96. Wara ż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti, dawn il-kuntatti ma għandhomx iwasslu għal bidliet fid-dokumenti tal-akkwist jew għal tibdil sostanzjali fit-termini tal-preżentazzjoni tal-offerti, ħlief fejn proċedura stabbilita fl-Artikolu 104(1) tippermetti b’mod speċifiku dawn il-possibbiltajiet.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 114a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtorità kontraenti tista’ timmodifika kuntratt jew qafas ta’ kuntratt b’mod sostanzjali mingħajr proċedura tal-akkwisti biss fil-każi stipulati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u sakemm il-modifika sostanzjali ma tibdilx is-suġġett tal-kuntratt jew il-kuntratt qafas.

2. L-awtorità kontraenti tista’ timmodifika kuntratt jew qafas ta’ kuntratt mingħajr proċedura tal-akkwisti biss fil-każi stipulati fil-paragrafu 2a jew fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament u sakemm il-modifika ma tibdilx is-suġġett jew in-natura ġenerali tal-kuntratt jew il-kuntratt qafas.

Ġustifikazzjoni

Aġġornament ta' emenda 20 b'referenza miżjuda għall-paragrafu 2a, wara li ddaħħal dan tal-aħħar. Tmiem is-sentenza allinjat mal-Artikolu 72(1)(c) tad-Direttiva 2014/24/UE.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 114a - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Kuntratt jew kuntratt speċifiku jista' jiġi modifikat mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist fi kwalunkwe waħda mill-każijiet li ġejjin:

 

(a) fejn isiru neċessarji xogħlijiet addizzjonali, provvisti jew servizzi mill-kuntrattur oriġinali li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali u jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(i) ma jistax jinbidel il-kuntrattur minħabba raġunijiet tekniċi marbuta ma' rekwiżiti ta' interkambjabbiltà jew interoperabbiltà ta' tagħmir, servizzi jew stallazzjonijiet eżistenti;

 

(ii) bidla fil-kuntrattur twassal għal duplikazzjoni sostanzjali fl-ispejjeż għall-awtorità kontraenti;

 

(iii) kull żieda fil-prezz, inkluż il-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

 

(b) fil-każ fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(i) il-ħtieġa ta' modifika ġiet minħabba ċirkostanzi li awtorità kontraenti diliġenti ma setgħetx tipprevedi;

 

(ii) kull żieda fil-prezz ma taqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt inizjali;

 

(c) fil-każ fejn il-valur tal-modifika hija inqas minn dawn iż-żewġ valuri;

 

(i) il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 118(1) u l-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 190(2) fil-qasam tal-azzjonijiet esterni applikabbli fi żmien il-modifika; kif ukoll

 

(ii) 10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti ta' servizzi u ta' forniment u kuntratti ta' konċessjoni (xogħlijiet jew servizzi) u 15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għal kuntratti ta' xogħlijiet.

 

Il-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu jistgħu japplikaw ukoll għal kuntratti qafas.

 

Il-valur tal-kuntratt inizjali m'għandux iqis ir-reviżjonijiet tal-prezzijiet.

 

Il-valur kumulattiv nett ta' bosta modifiki suċċessivi taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu m'għandux jaqbeż il-limiti massimu stabbilit.

 

L-awtorità kontraenti għandha tapplika l-miżuri pubbliċitarji ex-post previsti fl-Artikolu 103(1).

Ġustifikazzjoni

Fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, l-Artikolu 162 tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, qed jiġi ttrasferit fil-livell tar-Regolament Finanzjarju, billi dan fih dispożizzjonijiet essenzjali.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 115 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiżguraw rendiment sħiħ tal-kuntratt wara l-ħlas tal-bilanċ.

(c) jiżguraw rendiment sħiħ tal-kuntratt matul il-perjodu ta' responsabbiltà tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-prassi regolari internazzjonali / korrezzjoni ta' żball tekniku: f'xi każijiet il-ħlas tal-bilanċ isir fi tmiem il-kuntratt.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 118 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti ’il fuq mil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perjodu ta’ pawsa.

2. Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament, l-awtorità kontraenti ma għandhiex, fil-każ ta’ kuntratti ’il fuq mil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 1, tiffirma l-kuntratt jew il-kuntratt qafas mal-offerent li jkun rebħu qabel ma jgħaddi perjodu ta’ pawsa. Il-kuntratti ffirmati qabel it-tmiem tal-perjodu ta' pawsa m'għandhomx jgħoddu.

Ġustifikazzjoni

Kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 139 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

(10a) L-Artikolu 139(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

5. Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dawk l-istrumenti, inklużi r-regoli għall-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji ġestiti direttament jew indirettament skont dan it-Titolu, jiġi dispost għalihom fir-Regolament li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 175.

"5. Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li japplikaw għal dawk l-istrumenti, inklużi r-regoli għall-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji ġestiti direttament jew indirettament skont dan it-Titolu, jiġi dispost għalihom fir-Regolament li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 175. Minkejja dan t'hawn fuq, l-Artikolu 140(8) għandu japplika wkoll għall-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża.''

Ġustifikazzjoni

Huwa fundamentali li jkun hemm rappurtar sħiħ u magħqud dwar l-istrumenti finanzjarji kollha, kemm jekk implimentati taħt ġestjoni diretta, kondiviża jew indiretta, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' twettaq tajjeb il-funzjoni ta' skrutinju tagħha.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 139 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Ma għandu jingħata l-ebda appoġġ finanzjarju lil strumenti ta’ investiment iddedikati, lil intermedjarji finanzjarji u lil benefiċjarji finali fejn dawn ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 106(1) u fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 107(1).

''5a. Ma għandu jingħata l-ebda appoġġ finanzjarju lil strumenti ta’ investiment iddedikati, lil intermedjarji finanzjarji u lil benefiċjarji finali fejn dawn ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Artikolu 106(1) u fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 107(1).''

Ġustifikazzjoni

Il-frodi fil-qasam tas-sigurtà soċjali, il-frodi fiskali u l-kunflitti ta' interess ukoll għandhom jikkostitwixxu kriterji ta' esklużjoni għall-istrumenti finanzjarji.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 162 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

(11a) L-Artikolu 162(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li hi, fl-opinjoni tagħha, tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti l-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

"1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li hi, fl-opinjoni tagħha, tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Għandhom, madankollu, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew jekk jitlobhom, jekk ikun xieraq fuq bażi kunfidenzjali. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti l-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.''

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 163 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

(11b) L-Artikolu 163(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjoni jew korp ikkonċernat l-osservazzjonijiet kollha tagħha li huma, fl-opinjoni tagħha, tali li għandhom jidhru f'rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

"1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-istituzzjoni jew korp ikkonċernat l-osservazzjonijiet kollha tagħha li huma, fl-opinjoni tagħha, tali li għandhom jidhru f'rapport speċjali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja.

L-istituzzjoni jew korp ikkonċernat għandu jkollu xahrejn u nofs żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri b'xi risposti li huma jkunu jixtiequ jagħmlu rigward l-osservazzjonijiet.

L-istituzzjoni jew korp ikkonċernat għandu jkollu ġeneralment ħames ġimgħat żmien sabiex fihom jinfurmaw lill-Qorti tal-Awdituri b'xi risposti li huma jkunu jixtiequ jagħmlu rigward l-osservazzjonijiet.

 

It-tweġibiet tal-istituzzjoni jew korp ikkonċernat għandhom jindirizzaw dawn l-osservazzjonijiet b'mod dirett u esklużiv.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tadotta l-verżjoni definittiva tar-rapport speċjali kkonċernat fix-xahar ta’ wara meta tirċievi r-risposti magħmula mill-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tiżgura li r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati fi żmien perjodu adegwat, li ġeneralment m'għandux ikun ta' aktar minn 12-il xahar.

Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati, għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.

Ir-rapport speċjali, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet jew korpi kkonċernati, għandhom ikunu trażmessi mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u kull wieħed minnhom għandu jiddeċiedi, meta xieraq flimkien mal-Kummissjoni, liema azzjoni għandha tittieħed bħala reazzjoni għal dan.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernat ikunu ppubblikati immedjatament flimkien mar-rapport speċjali.''

Il-Qorti tal-Awdituri għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li t-tweġibiet għall-osservazzjonijiet tagħha minn kull istituzzjoni jew korp ikkonċernat, kif ukoll il-perjodu ta' żmien sabiex jiġi abbozzat ir-rapport speċjali, ikunu ppubblikati immedjatament flimkien mar-rapport speċjali.''

Ġustifikazzjoni

Aġġornament ta' emenda 22.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11c (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 164

 

Test fis-seħħ

Emenda

(11c) L-Artikolu 164 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

"1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikoli 208 u 209, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment.

2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati bir-raġunijiet għall-posponiment.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, l-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jieħdu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex ineħħu jew jiffaċilitaw it-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11d (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 165 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

(11d) L-Artikolu 165(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

3. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

"3. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 208 u 209 għandhom jittrażmettu lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11e (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 166

 

Test fis-seħħ

Emenda

(11e) L-Artikolu 166 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.

"1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn imsemmija fl-Artikoli 208 u 209 għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.

 

2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.

2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet u l-korpi msemmijin hawn fuq għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lil dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.''

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 190 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna.

1. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist marbuta mal-missjonijiet ċivili fl-ambitu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) bil-għan li jiġi garantit l-iżvolġiment rapidu u flessibbli tal-operazzjonijiet, u jiġu stabbiliti b'mod partikolari, proċeduri rapidi adatti li għandhom jiġu applikati għall-missjonijiet ċivili PSDK.

Ġustifikazzjoni

Il-missjonijiet PSDK, skont id-definizzjoni tagħhom, joperaw f'kuntesti ta' kriżi jew ta' wara l-kriżi u fi żmien limitat. Ir-regoli ġenerali tal-UE fil-qasam tal-akkwist mhumiex adatti għal sitwazzjonijiet bħal dawn u l-applikazzjoni tagħhom tikkaġuna dewmien notevoli kif ukoll ineffiċjenzi. L-applikazzjoni każ b'każ tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-flessibilità ma ssolvix il-problema b'mod suffiċjenti. Għaldaqstant għandhom ikunu adottati regoli speċifiċi, permezz ta' att delegat, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 208 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a) Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 208 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

''Korpi tal-Unjoni li jiffinanzjaw lilhom infushom kompletament, u li dan ir-Regolament ma japplikax għalihom, għandhom jistabbilixxu regoli simili fejn adegwat għal finijiet ta' konsistenza. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi t-tariffi jiġu stabbiliti f’livell xieraq biex ikopru l-ispejjeż biex jipprovdu s-servizzi u jevitaw surplus sinifikanti. Fil-każ ta’ surplus, il-flus għandhom jiġu assenjati lill-baġit tal-Unjoni.''

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 209

 

Test fis-seħħ

Emenda

(14b) L-Artikolu 209 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

"1. Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regolament finanzjarju mudell permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 210 li għandu jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regolament finanzjarju mudell permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 210 li għandu jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

 

2. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jagħtu, skont ma jkun jixraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-preżenza fil-laqgħat tal-korpi rilevanti.

 

3. L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess setgħat fuq il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.

 

4. Awditur estern indipendenti għandu jivverifika li l-kontijiet annwali ta' kull wieħed mill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jippreżentaw b'mod adegwat id-dħul, in-nefqa u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel ma ssir il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni jew sad-data stabbilita fir-regoli finanzjarji tal-korpi rilevanti. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku msemmi fil-paragrafu 1, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji Rapport Annwali Speċifiku dwar kull korp skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 287(1) TFUE. Matul it-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Qorti għandha tqis il-ħidma ta’ awditjar li tkun saret mill-awditur estern indipendenti u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għas-sejbiet tal-awditur.''

Ġustifikazzjoni

L-emenda timplimenta d-Dikjarazzjoni Konġunta li saret mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju (29.5.2014), kif ikkonfermat mill-partijiet interessati kollha matul id-diskussjoni madwar mejda tonda tat-13 ta' Novembru 2014 dwar l-awditjar u l-kwittanza għall-Impriżi Konġunti.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (27.1.2015)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(COM(2014)0358) – C8‑0029/2014 – 2014/0180(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Christian Ehler

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta intiża li tallinja r-regolament finanzjarju mad-dispożizzjonijiet tad-direttivi l-ġodda dwar l-akkwist pubbliku u dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Din il-proposta tinkludi modifika tal-Artikolu 190 dwar l-"akkwisti fl-azzjonijiet esterni", li hija pertinenti għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.

Tabilħaqq, l-obbligu li jiġu applikati regoli ġenerali tal-UE fil-qasam tal-akkwist għall-miżuri ta' ġestjoni tal-kriżi fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, u partikolarment il-missjonijiet ċivili fil-qafas tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK), jikkaġuna dewmien notevoli fl-akkwist ta' tagħmir u servizzi essenzjali b'effett negattiv konsiderevoli fuq il-funzjonament tal-missjonijiet.

Bħala regola, il-missjonijiet PSDK ikollhom joperaw f'kuntest ta' kriżi u fi żmien limitat. Jiġu varati b'deċiżjoni unanima tal-Kunsill, li tirrikonoxxi l-ħtieġa ta' risposta urġenti għal kriżi. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli finanzjarji eżistenti, maħsuba għal suq intern Ewropew funzjonanti pjuttost milli għas-sitwazzjonijiet ta' kriżi f'pajjiżi bħall-Mali jew is-Sudan t'Isfel, spiss tfisser li l-materjali essenzjali jiġu kkonsenjati aktar minn sitt xhur wara li tiġi varata s-sejħa għall-offerti.

Fin-nofs hemm il-kredibilità tal-UE fix-xena internazzjonali, f'mumenti meta l-Unjoni tassumi impenji importanti għall-paċi u għas-sigurtà, bħal fil-Ġeorġja fl-2008. Spiss fin-nofs ikun hemm ukoll is-sigurtà tal-persunal tagħha, li jkun jonqsu tagħmir essenzjali, ngħidu aħna vetturi blindati. Din l-ineffiċjenza perikoluża ġiet denunzjata mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha tal-2012 dwar l-appoġġ tal-UE mogħti lill-Kosovo, li kkonkluda li r-regoli fil-qasam tal-akkwist stabbiliti fir-regolament finanzjarju mhumiex imfassla għal missjonijiet tal-PSDK...fejn reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli huma xi kultant meħtieġa.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għaldaqstant jidhirlu li għandhom jiġu introdotti regoli speċifiċi għall-missjonijiet PSDK, li skont id-definizzjoni tagħhom joperaw f'kuntesti ta' kriżi jew ta' wara l-kriżi. Dan huwa konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013, li stiednu "lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-proċeduri u r-regoli għall-missjonijiet ċivili jkunu jippermettu lill-Unjoni biex tkun aktar flessibbli u tħaffef il-mobilizzazzjoni tal-missjonijiet ċivili tal-UE".

Il-Kumitat jappoġġja kull sforz intiż li jżid l-effiċjenza fl-ambitu tar-regoli attwali u huwa tal-fehma li hija biss ġabra speċifika ta' regoli bi proċeduri flessibbli, li toħroġ mil-loġika attwali ta' każ b'każ, li tista' tiggarantixxi mobilizzazzjoni malajr konformi mal-esiġenzi loġistiċi u mar-rekwiżiti ta' sigurtà. Tali regoli jkunu jiggarantixxu protezzjoni adegwata tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fil-kuntest tal-ksib tal-objettivi ewlenin tal-UE fil-qasam tas-sigurtà, u, bħala riżultat ta' dan, jirrispondu aħjar għall-obbligu ta' ġestjoni finanzjarja tajba, effikaċi u effiċjenti.

Barra minn hekk, emendi oħrajn tar-regolament finanzjarju huma xierqa biex tiżdied l-effiċjenza tal-missjonijiet PSDK, li l-Parlament madankollu ma jistax jittratta fi ħdan il-kuntest ta' din il-proposta. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li temenda l-Artikolu 56 bil-għan li tippermetti d-delega tas-setgħat ta' implimentazzjoni tal-baġit lill-kmandant tal-operazzjoni ċivili bl-istess mod kif għamlet fil-każ tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-UE. Modifika bħal din iżżid il-veloċità u l-flessibilità tal-istabbiliment u tal-funzjonament tal-missjonijiet PSDK u tippermettilhom jaqdu l-mandat tagħhom b'mod li jkun aktar effiċjenti u adattat aħjar għall-kuntesti ta' kriżi li joperaw fihom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 190 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna.

1. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 210 rigward ir-regoli dettaljati dwar l-akkwist pubbliku ta’ azzjoni esterna. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-akkwist marbuta mal-missjonijiet ċivili fl-ambitu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) bil-għan li jiġi garantit l-iżvolġiment rapidu u flessibbli tal-operazzjonijiet, u jiġu stabbiliti, partikolarment, proċeduri rapidi adatti li għandhom ikunu applikati għall-missjonijiet ċivili PSDK.

Ġustifikazzjoni

Il-missjonijiet PSDK, skont id-definizzjoni tagħhom, joperaw f'kuntesti ta' kriżi jew ta' wara l-kriżi u fi żmien limitat. Ir-regoli ġenerali tal-UE fil-qasam tal-akkwist mhumiex adatti għal sitwazzjonijiet bħal dawn u l-applikazzjoni tagħhom tikkaġuna dewmien notevoli kif ukoll ineffiċjenzi. L-applikazzjoni każ b'każ tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-flessibilità ma ssolvix il-problema b'mod suffiċjenti. Għaldaqstant għandhom ikunu adottati regoli speċifiċi, permezz ta' att delegat, b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tal-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

Referenzi

COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.7.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

3.7.2014

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Christian Ehler

22.9.2014

Eżami fil-kumitat

3.12.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Afzal Khan, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jacek Saryusz-Wolski, Alyn Smith, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Ivo Vajgl, Johannes Cornelis van Baalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Mariya Gabriel, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Traian Ungureanu, Janusz Zemke

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonás Fernández, Ramón Jáuregui Atondo, Liliana Rodrigues


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (27.1.2015)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, EURATOM) Nru 966/2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

(COM(2014)0358 – C8‑0029/2014 – 2014/0180(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Tamás Deutsch

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-akkwist pubbliku għandu jservi biex jiżgura li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b’mod effettiv, trasparenti, u xieraq: f’dawk iċ-ċirkostanzi, il-proċeduri ta’ akkwist għandhom jiġu spustati għal fuq l-internet, minħabba li dan jiffranka ħafna flus meta mqabbel ma’ proċeduri tal-akkwist pubbliku konvenzjonali, filwaqt li jagħmel dawn il-proċeduri aktar aċċessibbli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Huwa xieraq li każijiet normalment magħrufa bħala sitwazzjonijiet ta’ "kunflitt ta’ interess" jiġu identifikati u ttrattati b'mod distint. Il-kunċett ta’ "kunflitt ta’ interess" għandu jintuża biss f'każijiet fejn uffiċjal jew aġent ta’ istituzzjoni tal-UE jinsab f’sitwazzjoni bħal din. F'każ li fih l-operatur ekonomiku jipprova jinfluwenza proċedura b’mod mhux xieraq jew jikseb informazzjoni kunfidenzjali, dan l-aġir għandu jiġi ttrattat bħala "kondotta professjonali ħażina gravi". Fl-aħħar nett, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jkunu f’sitwazzjoni fejn ma jistgħux jimplimentaw kuntratt minħabba xi interess professjonali kunfliġġenti, pereżempju kumpanija m'għandhiex tevalwa proġett li pparteċipat fih jew awditur m'għandux ikun f’pożizzjoni li jawditja l-kontijiet li kien iċċertifika qabel.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mill-Artikolu 47 sal-Artikolu 50 tagħha, u għaldaqstant nistgħu nikkonkludu li għandhom jiġu żgurati l-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u tal-pieni u li kulħadd għandu d-dritt għal rimedju effettiv u proċess imparzjali, id-dritt għad-difiża u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn fi proċediment għall-istess reat.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 60 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a) L-Artikolu 60(7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

'7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet suġġetti għal proċedura separata ta’ kwittanza skont l-Artikolu 208.

'7. Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-entitajiet suġġetti għal proċedura separata ta’ kwittanza skont l-Artikoli 208 u 209.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li r-Regolament Finanzjarju jiġi modifikat sabiex jinkludi d-Dikjarazzjoni Konġunta li saret mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju (29.5.2014).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 99 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b) L-Artikolu 99(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

5. Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih sommarju tan-numru u t-tip ta’ awditi interni mwettqa, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

'5. Ta' kull sena l-istituzzjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fuq talba mill-Parlament, dwar awditi interni mwettqa, filwaqt li tagħti informazzjoni dwar in-numru u t-tip ta' dawk l-awditi, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u l-azzjoni meħuda fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.'

Ġustifikazzjoni

Skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 319(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kummissjoni għandha tagħti kull informazzjoni neċessarja lill-Parlament Ewropew fuq talba ta’ dan tal-aħħar." Fir-Regolament Finanzjarju għandu jintuża lingwaġġ li ma jfixkilx l-implimentazzjoni ta' din id-dispożizzjoni tat-Trattat.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) frodi, korruzzjoni, parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, reati terrorist-related, it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta’ traffikar tal-bnedmin fuq il-bażi ta’ evidenza stabbilita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 108 jew kif stabbilit b’sentenza finali;

(d) frodi, frodi fiskali, evażjoni tat-taxxa, inkluża evażjoni tat-taxxa permezz ta' strutturi offshore mhux intaxxati, użu ħażin ta' assi korporattivi, miżapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi, korruzzjoni, parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali, il-ħasil tal-flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu, reati relatati mat-terroriżmu, it-tħaddim tat-tfal jew forom oħra ta' traffikar tal-bnedmin fuq il-bażi ta' evidenza stabbilita mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 108 jew kif stabbilit b'sentenza finali;

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-prinċipji u l-għanijiet ewlenin tar-Regolament Finanzjarju huwa l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-UE esprimiet bosta drabi l-intenzjonijiet tagħha biex tiġġieled kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Id-data statistika turi li d-daqs tal-ekonomija moħbija fl-UE huwa kważi għoxrin fil-mija tal-PDG. Barra minn hekk, għexieren ta' biljuni ta' euro jibqgħu offshore, spiss mhux rappurtati u lanqas intaxxati. It-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa mhijiex biss kwistjoni ta' dħul, iżda wkoll ta' ġustizzja. Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista' tkompli tissaħħaħ bl-inklużjoni tal-evażjoni tat-taxxa bħala raġuni ta' esklużjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fost il-provi li operatur ekonomiku jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fil-paragrafu 1 jista' jkun hemm:

 

(a) fatti stabbiliti fil-kuntest tal-awditi jew l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri, l-OLAF jew l-awditjar intern jew kwalunkwe verifika, awditu jew kontroll ieħor li jsiru taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kontraenti;

 

(b) deċiżjonijiet amministrattivi li jistgħu jinkludu miżuri dixxiplinarji meħuda mill-korp superviżorju kompetenti responsabbli milli jivverifika l-applikazzjoni tal-istandards ta' etika professjonali, deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BEI, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-Kummissjoni, relatati mal-ksur tar-regoli ta' kompetizzjoni tal-Unjoni jew id-deċiżjonijiet ta' awtorità nazzjonali kompetenti.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 140(1) tal-abbozz ta' att delegat (RAP), kif ippreżentat mill-Kummissjoni matul l-ewwel sensiela ta' laqgħat tal-gruppi ta' esperti, fih xi dispożizzjonijiet fundamentali li konsegwentement għandhom jiġu integrati fir-Regolament Finanzjarju nnifsu biex jiċċaraw li d-dispożizzjoni għandha tapplika għal provi tar-raġunijiet kollha ta' esklużjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ħlief għall-każijiet previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li ma teskludix lill-operatur ekonomiku kkonċernat meta tkun ħadet il-miżuri ta’ rimedju li juru l-affidabilità tiegħu.

3. Ħlief għall-każijiet previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, il-bord imsemmi fl-Artikolu 108 jista' jiddeċiedi li ma jeskludix lill-operatur ekonomiku kkonċernat meta jkun ħa l-miżuri ta’ rimedju li juru l-affidabilità tiegħu.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija f’punti (b), (d) u (e) tal-Artikolu 106(1), għandu jiġi stabbilit bord mill-Kummissjoni fuq talba ta’ uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta’ aġenzija eżekuttiva jew bord konġunt fuq talba ta’ istituzzjoni, korp jew uffiċċju Ewropew ieħor. Il-bord, f’isem il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-uffiċċji Ewropej, għandu japplika l-proċedura li ġejja:

3. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija f'punti (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 106(1), għandu jiġi stabbilit bord newtrali u politikament indipendenti mill-Kummissjoni fuq talba ta' uffiċjal awtorizzanti tal-Kummissjoni jew ta' aġenzija eżekuttiva, jew għandu jiġi stabbilit bord konġunt mill-Kummissjoni fuq talba ta' istituzzjoni, korp jew uffiċċju Ewropew ieħor. Il-bord jew il-bord konġunt għandu jaħtar korp permanenti ta' livell għoli u għandu jkun magħmul minn membri b'kompetenzi tekniċi u ġuridiċi. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bord jew il-bord konġunt jaħdmu b’mod indipendenti. Il-bord jew il-bord konġunt għandhom, f'isem il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-uffiċċji Ewropej oħra, japplikaw il-proċedura li ġejja:

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-esklużjoni għandha tkun permanenti fil-każ ta’ attivitajiet illegali fil-kuntest tal-kriminalità organizzata.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-perjodu ta' limitazzjoni għall-esklużjoni u/jew l-impożizzjoni ta' pieni finanzjarji fuq operatur ekonomiku għandu jkun ta' għaxar snin li jibdew jgħoddu minn kwalunkwe data minn dawn li ġejjin:

 

(a) id-data li fiha sar l-għemil ħażin jew, fil-każ ta' għemil ħażin li għadu għaddej jew ripetut, id-data meta waqaf l-għemil ħażin, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 106(1);

 

(b) id-data tal-ġudizzju finali ta' qorti nazzjonali jew id-deċiżjoni amministrattiva finali ta' awtorità pubblika jew ta' organizzazzjoni internazzjonali, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b), (c), u (d) tal-Artikolu 106(1).

 

Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jiġi interrott bi kwalunkwe att tal-Kummissjoni jew kwalunkwe entità oħra involuta fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, li jiġi notifikat lill-operatur ekonomiku u li jittratta l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġuridiċi. Perjodu ġdid ta' limitazzjoni għandu jibda fil-ġurnata ta' wara l-interruzzjoni.

 

Għall-finijiet tal-punt (f) tal-Artikolu 106(1) ta' dan ir-Regolament, għandu japplika l-perjodu ta' limitazzjoni għall-esklużjoni u/jew l-impożizzjoni ta' penali finanzjarji fuq operatur ekonomiku previst fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95*.

 

__________________

 

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sabiex jiġu determinati l-esklużjoni u t-tul tagħha u/jew il-penali finanzjarji f'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, il-bord għandu jqis b'mod partikolari l-gravità tas-sitwazzjoni, inklużi l-impatt fuq l-interessi finanzjarji u l-impressjoni ġenerali tal-Unjoni, il-ħin li għadda mindu sar l-għemil ħażin, it-tul u kemm-il darba seħħ, l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza u l-miżuri meħuda biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni jew kwalunkwe ċirkostanzi ta' taffija oħra.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 144(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 qed jiġi ttrasferit bħala l-Artikolu 108(4)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, dwar iċ-ċirkostanzi li għandhom jitqiesu meta tkun imposta l-esklużjoni u t-tul ta' żmien tagħha u/jew il-pieni finanzjarji.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 108 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ fejn il-baġit jiġi implimentat b'ġestjoni indiretta ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni ta' esklużjoni jew timponi penali finanzjarja skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3, wara li l-pajjiż terz inkarigat skont il-punt (c) tal-Artikolu 58(1) ikun naqas milli jagħmel dan. Dan m'għandux jaffettwa r-responsabbiltà, skont l-Artikolu 60(3), tal-pajjiż terz milli jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi l-irregolaritajiet u l-frodi.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-prattika EDF biex ikun żgurat li l-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjonijiet ta' esklużjoni jekk min għandu d-delega jonqos milli jagħmel dan.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 110 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikat fid-dokumenti tal-akkwisti.

(c) il-kandidat jew l-offerent jissodisfa l-kriterji tal-għażla speċifikati fid-dokumenti tal-akkwisti u mhuwiex suġġett għal kunflitti ta’ interess li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 162 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a) L-Artikolu 162(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li hi, fl-opinjoni tagħha, tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti l-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.

'1. Il-Qorti tal-Awdituri għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet ikkonċernati sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju, kwalunkwe osservazzjoni li hi, fl-opinjoni tagħha, tali li għandha tidher fir-rapport annwali. Dawk l-osservazzjonijiet jibqgħu kunfidenzjali u soġġetti għal proċedura kontradittorja. Għandhom, madankollu, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew jekk jitlobhom, jekk ikun xieraq fuq bażi kunfidenzjali. Kull istituzzjoni għandha tindirizza t-tweġiba tagħha lill-Qorti tal-Awdituri sal-15 ta' Ottubru. It-tweġibiet tal-istituzzjonijiet apparti l-Kummissjoni għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess żmien.'

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 164

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a) L-Artikolu 164 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

'1. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena n + 2 jagħti kwittanza lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni, imsemmija fl-Artikoli 208 u 209, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena n.

2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għall-posponiment.

2. Jekk id-data prevista fil-paragrafu 1 ma tistax tintlaħaq, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill għandu jinforma lill-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati bir-raġunijiet għall-posponiment.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz sabiex tieħu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex tneħħi jew tiffaċilita t-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

3. Jekk il-Parlament Ewropew jipposponi d-deċiżjoni li jagħti kwittanza, l-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jieħdu miżuri, mill-aktar fis possibbli, sabiex ineħħu jew jiffaċilitaw it-tneħħija tal-ostakoli għal dik id-deċiżjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 165 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a) L-Artikolu 165(3) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

3. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

'3. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jittrażmettu lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura tal-kwittanza għas-sena finanzjarja kkonċernata, f'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 166

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a) L-Artikolu 166 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpamjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.

'1. F'konformità mal-Artikolu 319 tat-TFUE u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn għandhom jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex jaġixxu fuq l-osservazzjonijiet li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tal-kwittanza tal-Parlament Ewropew u l-kummenti li jakkumpanjaw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kwittanza kif adottati mill-Kunsill.

2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lill-dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.

2. Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħrajn għandhom jirrapportaw dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti, u, partikolarment, fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lil dawk id-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni billi jinformawha bil-miżuri li huma jkunu ħadu sabiex jaġixxu fuq dawn l-osservazzjonijiet hekk li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu akkont tagħhom meta tħejji r-rapport tagħha. Ir-rapporti mill-istituzzjonijiet u l-korpi għandhom ukoll ikunu trażmessi lill-Qorti tal-Awdituri.'

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 208 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Fl-Artikolu 208, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

'3a. Il-korpi tal-Unjoni li huma kompletament awtofinanzjati u li ma japplikawx għalihom ir-regoli finanzjarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju qafas imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu regoli simili, fejn xieraq, għal raġunijiet ta’ konsistenza. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat illi t-tariffi ta’ dawk il-korpi huma stabbiliti f’livell xieraq biex ikopru l-ispejjeż biex jipprovdu s-servizzi tagħhom u biex jevitaw surplus sinifikanti. Fil-każ ta’ surplus, il-flus għandhom jiġu assenjati lill-baġit tal-Unjoni.'

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 209

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(14a) L-Artikolu 209 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 209

'Artikolu 209

Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika-privata

Regolament Finanzjarju mudell għal korpi ta' sħubija pubblika-privata

Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

1. Il-korpi li għandhom personalità legali u li huma stabbiliti b'att bażiku u fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata għandhom jadottaw ir-regoli finanzjarji tagħhom.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Dawn ir-regoli għandhom jinkludu sett ta’ prinċipji meħtieġa sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regolament finanzjarju mudell permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 210 li għandu jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta regolament finanzjarju mudell permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 210 li għandu jistabbilixxi l-prinċipji neċessarji sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni u li għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 60.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

Ir-regoli finanzjarji ta’ dawk il-korpi ma għandhomx imorru lil hinn mir-regolament finanzjarju ta’ qafas għajr meta l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom jirrikjedu dan u bil-kunsens bil-quddiem tal-Kummissjoni.

 

2. Il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1, għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Dawk il-korpi għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mal-istituzzjonijiet involuti fil-proċedura ta’ kwittanza u jipprovdu, kif xieraq, kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa, inkluż permezz tal-attendenza għal laqgħat tal-korpi rilevanti.

 

3. Awditur estern indipendenti għandu jivverifika li l-kontijiet annwali tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 jippreżentaw b'mod adegwat id-dħul, in-nefqa u l-qagħda finanzjarja tal-korp rilevanti qabel ma ssir il-konsolidazzjoni fil-kontijiet finali tal-Kummissjoni jew sad-data stabbilita fir-regoli finanzjarji tal-korpi rilevanti. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-att bażiku msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-Qorti tal-Awdituri għandha tħejji rapport annwali speċifiku dwar kull korp skont l-Artikolu 287(1) tat-TFUE. Matul it-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Qorti tal-Awdituri għandha tqis il-ħidma li tkun saret mill-awditur estern indipendenti u l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għas-sejbiet tal-awditur.’

Ġustifikazzjoni

Din il-ġustifikazzjoni tapplika wkoll għall-Artikolu 60 - paragrafu 7.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

Referenzi

COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.7.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

3.7.2014

Rapporteur

       Data tal-adozzjoni

Tamás Deutsch

30.9.2014

Eżami fil-kumitat

8.1.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Louis Aliot, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Michael Theurer, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Hayes, Andrey Novakov, Julia Pitera


PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni

Referenzi

COM(2014)0358 – C8-0029/2014 – 2014/0180(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.6.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.7.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

3.7.2014

INTA

3.7.2014

CONT

3.7.2014

ECON

3.7.2014

 

EMPL

3.7.2014

ENVI

3.7.2014

ITRE

3.7.2014

IMCO

3.7.2014

 

TRAN

3.7.2014

REGI

3.7.2014

CULT

3.7.2014

JURI

3.7.2014

 

LIBE

3.7.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

3.9.2014

ECON

22.7.2014

EMPL

17.9.2014

ENVI

24.7.2014

 

ITRE

22.7.2014

IMCO

17.7.2014

TRAN

16.7.2014

REGI

22.9.2014

 

CULT

3.9.2014

JURI

3.9.2014

LIBE

15.7.2014

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

24.9.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Carlos Iturgaiz, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Janusz Lewandowski, Andrey Novakov, Claudia Tapardel

Data tat-tressiq

12.3.2015

Avviż legali