Proċedura : 2015/0802(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0066/2015

Testi mressqa :

A8-0066/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2015 - 16.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0091

RAPPORT     *
PDF 168kWORD 239k
26.3.2015
PE 549.111v02-00 A8-0066/2015

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE

(05126/2015 – C8-0025/2015 – 2015/0802(CNS))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Marita Ulvskog

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE

(05126/2015 – C8-0025/2015 – 2015/0802(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05126/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 160 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0025/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0066/2015),

1.      Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa ' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b'mod sustanzjali;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 3

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(3) Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni għall-immodernizzar u t-titjib tal-protezzjoni soċjali, il-Kunsill appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal koperazzjoni msaħħa, maħluqa bix-xogħol tal-grupp ta’ uffiċjali ta’ livell għoli, għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni. Il-Kunsill saħaq li din it-tip ta' koperazzjoni għandha tkopri kull forma ta' protezzjoni soċjali u, fejn ikun meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom skond il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom. Fakkar ukoll il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-protezzjoni soċjali u approva l-erba' objettivi wiesa', li huma parti mill-isfida ġenerali tal-immodernizzar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali kif identifikati mill-Kummissjoni: jiġifieri li jagħmlu x-xogħol irendi u jipprovdi dħul assigurat, li jassiguraw il-pensjonijiet u jagħmlu s-sistemi ta' pensjoni sostenibbli, li jippromovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw li l-ħarsien tas-saħħa jkun ta’ kwalità għolja u sostenibbli; huwa saħaq ukoll li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi integrata fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-twettiq ta' dawn l-erba' objettivi. Fl-aħħar, il-Kunsill irrikonoxxa li l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-objettivi kollha.

(3) Fil-Konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni għall-immodernizzar u t-titjib tal-protezzjoni soċjali2, il-Kunsill appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal koperazzjoni msaħħa, maħluqa bix-xogħol tal-grupp ta’ uffiċjali ta’ livell għoli, għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni. Il-Kunsill saħaq li din it-tip ta' koperazzjoni għandha tkopri kull forma ta' protezzjoni soċjali u, fejn ikun meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom skond il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom. Fakkar ukoll il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-protezzjoni soċjali u approva l-erba' objettivi wiesa', li huma parti mill-isfida ġenerali tal-immodernizzar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali kif identifikati mill-Kummissjoni: jiġifieri li jagħmlu x-xogħol irendi u jipprovdi dħul assigurat, li jassiguraw il-pensjonijiet u jagħmlu s-sistemi ta' pensjoni sostenibbli, li jippromovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw ħarsien tas-saħħa ta’ kwalità għolja u sostenibbli għal kulħadd; huwa saħaq ukoll li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi integrata fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-twettiq ta' dawn l-erba' objettivi. Fl-aħħar, il-Kunsill irrikonoxxa li l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-objettivi kollha.

__________________

__________________

2 ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.

2 ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.

Emenda  2

Abbozz ta' deċiżjoni

Premessa 7

Abbozz tal-Kunsill

Emenda

(7) Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju tal-2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li jiġu segwiti u meqjusa aħjar is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-UEM, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.

(7) Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju tal-2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UEM. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li jiġu segwiti u meqjusa aħjar is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-UEM, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politika dwar l-impjiegi, dik soċjali u dik soċjoekonomika, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.


PROĊEDURA

Titolu

Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE

Referenzi

05126/2015 – C8-0025/2015 – 2015/0802(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

30.1.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

9.2.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

9.2.2015

ECON

9.2.2015

FEMM

9.2.2015

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

11.2.2015

ECON

10.3.2015

FEMM

18.3.2015

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marita Ulvskog

22.1.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Amjad Bashir, Deirdre Clune, Miapetra Kumpula-Natri, António Marinho e Pinto, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Ivo Vajgl

Data tat-tressiq

26.3.2015

Avviż legali