Proċedura : 2014/2140(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0067/2015

Testi mressqa :

A8-0067/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0119

RAPPORT     
PDF 343kWORD 330k
26.3.2015
PE 539.838v02-00 A8-0067/2015

dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013

(2014/2140(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013

(2014/2140(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510 – C8‑0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3) u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu ta'…..dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni(5) u r-riżoluzzjoni tiegħu bl-osservazzjonijiet li jifformaw parti integrali minn dik id-deċiżjoni,

–       wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri mfassla skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05303/2015 – C8‑0053/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0067/2015),

A.     billi, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit u tieħu ħsieb il-ġestjoni tal-programmi, u billi, b'applikazzjoni tal-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din tipproċedi bl-implimentazzjoni tal-baġit b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, f'konformità mal-prinċipji tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba;

B.     billi r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jipprovdu tagħrif dwar kwistjonijiet ta' tħassib marbuta mal-implimentazzjoni tal-fondi, u għalhekk huma utli għall-Parlament fl-eżerċizzju tar-rwol tiegħu ta' awtorità ta' kwittanza,

C.     billi l-osservazzjonijiet tiegħu dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jifformaw parti integrali mid-deċiżjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq ta' …... dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni;

Parti I – Rapport Speċjali Nru 11/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu “Kisba ta' data korretta dwar l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING): approċċ aktar strutturat u ffukat aħjar itejjeb l-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni"

1.      Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi strutturata u formalizzata li tqis il-kostijiet u l-benefiċċji u li tippermettilha tippjana u tipprijoritizza l-verifikazzjoni tagħha fir-rigward ta' oqsma speċifiċi jew (sotto)proċessi ta' kompilazzjoni; huwa tal-fehma li tali analiżi għandha tqis ir-riskji relatati mal-kompilazzjoni tal-Istati Membri tal-kontijiet nazzjonali tagħhom u d-daqs relattiv tal-komponenti ING fl-ekonomija totali; iqis li din il-valutazzjoni tar-riskji għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni kollha kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli fid-dipartimenti kollha tal-Eurostat u għandha tikkonċentra fuq il-proċeduri ta' kompilazzjoni deskritti fl-inventarji tal-ING u fir-rapporti reċenti ta' kwalità tal-ING tal-Istati Membri;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni tqassar iż-żmien taċ-ċiklu tal-verifikazzjoni tagħha sabiex tillimita l-użu ta' riżervi ġenerali; iqis li tali riżervi għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali fejn hemm riskji sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma jkunux protetti, pereżempju meta Stat Membru jwettaq reviżjoni maġġuri matul iċ-ċiklu tal-verifika jew f'intervalli irregolari;

3.      Jistieden lill-Eurostat jirrapporta b'mod ċar u fil-mument opportun lill-Kumitat ING dwar każijiet fejn il-prinċipju tal-kostijiet-benefiċċji jitqies li japplika;

4.      Jistenna li l-proċess ta' verifika mill-Kummissjoni jinvolvi valutazzjoni tar-riskji kwalitattiva, li tkun strutturata u formalizzata, tal-proċeduri ta' kompilazzjoni deskritti fl-inventarji tal-ING u verifika fil-fond ta' komponenti materjali u riskjużi tal-ING; jemmen li l-għażla tal-komponenti tal-ING għal verifika fil-fond għandha ssir skont l-analiżi tal-kostijiet-benefiċċji deskritta fir-Rakkomandazzjoni 1; huwa tal-fehma li l-ambitu u l-objettivi ta' verifika fil-fond għandhom ikunu usa' minn dawk ta' verifika diretta mwettqa mill-Eurostat fiċ-ċiklu reċenti tal-verifika;

5.      Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari fil-verifika tagħha għall-eżawrjenza tal-ING tal-Istati Membri u l-użu ta' proċeduri kumparabbli ta' stima biex tiġi koperta l-ekonomija sotterranja fil-kontijiet nazzjonali; jistieden lill-Eurostat jiċċekkja jekk il-linji gwida tal-Kummissjoni jiġux segwiti mill-Istati Membri kollha u jieħu azzjonijiet xierqa li jiżguraw trattament kumparabbli ta' din il-kwistjoni bejn l-Istati Membri;

6.      Jistieden lill-Kummissjoni tiddokumenta x-xogħol tagħha li jinkludi ġabra kompluta ta' informazzjoni relatata mal-verifika tal-Eurostat imwettqa abbażi ta' kontrolli fl-uffiċċju u/jew ta' żjarat fl-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs); iqis li l-fajls ta' kontroll tal-Eurostat għandhom jippermettu lill-maniġment jidentifika b'mod ċar ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fuq il-komponenti ING magħżula, f'konformità mal-istandards ta' kontroll intern (ICS);

7.      Jistieden lill-Eurostat sabiex, fejn hu possibbli, jivvaluta l-impatt potenzjali (għall-osservazzjonijiet kwantifikabbli) u/jew l-ammont f'riskju (għall-osservazzjonijiet mhux kwantifikabbli) tal-punti ta' azzjoni u jistabbilixxi kriterji ċari ta' materjalità sabiex jistabbilixxi riżervi speċifiċi; iqis li dawn il-kriterji għandhom ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi; huwa tal-fehma li, bħala regola ġenerali, għandu jkun hemm riżervi dwar komponenti ING speċifiċi li huma relatati ma' punti ta' azzjoni mhux indirizzati mill-NSIs fl-iskadenzi stabbiliti u li l-impatt tagħhom jista' jkun materjali;

8.      Jistieden lill-Eurostat itejjeb il-koordinazzjoni bejn id-dipartiment tiegħu inkarigat mill-verifika tal-ING għal skopijiet tar-riżorsi proprji u d-dipartimenti l-oħra tiegħu, b'mod partikolari dawk li jittrattaw il-kontijiet nazzjonali; iqis li, fejn azzjonijiet possibbli mwettqa minn dipartimenti oħra tal-Eurostat jista' jkollhom impatt fuq il-kompilazzjoni tal-prodott domestiku gross (PDG) u/jew tal-ING, il-Kumitat ING għandu jiġi kkonsultat u d-deċiżjoni finali dwar dawn il-miżuri għandha tittieħed f'livell ġerarkiku xieraq fl-Eurostat;

9.      Jistieden lill-Eurostat itejjeb ir-rapporti ta' valutazzjoni tiegħu biex jipprovdi evalwazzjoni kompluta, trasparenti u konsistenti tad-data tal-ING tal-Istati Membri; iqis li l-opinjonijiet annwali tal-Kumitat ING għandhom jinkludu valutazzjoni ċara dwar jekk id-data tal-ING tal-Istati Membri hijiex xierqa (jew le) għal dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi proprji, jekk il-kontenut tagħhom huwiex konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003(8) (Regolament dwar l-ING) u jekk dawn jintużawx b'mod xieraq fil-proċedura baġitarja kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000(9) (Regolament dwar ir-riżorsi proprji);

10.    Huwa tal-fehma li r-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ Baġit u l-Eurostat għandhom jipprovdu stampa reali u ġusta tal-verifikazzjoni tad-data dwar l-ING tal-Istati Membri, u tal-ġestjoni tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti għall-Eurostat biex jirrapporta b'mod regolari dwar ir-riżultati tal-verifika tiegħu tad-data tal-ING, u b'hekk id-DĠ Baġit ikun jista' jislet il-garanziji meħtieġa biex dawn jintużaw fil-kuntest tar-RAA tiegħu;

Parti II – Rapport Speċjali Nru 13/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Assistenza għall-Iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali"

11.    Jilqa' r-rapport speċjali li jivvaluta l-assistenza għall-iżvilupp mill-UE lill-Asja Ċentrali; jieħu nota tas-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

12.    Jilqa' l-osservazzjonijiet tar-rapport li juri li l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għamlu sforzi sinifikanti f'kuntest ġeografiku u politiku pjuttost impenjattiv;

13.    Jinnota, madankollu, li għad hemm lok għal titjib biex l-istrateġiji għall-iżvilupp tal-Unjoni jkunu mmirati u mfassla aħjar permezz ta' mudelli adegwati ta' assistenza biex jitjiebu l-viżibbiltà u l-impatt tal-objettivi politiċi tal-Unjoni fil-livell reġjonali;

14.    Jenfasizza l-fatt li l-livell u n-natura tal-impenn tal-Unjoni għandhom ikunu ddifferenzjati u kondizzjonali, skont il-progress kwantifikabbli fl-oqsma tad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, billi toffri l-assistenza tagħha fejn tkun meħtieġa għat-trawwim ta' dan il-progress, billi jkunu segwiti linji simili għall-prinċipji tal-politika tal-viċinat tal-Unjoni;

15.    Iqis li l-promozzjoni kontinwa tal-programmi mmirati lejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali min-naħa tal-Unjoni hija għodda transkonfinali importanti biex jitrawmu l-fehim u l-kooperazzjoni fost il-pajjiżi fir-reġjun;

16.    Jindika li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali tista' biss trendi r-riżultati jekk kemm-il darba dawn il-pajjiżi jkunu konformi mal-istandards internazzjonali tad-demokrazija, il-governanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; bl-istess mod jenfasizza li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni m'għandhiex tkun subordinata għal interessi ekonomiċi, tal-enerġija jew dawk ta' sigurtà;

Żviluppi futuri fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-assistenza futura għall-iżvilupp

17.    Iqis li l-Kummissjoni għandha tfassal kull programm reġjonali futur b'mod li dan ikun probabbli li jikseb dimensjoni reġjonali ġenwina;

18.    Jitlob lill-Kummissjoni tikkonċentra l-assistenza kollha pprovduta fuq għadd żgħir ta' setturi;

19.    Jindika li l-assistenza futura għall-iżvilupp għandha tissaħħaħ, minn naħa, permezz ta' koordinazzjoni interna msaħħa tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, permezz ta' impenn intensifikat ma' donaturi internazzjonali u partijiet interessati reġjonali oħra;

20.    Jappoġġa bil-qawwa l-ftuħ ta' delegazzjonijiet kompletament funzjonanti tal-Unjoni fil-pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali bħala mezz għat-tkabbir tal-preżenza u l-viżibilità tal-Unjoni fir-reġjun u tal-kooperazzjoni u l-impenn fit-tul mas-setturi kollha tas-soċjetà u għat-tkattir tal-progress għal komprensjoni aħjar u biex ifiġġu l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-preżenza ta' dawn id-delegazzjonijiet se tikkontribwixxi bil-kbir għall-kisba tal-objettivi tal-assistenza għall-iżvilupp;

21.    Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema għall-kalkolu u r-rappurtar dwar l-ispiża amministrattiva kumplessiva involuta fit-twassil tal-assistenza tagħha għall-iżvilupp;

22.    Jitlob lill-Kummissjoni tiddefinixxi u tapplika kundizzjonijiet rigorużi u verifikabbli b'mod oġġettiv għal kwalunkwe programm ta' appoġġ baġitarju li għaddej, b'mod partikolari bl-għoti ta' attenzjoni suffiċjenti lill-appoġġ għal mekkaniżmi kontra l-korruzzjoni;

23.    Ifakkar li l-korruzzjoni hija problema serja fil-pajjiżi tal-Asja Ċentrali; jirrimarka li skont l-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni maħruġa minn Transparency International, il-pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali ġew klassifikati b'indiċi ta' anqas minn 28 minn massimu ta' 100 fl-2011, filwaqt li l-Kirgiżistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan jinsabu fl-aħħar 10 % tal-182 pajjiż mistħarreġ;

24.    Iqis li tali korruzzjoni mifruxa tista' taffettwa r-reputazzjoni tal-Kummissjoni u tnaqqas l-effikaċja tal-programmi ta' appoġġ;

25.    Huwa tal-fehma li d-deċiżjonijiet dwar l-iżborż għandhom ikunu bbażati fuq il-progress ta' pajjiżi sħab aktar milli fuq l-impenn tagħhom li jagħmlu riforma; jenfasizza l-importanza li tkun żgurata politika xierqa ta' djalogu bbażata fuq approċċ ibbażat fuq inċentivi u monitoraġġ kontinwu ta' riformi u programmi settorjali li jkejlu r-rendiment u s-sostenibbiltà tar-riżultati;

26.    Jappella għal trasparenza akbar fl-allokazzjoni tal-fondi mill-ambaxxati tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jappoġġaw b'mod ġenwin lis-sħab indipendenti mhux governattivi sabiex jgħinu biex ikollhom rwol effettiv fl-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tas-soċjetà ċivili;

27.    Jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil u t-twassil tal-programmi fid-dawl tat-tagħlimiet meħuda u ta' ċirkustanzi li jinbidlu;

28.    Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati u l-impatt b'mod li jippermetti li jsir tqabbil mal-pjanijiet u l-objettivi;

Parti III – Rapport Speċjali Nru 15/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-komponent "Ambjent" tal-Programm LIFE kien effettiv?"

29.    Jenfasizza l-ħtieġa li l-Programm LIFE jaġixxi bħala katalist għall-bidliet fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika; jenfasizza l-ħtieġa li, għall-proġetti li se jiġu ffinanzjati, il-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ċari, speċifiċi, kwantifikabbli u li jistgħu jintlaħqu;

30.    Jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' aktar minn wieħed mill-oqsma prijoritarji tal-Programm; jenfasizza l-ħtieġa li l-proġetti ffinanzjati jevitaw l-iżolament u, għall-kuntrarju, ikunu ta' natura transnazzjonali u jikkontribwixxu, b'mod kwantifikabbli, għad-diffużjoni, is-sostenibbiltà u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom fi Stati Membri oħrajn;

31.    Jinnota li, xi drabi, l-allokazzjonijiet nazzjonali jistgħu jfixklu l-għażla tal-aħjar proġetti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu bilanċ ġeografiku billi jipproponu aktar proġetti integrati, iżda jtenni li qabelxejn il-fondi għandhom jitqassmu skont il-merti tal-proġetti u mhux b'mod li jkun ta' detriment għall-kwalità tal-proġetti;

32.    Jinnota li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-potenzjal tal-proġetti li jiġu diffużi, sostnuti u riprodotti; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi indikaturi ċari biex jiġi vvalutat il-potenzjal ta' diffużjoni, sostenibbiltà u riproduzzjoni tal-proġetti vvalutati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq segwitu għal dawn l-objettivi;

33.    Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-għodod ġestjonali tal-programmi tagħha sabiex jiġu evitati proċeduri ta' selezzjoni mhux trasparenti; iqis li dan jinkludi t-titjib tal-formoli ta' evalwazzjoni tas-selezzjoni tal-proġetti, l-introduzzjoni ta' formoli dettaljati għall-valutazzjoni tal-ispejjeż mitluba, monitoraġġ xieraq tal-proġetti, l-introduzzjoni ta' indikaturi komuni ta' prestazzjoni u riżultat adegwati, u monitoraġġ bir-reqqa tas-segwitu mogħti lill-proġetti;

Parti IV – Rapport Speċjali Nru 16/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Valutazzjoni ta' awditu uniku (single audit) u d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fil-koeżjoni"

34.    Jenfasizza l-gwadanni potenzjali ta' effiċjenza minn katina ta' awditu uniku bbażata fuq prinċipji u standards komuni; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jkomplu bl-isforzi tagħhom f'dan ir-rigward; iqis li tali sistema ta' awditu uniku għandha tikkunsidra wkoll iċ-ċikli ta' programmi pluriennali;

35.    Ifakkar lill-Kummissjoni dwar ir-rimarki tal-Parlament(10) fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha għall-2012: "jenfasizza li r-riżultati tal-awditu tal-Qorti tal-Awdituri ta' nuqqasijiet jinsabu fil-"kontrolli primarji" tal-infiq [fl-Istati Membri]; josserva li, għal 56 % tat-tranżazzjonijiet tal-politika reġjonali milquta minn żball (kwantifikabbli u/jew mhux kwantifikabbli), il-Qorti tqis li kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istati Membri jaqbdu u jikkoreġu wieħed jew iktar mill-iżbalji qabel ma ċċertifikaw l-infiq lill-Kummissjoni"; jinnota li din hi r-raġuni għalfejn il-Parlament approva r-riżerva maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO rigward is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll FEŻR/Fond ta' Koeżjoni/IPA għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 fi 17-il Stat Membru (72 programm) u talab biex jittieħdu azzjonijiet rapidi;

36.    Jibqa' konvint, għaldaqstant, li l-Istati Membri jridu jsiru aktar viġilanti fil-ġestjoni tal-fondi strutturali;

37.    Jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-introduzzjoni tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali, iffirmati fil-livell xieraq, preferibbilment wieħed politiku, u mibnija fuq id-dikjarazzjonijiet annwali tal-ġestjoni (l-Artikolu 59(5) tar-Regolament Finanzjarju);

38.    Jilqa' l-fatt li mill-2009 l-Kummissjoni wettqet awditi estensivi fil-post biex teżamina l-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar; jinnota li wettqet 269 missjoni tal-awditjar u eżaminat 47  u 84  Awtorità tal-Awditjar għall-FEŻR u għall-FSE, rispettivament; jinnota li l-missjonijiet koprew bejn wieħed u ieħor 96 % u 99 % tal-allokazzjonijiet totali, rispettivament; huwa tal-opinjoni li matul perjodu ta' finanzjament il-Kummissjoni għandha tawditja l-programmi operazzjonali (PO) kollha minn tal-anqas darba;

39.    Jilqa' l-użu ta' interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta' pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni meta l-iżbalji jaqbżu l-limitu minimu ta' materjalità ta' 2 %; iqis li dawn huma għodod utli għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jinsab konvint li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq l-isforzi tal-awditjar tagħha stess fuq "min ikollu prestazzjoni ħażina";

40.    Hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dettaljata biżżejjed dwar l-awditi tagħhom;

41.    Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l -Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet tal-awditjar ikunu jistgħu jużaw qafas metodoloġiku stabbli u vinkolanti li jiżgura li l-infiq tal-Unjoni fl-Istati Membri kollha huwa ċċekkjat skont l-istess standards u li r-riżultati huma rrappurtati b' mod preċiż;

42.    Jinnota b'sodisfazzjoni li, fit-13 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni għal korrezzjonijiet finanzjarji netti fuq l-Istati Membri għall-Politika tal-Agrikoltura u l-Koeżjoni (COM(2013)0934); jenfasizza madankollu li l-kwistjoni dwar jekk l-istrument il-ġdid hux se jwassal għal żieda fil-korrezzjonijiet netti u għaldaqstant għal kwota ta' żbalji aktar baxxa fil-politika ta' koeżjoni, se tkun tiddependi minn bosta fatturi;

43.    Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw strument ta' awditu li, minn naħa waħda, jirreġistra żbalji u irregolaritajiet annwali filwaqt li, min-naħa l-oħra, iqis il-korrezzjoni finanzjarja matul il-perjodu ta' programmazzjoni;

44.    Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni aġġornat il-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni korretta tal-prinċipju tal-'awditu uniku' f'Settembru 2013, li konformità miegħu tqiegħed lill-awtoritajiet nazzjonali f'pożizzjoni fejn ikunu jistgħu jiksbu l-"istatus ta' awditu uniku"; jitlob kopja ta' dan id-dokument;

45.    Jinsab imħasseb dwar l-idea li l-kontroll tal-infiq jista' jirrappreżenta piż amministrattiv; iqis li l-obbligu tar-reponsabbiltà m'għandux jiskoraġġixxi lil benefiċjarji potenzjali milli japplikaw għal assistenza finanzjarja;

Parti V – Rapport Speċjali Nru 17/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Finanzjament għall-klima mill-UE fil-kuntest ta' għajnuna esterna"

46.    Jilqa' r-rapport speċjali li jeżamina l-finanzjament tal-Unjoni b'rabta mal-klima fil-kuntest tal-għajnuna esterna bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku u finanzjarju ġenerali dwar il-politika u d-diplomazija tal-Unjoni dwar il-klima; jieħu nota tas-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

47.    Jilqa' s-sejbiet tar-rapport li juru li l-Kummissjoni mmaniġġjat tajjeb l-infiq tal-UE relatat mal-klima mill-baġit tal-Unjoni u mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ);

48.    Jilqa' wkoll il-ħidma mibdija mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar standard komuni tal-Unjoni għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-finanzjament pubbliku b'rabta mal-klima;

49.    Itenni l-pożizzjoni tal-Parlament, li l-Qorti tal-Awdituri ħadet nota tagħha fir-Rapport Speċjali, li jinsisti li l-finanzjament għall-klima għandu jkun addizzjonali għall-mira ta' 0,7 %; jiddeplora l-fatt li l-kunċett ta' addizzjonalità tal-Parlament naqas milli jiġi kkonfermat fin-negozjati dwar l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI);

50.    Jirrimarka, madankollu, li hemm bżonn li l-Kummissjoni teżerċita biżżejjed tmexxija biex timmassimizza l-impatt internazzjonali tagħha u tikkonsolida l-għodod għat-tiswir tal-kundizzjonijiet għad-diplomazija klimatika u ekoloġika tal-Unjoni fis-snin li ġejjin, b'mod partikolari biex jintlaħqu l-parametri relatati mal-klima fi ħdan id-DCI kif adottati f'Diċembru 2013, li jgħidu li r-Regolament għandu "jikkontribwixxi għall-objettiv li mill-inqas 20 % tal-baġit tal-Unjoni jkun indirizzat lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżiljenti għall-klima, u li l-programm Beni Pubbliċi u Sfidi Globali previst f'dan ir-Regolament għandu juża mill-inqas 25 % tal-fondi tiegħu biex ikopri t-tibdil fil-klima u l-ambjent (il-Premessa 20 tad-DCI)"; jirrimarka li l-Anness IV tad-DCI jispeċifika wkoll li skont il-programm Beni Pubbliċi u Sfidi Globali (GPGC), 27 % tal-fondi huma allokati għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u tal-inqas 50 % tal-programm tal-GPGC se jservi għal azzjoni relatata mal-klima u għall-objettivi relatati mal-ambjent;

51.    Jilqa' l-fatt li mill-2011 sar impenn f'madwar 40 pajjiż biex jitjieb il-Programm Konġunt tal-UE, jirrimarka, madankollu, li l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-finanzjament għall-klima għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw xorta teħtieġ li titjieb b'mod konsiderevoli, mhux biss biex jintlaħaq l-impenn għall-2020 iżda wkoll biex l-Unjoni tkun tista' tibqa' fuq quddiem fir-rigward tal-azzjonijiet b'rabta mal-klima u tiġġieled il-korruzzjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

52.    Itenni l-appoġġ tal-Parlament għall-ipprogrammar konġunt u l-għarfien tiegħu tal-progress sinifikanti li twettaq dwar dan; jistenna b'ħeġġa li jiġi kkonsultat mill-ġdid, kif imwiegħed mill-Kummissjoni, jekk dan l-ipprogrammar iwassal għal bidliet fl-ipprogrammar tad-DCI;

53.    Jinnota l-ispjegazzjonijiet dwar id-diffikultajiet fl-intraċċar u r-rappurtar, minħabba l-prattiki diverġenti tar-rappurtar tal-Istati Membri, mogħtija fir-Rapport ta' Responsabilità tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, ippubblikat fit-3 ta' Lulju 2014 fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, inkluża taqsima fil-Volum I dwar il-Finanzjament għall-Klima li tipprovdi tagħrif dwar il-finanzjament għall-klima tal-Unjoni; jinnota li r-rapport jtenni ċ-ċifra ta' EUR 7,3 biljun ta' Finanzjament Rapidu li sar disponibbli mill-Unjoni u mill-Istati Membri, u jħeġġeġ titjib ulterjuri fir-rapportar dwar l-impatt u r-riżultati tal-għajnuna dwar l-iżvilupp;

Żviluppi futuri

54.    Jitlob aktar allokazzjoni ta' fondi għal setturi speċifiċi, inklużi l-finanzjament għall-klima, meta mogħtija permezz tal-appoġġ tal-baġit, u aktar trasparenza dwar l-użu tal-fondi b'mod ġenerali;

55.    Iqis li l-Kummissjoni u s-SEAE għandhom isaħħu l-politika ta' komunikazzjoni tagħhom, kemm rigward l-appoġġ mogħti b'mod globali jew lil pajjiżi destinatarji individwali kif ukoll biex jipproġettaw il-valuri tal-Unjoni;

56.    Jirrikonoxxi l-fatt li l-korruzzjoni għadha xkiel sinifikanti għall-finanzjament effettiv tal-klima u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fir-rigward tal-ħidma ma' sħab għall-iżvilupp dwar kwistjonijiet kontra l-korruzzjoni;

57.    Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi pjan direzzjonali lill-Kunsill biex jiżdied il-finanzjament għall-klima sabiex tinkiseb il-mira tal-Qbil ta' Kopenħagen 2020, inkluża definizzjoni ta' finanzjament privat;

58.    Jitlob lill-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni indipendenti tal-Alleanza Globali Kontra t-Tibdil fil-Klima, inkluż li tiġi eżaminata r-raġuni għalfejn il-parti l-kbira tal-Istati Membri ma għażlux li jikkofinanzjawha;

59.    Jitlob lill-Kummissjoni u lis-SEAE jirrappurtaw dwar il-punt sa fejn il-mira tal-UE tal-infiq ta' 20 % tal-baġit tal-UE u tal-FEŻ bejn l-2014 u l-2020 dwar azzjoni relatata mal-klima tiġi implimentata fl-għajnuna għall-iżvilupp, u jispeċifikaw x'ġie impenjat u zborżat;

60.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) (ir-Regolament dwar il-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ), jaqblu dwar standards komuni għall-monitoraġġ, għar-rappurtar u għall-verifikazzjoni, notevolment fir-rigward tad-definizzjoni ta' 'ġodda u addizzjonali', l-applikazzjoni tal-Markaturi ta' Rio u r-rappurtar dwar l-iżborż tal-finanzjament tal-klima;

61.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom biex jimplimentaw il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE dwar it-Tqassim tax-Xogħol fil-qasam tal-finanzjament tal-klima, notevolment fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar allokazzjonijiet minn pajjiżi, programmazzjoni konġunta u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-finanzjament għall-klima;

Parti VI – Rapport Speċjali Nru 18/2013 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-affidabbiltà tar-riżultati tal-kontrolli mill-Istati Membri tal-infiq agrikolu"

62.    Jirrikonoxxi li s-sistemi eżaminati fir-Rapport Speċjali 18/2013 inbidlu bir-regolamenti l-ġodda tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), b'aktar responsabilitajiet mogħtija lill-korpi ta' ċertifikazzjoni fl-Istati Membri fil-qasam tal-verifika tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa u l-verifika tar-riżultati ta' kontroll ikkomunikati lill-Kummissjoni;

63.    Jilqa' l-isforzi attwali tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni tal-PAK; jistenna li s-simplifikazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà twassal għas-simplifikazzjoni tar-regoli tal-kontroll u tista' tikkontribwixxi għal rata ta' żball aktar baxxa;

64.    Ifakkar lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-problemi li ġew iffaċċjati ma jiġux ripetuti; ifakkar li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha tal-2012 kienu kif ġej:

(a)    li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Istati Membri għall-ħlas ta' spejjeż u għall-iżvilupp rurali kienu parzjalment effikaċi u li, għal għadd sinifikanti ta' tranżazzjonijiet affetwati minn żball, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji kkonċernati;

(b)    li l-effikaċja tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) hi affetwata b'mod negattiv primarjament minn bażijiet tad-data mhux preċiżi użati għall-kontroverifiki;

65.    Jenfasizza li fit-3 ta' April 2014 il-Parlament approva r-riżerva tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta' Ħidma Annwali tiegħu għall-2012 rigward in-nuqqasijiet li nstabu mill-Kummissjoni u mill-Qorti tal-Awdituri fl-eliġibbiltà tal-art; ifakkar li l-Parlament talab, b'mod partikolari, li l-mergħat permanenti għandhom jiġu rreġistrata kif xieraq fis-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba' (LPIS) u li għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni kull sitt xhur dwar il-progress li jkun sar;

66.    Jitlob lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni ta' rimedju immedjata meta jirriżulta li s-sistemi amministrattivi u ta' kontroll u/jew il-bażijiet tad-data ma jkunux biżżejjed jew ma jkunux aġġornati;

67.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħlasijiet ikunu bbażati fuq ir-riżultati tal-kontrolli u li dawk il-kontrolli ikunu tal-kwalità meħtieġa, sabiex iż-żoni eliġibbli jkunu jistgħu jiġu ddeterminati b'mod affidabbli u konsistenti;

68.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li d-disinn u l-kwalità tal-ħidma mwettqa mill-aġenziji tal-pagament u tal-postijiet ta' ċertifikazzjoni jipprovdu bażi affidabbli għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti; jemmen li sabiex dan jintlaħaq, il-Kummissjoni għandha taħdem lejn l-objettiv ta' strateġija ta' awditu uniku għas-sistema ta' kontroll tal-PAK;

69.    Jilqa' l-bidla fl-approċċ użat mid-DĠ AGRI biex jikkalkula r-rata ta' żball residwu għall-għajnuna diżakkoppjata skont l-erja fl-2012, peress li dan jikkunsidra l-fatt li l-istatistika dwar l-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet tad-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u l-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jintlaqtu minn nuqqasijiet li jaffettwaw l-affidabbiltà tagħhom; jappella biex dan l-approċċ il-ġdid jiġi estiż għan-nefqa kollha tal-PAK fir-Rapport ta' Attività Annwali tad-DĠ AGRI fil-perjodu ta' finanzjament il-ġdid;

70.    Ifakkar lill-Kummissjoni li huwa approva r-riżerva inkluża fir-rapport annwali ta' ħidma tad-DĠ AGRI għan-nefqa totali tal-FAEŻR għall-2012 u li din ir-riżerva hija dovuta għat-tħassib dwar il-kwalità tal-kontrolli f'xi Stati Membri kif ukoll ir-rata ta' żball irrappurtata mill-Qorti tal-Awdituri;

71.    Jitlob lill-Istati Membri jwettqu l-kontrolli amministrattivi eżistenti tagħhom b' mod effikaċi billi jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli għall-aġenziji ta' pagament, peress li b'dan il-mod jistgħu jinkixfu u jiġu kkorreġuti l-parti l-kbira tal-iżbalji;

72.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffukaw fuq il-kosteffiċjenza tal-kontrolli bħala qasam ta' importanza, speċifikament billi jiżviluppaw ulterjorment l-użu ta' kontrolli bbażati fuq ir-riskju;

73.    Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-qasam tal-iżvilupp rurali qed jiġu applikati standards u proċeduri uniformi bl-istess mod u li dawn qed jiġu osservati, kemm mill-korpi ta' approvazzjoni kif ukoll mill-korpi ta' awditjar tagħha;

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 1/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-proġetti għat-trasport urban pubbliku appoġġati mill-UE"

74.    Jenfasizza li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi ESI") huma l-aktar sors uniku importanti għall-finanzjament mill-Unjoni għall-proġetti ta' mobilità urbana, u li proġetti bħal dawn mhumiex biss kruċjali għall-aċċessibbiltà taż-żoni urbani f'reġjuni anqas żviluppati tal-Unjoni iżda li dawn għandhom aspetti soċjali u ambjentali importanti għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni;

75.    Jenfasizza ż-żieda fl-importanza tal-assistenza finanzjarja kontinwa tal-Unjoni, meta b'mod partikolari jitqiesu l-konsegwenzi negattivi ta' espansjoni urbana dejjem akbar u l-prospett ta' tkabbir kostanti ulterjuri fil-popolazzjoni urbana;

76.    Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li t-twettiq tal-proġetti ta' mobilità urbana kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Istati Membri jrid għalhekk ikun responsabbli, effikaċi u effiċjenti, filwaqt li jfittex li jinkisbu riżultati konkreti aktar milli jassorbi l-fondi disponibbli;

77.    Itenni, waqt li jżomm quddiem għajnejh il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-appell li sar lill-Istati Membri fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 bit-titolu "Flimkien lejn mobilità urbana kompetittiva u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi" COM(2013)0913:

(a)    biex jiżguraw valutazzjonijiet dettaljati tal-prestazzjoni fil-preżent u fil-futur, il-koordinament u l-integrazzjoni ta' Pjanijiet ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) fi strateġiji urbani u territorjali usa', u jemendaw, fejn meħtieġ, għodda tekniċi u ta' natura oħra għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-ippjanar;

(b)    biex jikkonċentraw fuq mezzi adegwati minbarra l-infrastruttura bħala għodda biex tintlaħaq il-mobilità urbana fil-loġistika urbana;

78.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet fl-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq l-użu tas-sistemi ta' trasport, biex jagħtu aktar attenzjoni lill-objettivi, il-miri u l-indikaturi, b'mod partikolari dawk fil-formoli ta' applikazzjoni għall-proġetti, sabiex jidentifikaw ir-riskji potenzjali u jħarsu kontra kull ottimiżmu żejjed fi proġetti futuri u jevitaw it-tip ta' dewmien u spejjeż imsemmija fir-Rapport Speċjali;

79.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq b'aktar reqqa analiżijiet dettaljati tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji ta' baġits indikattivi tal-proġetti ta' trasport urban u tikkondividi l-aħjar prattiki mal-Istati Membri, kif ukoll tħeġġeġ dan it-tip ta' skambji fosthom, u b'hekk tappoġġa l-awtoritajiet fl-iżvilupp, b'eżitu pożittiv, ta' proġetti li mhumiex soġġetti għal approvazzjoni mill-Kummissjoni;

80.    Jinsisti li l-Kummissjoni tħeġġeġ l-użu tal-istrument Jaspers mill-Istati Membri u li tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu għall-assistenza fl-iżvilupp u fil-valutazzjoni tal-kwalità tal-proġetti ta' trasport urban iffinanzjati mill-Fondi ESI;

81.    Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, għall-fatt li t-trasport pubbliku urban mhuwiex sempliċiment attività li tiġġenera d-dħul iżda huwa wkoll element kruċjali, u kultant insostitwibbli, ta' sistemi ta' mobilità urbana għal ħafna bliet kbar anki f'reġjuni aktar żviluppati, peress li dawn ibagħtu mill-"paradoss urban" minħabba l-eżistenza ta' distretti soċjalment vulnerabbli;

82.    Jitlob għalhekk lill-awtoritajiet rilevanti biex iqisu bis-sħiħ id-dimensjoni soċjali tal-proġetti ta' trasport pubbliku urban, abbażi ta' ġustifikazzjonijiet adgewati inklużi fil-formola ta' applikazzjoni;

83.    Jitlob lill-Kummissjoni tadotta malajr l-atti ta' implimentazzjoni u delegati rilevanti sabiex jiġi evitat dewmien potenzjali, filwaqt li jirrikonoxxi li l-proġetti ta' trasport normalment jeħtieġu żmien konsiderevoli għall-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni;

84.    Jinsisti li jiġu implimentati l-elementi stabbiliti fl-Anness għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Diċembru 2013 msemmija hawn fuq, fosthom:

(a)    analiżi komprensiva tal-istatus u linja bażi permezz ta' "eżerċizzju ta' awditjar tal-prestazzjoni tal-mobilità urbana", li magħha tkun tista' titqabbel il-prestazzjoni futura;

(b)    l-identifikazzjoni ta' “hotspots” fiż-żoni urbani fejn il-prestazzjoni tas-sistema tat-trasport preżenti hi partikolarment dgħajfa;

(c)    indikaturi tal-prestazzjoni xierqa li jistgħu jiġu monitorjati sew;

(d)    għanijiet speċifiċi ta' prestazzjoni li huma realistikament ambizzjużi fir-rigward tal-objettivi ta' SUMP;

(e)    miri li jistgħu jitkejlu, ibbażati fuq valutazzjoni realistika tal-linja bażi u riżorsi disponibbli, biex jirriflettu l-għanijiet speċifiċi ta' SUMP;

85.    Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' indikaturi adegwati għat-tkejjil tal-effettività tal-proġetti ta' trasport urban elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) (ir-Regolament FEŻR) u jinsisti li l-Kummissjoni tinkludi aktar indikaturi adegwati fl-atti ta' implimentazzjoni u delegati relatati ma' dawn it-tipi ta' proġetti, b'kunsiderazzjoni tal-indikaturi rakkomandati mill-Qorti tal-Awdituri;

Parti VIII – Rapport Speċjali Nru 2/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali huma ġestiti b'mod xieraq?"

86.    Jilqa' r-rapport speċjali li jevalwa l-ġestjoni tal-ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali, fil-kuntest tal-kompetenza esklussiva tal-Unjoni, bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku ġenerali dwar il-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-kummerċ estern u l-iżvilupp; jieħu nota tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet u jressaq l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Rimarki ġenerali

87.    Jesprimi tħassib serju għall-fatt li l-Kummissjoni ma evalwatx kif xieraq l-effetti ekonomiċi kollha tal-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali (PTAs) kif ukoll għall-fatt li l-integrità tad-dħul mhijiex garantita;

88.    Ifakkar li hija prijorità ewlenija li min ifassal il-politika, id-diversi partijiet interessati u ċ-ċittadini tal-Unjoni li jħallsu t-taxxa jkunu mgħarrfa dwar il-valur miżjud u l-iżvantaġġi ewlenin tal-għażliet u x-xenarji differenti tal-politika dwar il-kummerċ;

89.    Iqis li mhux aċċettabbli li l-istudji dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) f'ċerti każijiet huma neqsin, mhux kompleti, ibbażati fuq tagħrif qadim jew li għadda żmienu jew, f'xi każijiet oħrajn (il-każ taċ-Ċilì), kienu disponibbli biss wara li ġie ffirmat il-ftehim;

90.    Jinsisti li qabel ma jiġi ffirmat xi ftehim ġdid, l-istudju tal-VIS rilevanti jrid jiġi ffinalizzat u ppubblikat;

91.    Jiddispjaċih li l-pajjiżi sħab fil-qafas tas-sistema ġeneralizzata tal-preferenzi (is-sistema tal-SĠP) mhux dejjem kienu firmatarji tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq l-ambjent u l-governanza tajba fil-PTAs;

92.    Jixtieq ikun mgħarraf bil-miżuri meħuda mill-Kummissjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet tal-Parlament u tal-Qorti tal-Awdituri sa Ottubru 2015;

Żviluppi futuri

93.    Huwa tal-fehma li, sabiex ittejjeb il-valutazzjoni tal-effetti ekonomiċi tal-PTAs, il-Kummissjoni għandha:

(a)    twettaq valutazzjoni tal-impatt (IA) u valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà (VIS) għal kull PTA, li fiha tipprovdi analiżi bir-reqqa, komprensiva u kwantifikata tal-effetti ekonomiċi mistennija, inkluża stima preċiża tad-dħul li jintilef;

(b)    tinvolvi b'mod sistematiku lill-Eurostat fil-valutazzjoni tal-kwalità tas-sorsi tad-data statistika użati fil-VIS, u tiżgura l-puntwalità tal-analiżi mwettqa għan-negozjaturi;

(c)    twettaq evalwazzjonijiet interim u ex post tal-PTAs kollha sabiex tivvaluta l-punt sa fejn il-PTAs li jkollhom impatt sinifikanti jilħqu l-objettivi tal-politika tagħhom, kif il-prestazzjoni tagħhom tista' tittejjeb f'setturi ewlenin, u bl-inklużjoni ta' stima tad-dħul li jintilef;

94.    Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex ittejjeb il-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-UE:

(a)    toħloq profili tar-riskju tal-Unjoni dwar il-PTAs biex sabiex l-Istati Membri jkollhom approċċ komuni għall-analiżi tar-riskju sabiex jitnaqqas it-telf lill-baġit tal-Unjoni;

(b)    tivverifika li l-Istati Membri jtejbu l-effettività tas-sistemi ta' ġestjoni tar-riskju tagħhom u tal-istrateġija ta' kontroll tagħhom biex jitnaqqas it-telf lill-baġit tal-Unjoni;

(c)    tħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw miżuri xierqa ta' prekawzjoni hekk kif jirċievu komunikazzjoni ta' assistenza reċiproka;

(d)    tevalwa u twettaq żjarat ta' monitoraġġ fuq bażi ta' riskju lill-pajjiżi li jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali, partikolarment fir-rigward tar-regoli tal-oriġini u tal-akkumulazzjoni;

(e)    tobbliga lill-Istati Membri jtejbu l-kwalità tal-informazzjoni provduta minnhom fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva;

(f)     ittejjeb is-segwitu finanzjarju għall-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) sabiex tipprevieni li jkun hemm telf lill-baġit tal-Unjoni minħabba preskrizzjoni;

(g)    issaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni f'PTAs reċiproċi u tagħmel aktar użu ta' miżuri ta' prekawzjoni u ta' salvagwardja, waqt li tinkludihom fil-ftehimiet futuri kollha ta' kummerċ;

(h)    tipprovdi mingħajr dewmien ħarsa ġenerali tal-irkupri mwettqa matul il-perjodu 2010-2014;

(i)     tgħarraf lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-inizjattiva tal-Compact fil-Bangladexx;

Parti IX – Rapport Speċjali Nru 3/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Tagħlimiet mill-iżvilupp imwettaq mill-Kummissjoni Ewropea tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)"

95.    Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 3/2014 tal-Qorti tal-Awdituri;

96.    Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma pprovdietx biżżejjed persunal espert sa mill-bidu tal-proġett la f'termini ta' implimentazzjoni teknika u lanqas f'dawk ta' valutazzjoni tal-kwalità relatati mal-proġett SIS II;

97.    Jirrakkomanda l-integrazzjoni ta' kull proġett informatiku kbir fil-proċedura ta' governanza informatika u l-inklużjoni mhux biss tal-esperti mid-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni iżda wkoll esperti minn Direttorati-Ġenerali oħrajn, kif ukoll ta' esperti esterni, b'mod li jittieħed benefiċċju aħjar mill-għarfien espert intern;

98.    Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jmissha tibbenefika mill-ħila esperta tal-Istati Membri sa mill-bidu nett ta' kull proġett kbir u twaqqaf grupp ta' esperti msawwar mir-rappreżentanti tal-Istati Membri responsabbli għall-proġett; iqis li l-missjoni tal-grupp u l-kompetenzi tal-membri tiegħu għandhom jiġu definiti b'mod ċar;

99.    Jikkritika l-fatt li kemm il-Kummissjoni, li kellha tirrappreżenta, fost l-oħrajn, l-interessi tal-utenti aħħarin tas-sistema SIS II, u kemm il-partijiet ikkonċernati ewlenin ma kinux konxji lanqas tar-rekwiżiti tekniċi u tal-utenti aħħarin sa mill-bidu tal-proġett;

100.  Jistenna li, għall-proġetti fil-ġejjieni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi sa mill-bidu tal-proġett profil preċiż tar-rekwiżiti tekniċi u tal-utenti aħħarin li għandhom jiġu sodisfatti;

101.  Jikkunsidra li l-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal proposti ġenerali għall-proġett mingħajr ma ddefinixxiet b'mod ċar ir-rekwiżiti tiegħu bħala ħela ta' flus il-kontribwenti;

102.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi pjan kummerċjali realistiku u kalendarju għall-proġetti informatiċi fil-ġejjieni, abbażi ta' rekwiżiti definiti b'mod ċar fil-forma u l-kontenut, kif ukoll analiżi ċara tal-ispejjeż u l-programmazzjoni taż-żmien waqt li jitqiesu r-riskji u l-kumplessità tal-proġett;

103.  Jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni ppruvat diversi drabi tgħatti għad-dewmien u l-ispejjeż li telgħu;

104.  Jitlob l-ikbar trasparenza possibbli fil-proġetti informatiċi tal-ġejjieni f'termini ta' ċiklu ta' informazzjoni kontinwu fil-konfront tal-kumitat kompetenti rispettiv tal-Parlament, speċjalment f'dak li jirrigwarda deċiżjonijiet vitali għall-attivazzjoni tal-fażijiet konsekuttivi tal-proġett jew bidliet imprevisti ta' spejjeż, programmazzjoni taż-żmien jew soluzzjonijiet alternattivi;

105.  Hu tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet għall-infurzar tat-talbiet għal indennizz ma misshomx kienu limitati fil-kuntratt mal-aġent kuntrattur ewlieni; iqis li l-kuntratti fil-ġejjieni għandu jkollhom mekkaniżmu ta' penalitajiet effikaċi biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha u li tissodisfa l-istandards mitluba;

106.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma temmitx il-kuntratt mal-aġent kuntrattur ewlieni minkejja r-riżultati fqar fornuti fl-ewwel fażi tal-proġett;

107.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli ma insistietx fuq sistema ta' żvilupp abbażi t al-komponenti għall-implimentazzjoni tas-sistema SIS II; iqis li kieku ġew introdotti moduli ta' xogħol li jistgħu jintrabtu bejniethom, setgħu jiġu mgħoddija elementi kompluti lil aġent kuntrattur ieħor b'mod li jiġi evitat l-rbit ma' aġent kuntrattur speċifiku wieħed;

108.  Jikkritika lill-Kummissjoni talli qabżet il-valur tal-kuntratt oriġinali bi tmien darbiet il-valur oriġinali billi nnegozjat il-kuntratt mill-ġdid, minkejja l-punt (e) tal-Artikolu 126(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002(13) li jipprevedi li l-valur tal-kuntratt m'għandux jaqbeż aktar minn 50 % tal-valur oriġinali tiegħu;

109.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li l-punt (b) tal-Artikolu 134(1) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012(14) jista' jkollu jiġi rivedut peress li r-raġunijiet tekniċi jew artistiċi li jorbtu lill-awtoritajiet kontraenti ma' kuntrattur jew aġent speċifiku wieħed m'għandhomx jevitaw id-dispożizzjoni protettiva fil-punt (e) ta' dak l-istess paragrafu u jippermettu l-multiplikazzjoni tal-valur oriġinali tal-kuntratt ewlieni b'mod sproporzjonat;

110.  Jinnota li, fil-każ ta' multiplikazzjoni konsiderevoli tal-ispejjeż oriġinali tal-proġett jew bidliet kbar f'dak li għandu x'jaqsam mal-benefiċċji mistennijin, ir-riskji jew soluzzjonijiet alternattivi, l-awtorità baġitarja jkollha tagħti l-approvazzjoni tagħha minn qabel;

111.  Jiddeplora l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi baġitarji mingħajr l-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja f'diversi każijiet;

112.  Jilqa' l-linji gwida għall-ġestjoni ta' proġetti, rakkomandati mid-Direttorat-Ġenerali għall-Informatika tal-Kummissjoni sa mill-2011; iqis li, abbażi ta' dawn il-linji gwida, il-kumitat ewlieni tal-proġett għandu japprova l-introduzzjoni tal-passi li jmiss li jittieħdu fil-proġett, magħrufa bħala "l-bibien ta' approvazzjoni";

113.  Jenfasizza l-ħtieġa li nħarsu 'l quddiem, peress li sa tmiem dan id-deċennju s-sistema SIS II tista' tilħaq il-punt ta' saturazzjoni u jkun hemm bżonn ta' SIS III; jittama f'dan ir-rigward li l-preparamenti tas-sistema SIS III jitmexxew b'mod sinifikattivament aħjar.

Parti X – Rapport Speċjali Nru 4/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali"

114.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi lil-leġiżlatur tal-Unjoni l-modifiki li meħtieġa jsiru lill-istrumenti attwali (il-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali) bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD)) jew, fejn xieraq, strumenti ġodda li huma kapaċi jissodisfaw l-għanijiet aktar ambizzjużi fir-rigward tal-integrazzjoni tal-objettivi tal-politika dwar l-ilma fil-PAK;

115.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex, f'konformità mad-WFD:

(a)    jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati mill-awditu fit-twettiq tagħhom ta' kontrolli tal-kundizzjonalità;

(b)    jimponu b'mod sistematiku l-penali xierqa f'każijiet ta' ksur;

(c)    jinsistu aktar fuq l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-problemi relatati mal-ilma permezz tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (RDPs) tagħhom u l-iżgurar li huma konsistenti mal-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs);

(d)    ifasslu u jimplimentaw b'mod rigoruż mekkaniżmi ta' salwagwardja biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ilma minn attivitajiet iffinanzjati mill-iżvilupp rurali;

(e)    iqisu b'mod attiv u jippromwovu b'mod xieraq l-użu tal-fondi allokati għall-kwistjonijiet relatati mal-ilma, b'mod li huwa konsistenti ma' ġestjoni finanzjarja tajba;

116.  Jistenna lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmi xierqa li jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv influwenza pożittiva qawwija fuq il-kwalità tad-dokumenti ta' programmazzjoni tad-WFD tal-Istati Membri u li jevitaw in-nuqqas ta' rispett għaż-żmien iffissat mid-WFD; iqis, għal dan il-għan, li għandhom jiġu żgurati kundizzjonijiet minimi fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-WFD qabel ma jiġu impenjati l-fondi għall-iżvilupp rurali;

117.  Jistieden lill-Istati Membri jħaffu b'urġenza l-proċess tal-implimentazzjoni tad-WFD u jtejbu l-kwalità tal-RBMPs tagħhom għaċ-ċiklu tal-ġestjoni li jmiss (2015) billi jiddeskrivu miżuri individwali (eż. f'dawk li huma ambitu, żmien speċifikat, miri u spejjeż) u jagħmluhom ċari u konkreti biżżejjed f'livell operazzjonali, u sal-livell lokali/tal-azjendi agikoli;

118.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-għarfien tagħha tar-rabta bejn il-kwalità/kwantità tal-ilma u l-prattiki agrikoli billi ttejjeb is-sistemi eżistenti tagħha ta' monitoraġġ u tiżgura li huma kapaċi tal-anqas li jkejlu l-evoluzzjoni tal-pressjoni li ssir fuq l-ilma mill-prattiki agrikoli; iqis li dan kieku jgħin fl-identifikazzjoni tal-oqsma li fihom il-fondi tal-PAK huma l-aktar meħtieġa;

119.  Minħabba li l-kwalità tal-informazzjoni dwar l-ilma fl-Unjoni fl-intier tagħha tiddependi fuq il-kwalità tal-informazzjoni li l-Istati Membri jagħtu, l-Istati Membri huma mħeġġa jtejbu l-puntwalità, l-affidabbiltà u l-konsistenza tad-data li huma jipprovdu lill-Kummissjoni;

Parti XI – Rapport Speċjali Nru 5/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Is-superviżjoni bankarja Ewropea li qed tieħu forma - l-EBA u l-kuntest dejjem jinbidel tagħha"

120.  Jenfasizza l-ħtieġa għal analiżi transsettorjali tal-impatt kif ukoll l-importanza li jitqies iż-żmien li hemm bżonn għall-abbozzar tal-istandards tekniċi; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex ikun hemm skadenzi dwar setgħat għal standards tekniċi u jinnota li qed issir analiżi transsettorjali billi tiġi eżaminata l-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni adottata fis-snin preċedenti fir-rigward tal-miżuri tal-pakkett regolatorju;

121.  Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità"), għandhom jibqgħu ikunu newtrali mil-lat politiku; jemmen, madankollu, li huwa essenzjali li titjieb il-konverġenza superviżorja malajr kemm jista' jkun sabiex din twettaq il-kompiti u r-rwol tagħha;

122.  Jemmen li sistema ta' kontroll indipendenti hija l-bażi għall-funzjonament xieraq tas-suq finanzjarju; għaldaqstant jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deċiżjoni politika li tqis lill-Awtorità bħala awtorità kompetenti biss għall-koordinazzjoni u mhux għas-superviżjoni mikroprudenzjali f'perjodu storiku fejn il-fiduċja fl-istituzzjonijiet finanzjarji teħtieġ azzjonijiet b'saħħithom;

123.  Jinnota l-limitazzjonijiet tal-Awtorità fir-rigward tal-kulleġġi tas-superviżuri, kif ukoll l-impatt tagħha fuq il-konverġenza superviżorja; jilqa' l-progress li sar mill-Awtorità, bil-limitazzjonijiet li għandha, biex ittejjeb il-funzjonament tal-kulleġġi, b'mod partikolari b'rabta mat-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju konġunti u t-teħid ta' deċiżjonijiet konġunti;

124.  Jinnota bi tħassib li, minkejja li ssaħħaħ ir-rwol tal-Awtorità biex tibda u tikkoordina t-testijiet ta' stress bħala parti mill-pakkett tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, ir-responsabbiltà ġuridika għat-twettiq tal-eżerċizzji tat-testijiet tal-istress xorta tibqa' taħt il-qasam ta' attività tal-awtoritajiet kompetenti, fatt li jħalli lill-Awtorità mingħajr kontroll tar-riżultati tat-testijiet; .

125.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' ħila tal-Awtorità biex tissodisfa kompletament il-mandat tagħha fir-rigward tal-ħarsien tal-konsumatur minħabba nuqqas ta' strumenti ġuridiċi biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u kamp ta' applikazzjoni limitat għat-teħid ta' deċiżjonijiet legalment vinkolanti biex tipprojbixxi ċerti prodotti jew attivitajiet; jenfasizza, madankollu, ir-rwol tal-Kumitat Konġunt biex jiffaċilita u jtejjeb l-iskambju ta' fehmiet bejn settur u ieħor u jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li jinħtieġu miżuri aktar b'saħħithom għall-ħarsien tal-konsumatur fis-settur finanzjarju tal-Unjoni;

126.  Jemmen li koordinazzjoni akbar mal-awtoritajiet nazzjonali tal-ħarsien tal-konsumatur tista' żżid l-impatt tal-Awtorità f'dan il-qasam;

127.  Jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li t-twaqqif ta' sistema ta' kejl tal-prestazzjoni huwa essenzjali għal monitoraġġ effikaċi u jirrikonoxxi li l-Awtorità tinsab fil-proċess li timplimenta sistema ta' kejl tal-prestazzjoni;

128.  Jinnota li superviżjoni bankarja fl-Unjoni kollha teħtieġ diviżjoni ċara tar-rwoli u r-responsabbiltà bejn l-Awtorità, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, kemm fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku kif ukoll lil hinn minnu; jappella, għalhekk, għal kjarifika ulterjuri tar-rwoli u d-dmirijiet tagħhom sabiex ikun evitat ir-riskju ta' kompiti li jkopru l-istess ambitu, ta' lakuni possibbli u responsabbiltajiet mhux ċari;

129.  Iqis li jeħtieġ jittejbu r-regoli attwali ta' superviżjoni sabiex jinkludu superviżjoni aktar mill-qrib ta' banek nazzjonali f'dawk il-pajjiżi li adottaw l-euro li iżda mhumiex Stati Membri, bħall-Vatikan, Andorra, Monako u San Marino;

130.  Jemmen li jeħtieġ jiġu riveduti l-parametri għall-assi mwieżna għar-riskju (RWA) sabiex ma jiġux ippenalizzati l-banek l-aktar esposti għall-prodotti bankarji relatati mal-kreditu kif ukoll biex ma jiġux ippremjati l-banek bi prodotti finanzjarji foqra jew dubjużi bħad-derivattivi;

Parti XII – Rapport Speċjali Nru 6/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta' Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli ‒ inkisbu riżultati tajbin?"

131.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 6/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

132.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-implimentazzjoni fil-proġetti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli (SER) ma kinitx problematika u jqis li dan il-fatt jikkonferma l-maturità ta' teknoloġiji ewlenin fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

133.  Huwa tal-fehma li fir-rigward tal-proġetti SER, li ġeneralment jieħdu bosta snin sakemm ikunu kompletament operattivi, huwa diffiċli li wieħed jagħmel evalwazzjoni preċiża tal-prestazzjoni qabel ma jkunu għaddew dawk is-snin;

134.  Iqis li l-prinċipju ta' kosteffikaċja għandu jkun inkluż b'mod sħiħ fl-istrumenti tal-politika ta' koeżjoni kif ukoll fi strumenti oħra bħall-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru, u mhux biss fi proġetti SER, anke meta dawn iservu skopijiet usa'; jirrimarka li l-kunċett ta' kosteffettività jista' jkun definit b'diversi modi; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiddiskutu l-modi kif jissimplifikaw dik l-idea sabiex tingħata gwida aktar effiċjenti għall-implimentazzjoni tal-proġetti SER;

135.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-qafas regolatorju tal-Unjoni dwar is-SER ma jaqbilx totalment mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni ‒ il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni ‒ li huma l-aktar sorsi ta' finanzjament importanti għall-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni twettaq skrinjar fil-fond tal-leġiżlazzjoni u tikkoreġi l-inkonsistenzi eżistenti;

136.  Jemmen li l-finanzjament pubbliku f'dan il-qasam għandu jikkumplimenta u jkollu rwol ewlieni fl-istimolu tal-investiment privat; huwa tal-opinjoni, madankollu, li ċerti proġetti, speċjalment dawk ta' skala ikbar, jeħtieġu investiment pubbliku msaħħaħ;

137.  Iqis li inċentivi instabbli u imprevedibbli u skemi ta' appoġġ qed ifixklu l-investiment fl-enerġija rinnovabbli; jinsisti li inċertezzi eżistenti jfixklu wkoll il-proċess tal-għażla tat-teknoloġiji ta' produzzjoni li jkomplu jdgħajfu l-prinċipju ta' kosteffettività;

138.  Jenfasizza li d-diffikultajiet u l-inċertezzi għall-integrazzjoni tal-grilja tas-SER ma jirrappreżentawx biss ostaklu għall-investiment tas-settur privat fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli iżda jistgħu jxekklu wkoll is-sostenibbiltà ekonomika u finanzjarja tal-proġetti li għaddejjin bħalissa kif ukoll l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni fil-ġejjieni; jistieden lill-Kummissjoni twettaq skrinjar aġġornat ta' ostakli regolatorji u tekniċi fil-livell tal-Istati Membri sabiex proġetti SER, kemm fuq skala żgħira kif ukoll fuq skala kbira, ikollhom aċċess aħjar għall-grilja elettrika;

139.  Jinnota li l-Kummissjoni teħtieġ tissorvelja b'mod aktar rigoruż il-qafas regolatorju ġdid għall-2014-2020, inklużi l-objettivi tal-bidu tiegħu u l-indikaturi tal-prestazzjoni li jippermettu monitoraġġ u evalwazzjoni effikaċi;

140.  Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jistabbilixxu proċeduri komuni sabiex jarmonizzaw is-sistemi amministrattivi nazzjonali tagħhom;

141.  Jinnota li l-kriterji tal-għażla dettaljati ħafna tas-SER jistgħu jsiru mod ta' kif ikunu esklużi l-kompetituri; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-gwida f'dan ir-rigward u timmonitorja dawk il-każijiet bir-reqqa;

142.  Jieħu nota tat-tweġibiet tal-Kummissjoni filwaqt li jsostni li wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri diġà ġew implimentati permezz tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli);

Parti XIII – Rapport Speċjali Nru 7/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR appoġġa b'suċċess l-iżvilupp ta' inkubaturi tan-negozju?"

143.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 7/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

144.  Jinnota li l-inkubaturi tan-negozji jsostnu t-twaqqif u l-iżvilupp ulterjuri ta' negozji żgħażagħ li jistgħu jqiegħdu lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-qalba tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi fl-Unjoni;

145.  Jemmen li l-programmi ta' finanzjament tal-politika ta' koeżjoni applikati għal dawn l-inkubaturi awditjati għandu jkollhom pjanifikazzjoni strutturata, sett ċar ta' objettivi u valutazzjoni effikaċi; huwa tal-opinjoni li l-inkubaturi awditjati kellhom dgħufijiet f'kull wieħed mir-rekwiżiti msemmija hawn fuq;

146.  Ifakkar li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għamel kontribuzzjoni finanzjarja sinifikanti għall-ħolqien tal-infrastruttura tal-inkubaturi tan-negozji u li l-faċilitajiet ta' inkubaturi li ġew awditjati kienu stabbiliti kif xieraq, iżda li r-rendiment ta' dawn l-inkubaturi awditjati kien limitat;

147.  Jindika li l-għadd ta' pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju li nħolqu bl-appoġġ ta' inkubatur, l-għadd ta' negozji li kienu għadhom jiftħu u li ġew inkubati, kif ukoll l-għadd ta' impjiegi maħluqa, kien, bħala medja, ferm iżgħar miċ-ċifri mill-inkubaturi li ntużaw mill-Qorti tal-Awdituri bħala punt ta' riferiment biex jitqabblu magħhom;

148.  Jinnota li l-inkubaturi tal-FEŻR awditjati offrew firxa ta' servizzi aktar limitata mill-inkubaturi li ntużaw bħala punt ta' riferiment u li l-firxa ta' ħiliet u kompetenza esperta li kellhom il-persunal tal-inkubaturi tal-FEŻR kienet anqas estensiva;

149.  Jisħaq fuq il-fatt li katina ta' valur għall-appoġġ tan-negozji kompletament effettiv b'persunal kompetenti, prassi tajba u monitoraġġ regolari hi importanti għall-effikaċja tal-inkubaturi tan-negozji;

150.  Jieħu nota tal-ispjegazzjoni tal-Kummissjoni li l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni fl-2004 u wara kienu nieqsa mill-infrastruttura, il-kompetenza u l-esperjenza fil-qasam tan-negozju u ma setgħux, għal dawn ir-raġunijiet, jilħqu riżultati aħjar; ifakkar, madankollu, li l-eżerċizzju ta' awditjar sar fuq inkubaturi f'4+2 Stati Membri u tnejn biss minnhom ingħaqdu mal-Unjoni fl-2004;

151.  Hu tal-opinjoni li l-Kummissjoni wriet, matul il-perjodi ta' programmazzjoni suċċessivi 2000-2006 u 2007-2013, nuqqas ta' involviment b'appoġġ għal dawn l-intrapriżi; jinnota li dan hu kkonfermat mill-vojt fil-gwida pprovduta mill-Kummissjoni f'dawk il-perjodi ta' programmazzjoni, b'mod speċjali bejn l-2006 u l-2010;

152.  Ifakkar li t-twaqqif u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika, b'mod partikolari fin-negozji li jkunu għadhom kif inħolqu, huma miżuri importanti għat-titjib tal-effikaċja; jiddeplora r-riżultati deludenti fornuti mill-inkubaturi awditjati; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-gwida għall-awtoritajiet maniġerjali tal-Istati Membri f'din il-kwistjoni u jistieden lil dawn tal-aħħar biex japplikaw dawk il-prinċipji ta' gwida b'mod effiċjenti;

153.  Jisħaq fuq il-fatt li l-investiment fit-taħriġ għall-persunal, b'mod li jiġi żgurat appoġġ effikaċi għall-kumpaniji inkubati u l-klijenti potenzjali, hu importanti għall-effikaċja tan-negozju; jiddispjaċih li anke dan l-element kien ġeneralment traskurat fl-inkubaturi awditjati;

154.  Jinnota li l-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji jista' jiġi bbażat fuq analiżi komprensiva u fil-fond, kif ukoll fuq sett ta' eżamijiet individwali, speċifiċi u mfassla apposta għall-proġetti b'appoġġ partikolari (bħal studju ta' fattibilità, pjan ta' direzzjoni tan-negozju, eċċ.); iqis li dawn l-eżamijiet jistgħu jippreżentaw raġunament ċar għat-tali appoġġ;

155.  Jemmen li ma jistax jiġi determinat minn qabel li l-użu ta' inkubaturi tan-negozju li huma maħsuba biex iġibu valur miżjud għall-iżvilupp reġjonali u ekonomiku se jkollu eżitu li jirnexxi f'kull lokalità; iqis li għandhom jiġu appoġġati biss dawk l-inkubaturi li jissodisfaw il-prekundizzjonijiet introduttorji;

156.  Jissottolinja l-fatt li l-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji jista' jiġi pprovdut permezz tal-użu ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, fejn ir-riskju ta' servizz pubbliku jiġi kondiviż mal-intrapriża privata li tkun id-destinatarja tal-appoġġ;

157.  Jinnota li l-inkubaturi tan-negozji għandhom jinħolqu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-iskejjel u l-faċilitajiet ta' riċerka;

158.  Jinnota li hu importanti li jinstabu elementi komplementarji u sinerġiji fl-appoġġ għall-inkubaturi tan-negozji mis-sorsi bħall-FEŻR, il-programm ORIZZONT 2020 u l-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) fil-perjodu 2014-2020;

Parti XIV – Rapport Speċjali Nru 8/2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu "Il-Kummissjoni mmaniġġjat b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' appoġġ akkoppjat fl-Iskema ta' Pagament Uniku?"

159.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jilqa' pożittivament il-pożizzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni;

160.  Jiddispjaċih li xi Stati Membri, skont il-Qorti tal-Awdituri, mhux dejjem segwew il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba meta ddefinixxew il-kriterji għall-kalkolu tal-intitolamenti għal pagament;

161.  Jinnota li dan wassal biex f'ċertu setturi l-bdiewa rċevew benefiċċji imprevisti, li fihom infushom ma kisru ebda regola eżistenti:

(a)    fi Spanja, skont ir-regoli nazzjonali, l-intitolamenti għal pagament kellhom valur ogħla minn meta l-bdiewa rċevew appoġġ akkoppjat fil-passat;

(b)    fl-Italja, il-bdiewa rċevew intitolamenti għal pagament li jikkorrispondu għal-livell storiku ta' appoġġ tagħhom, anki jekk sadanittant kienu naqqsu b'mod sinifikanti ż-żoni li jaħdmu fihom;

(c)    għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux naqqsu l-valur tal-intitolamenti kollha għal pagament sabiex jiffinanzjaw l-appoġġ speċifiku għall-bdiewa (l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009(17)); konsegwentement, il-valur tal-intitolamenti għal pagament kollha fi Franza kien iddikjarat b'mod eċċessiv b'4,61 %, li jikkorrispondi għal EUR 357,3 miljun; jinnota li EUR 74 miljun minn dan l-ammont kien jikkonċerna l-appoġġ integrat fl-Iskema ta' Pagament Uniku (SPU) fl-2010 u li l-Kummissjoni tgħid li l-pjan ta' azzjoni għal Franza jinkludi miżuri korrettivi;

162.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tissorvelja b'mod adegwat il-kalkolu ta' intitolamenti għal pagament għall-bdiewa mill-Istati Membri, inkluż ir-rispett għal-limiti massimi disponibbli għall-allokazzjoni ta' dawn l-intitolamenti;

163.  Jinnota bi tħassib li anke fejn il-Kummissjoni identifikat żbalji, l-intitolamenti għal pagament ma ġewx ikkoreġuti għaliex il-proċeduri amministrattivi jimxu bil-mod wisq;

164.  Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sorveljanza f'waqtha u tagħti aktar attenzjoni lir-riskji marbuta mal-intitolamenti;

165.  Jinnota li, mill-2015, l-SPU se tinbidel ma' "Skema ta' Pagament Bażiku" (SPB);

166.  Huwa tal-fehma li s-sistema l-ġdida għandha timmira li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa;

167.  Jinsab konvint li l-kontrolli u l-awditi tal-Kummissjoni għandhom essenzjalment ikunu bbażati fuq ir-riskju;

168.  Jinsisti li s-sistema l-ġdida jeħtieġ tevita diskrepanzi mhux ġustifikati fil-kalkoli tal-intitolamenti għal pagament fid-diversi Stati Membri kif ukoll it-trattament inugwali tal-bdiewa, irrispettivament minn kwalunkwe livell ta' diskrezzjoni li r-regolament jista' joffri; jitlob lill-Kummissjoni sserraħ ras il-Parlament u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju tiegħu li l-miżuri xierqa biex jinkiseb dan l-objettiv huma fis-seħħ;

169.  Jinsab imħasseb li l-intitolamenti għal pagament mhux korretti jistgħu iwasslu għal pagamenti mhux korretti anki lil hinn mill-2014, peress li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jħallsu sal-2021 parti mill-għajnuna futura fuq il-bażi tal-livell attwali tal-appoġġ tal-SPU; iqis li għalkemm dawn il-pagamenti jistgħu jiġu kkoreġuti u rkuprati, qabelxejn għandhom jiġu evitati;

170.  Ifakkar lill-Kummisjsoni li l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li "[i]l-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit f'koperazzjoni mal-Istati Membri[...], fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprazzjonijiet, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba"; jistenna li l-Kummissjoni għalhekk tipprovdi biżżejjed direzzjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jimplimentaw l-SPB skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba, u tqiegħed fis-seħħ l-istrutturi ta' monitoraġġ xierqa bil-għan li jieħdu responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-baġit;

Parti XV – Rapport Speċjali Nru 9/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ tal-UE għal investiment u promozzjoni għas-settur tal-inbid huwa mmaniġġjat tajjeb u r-riżultati tiegħu dwar il-kompetittività tal-inbejjed tal-UE huma dimostrati?"

171.  Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali Nru 9/2014 tal-Qorti tal-Awdituri;

172.  Jinnota l-adozzjoni mill-Kunsill u mill-Parlament tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013(18) dwar l-organizzazzjoni komuni ġdida tas-swieq għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020;

173.  Ifakkar fir-Rapport Speċjali Nru 7/2012 tal-Qorti tal-Awdituri (Kwittanza 2011) dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid: il-progress li sar s'issa u r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li segwa;

174.  Jappoġġa bis-sħiħ l-idea li l-iskema ta' għajnuna għandha tiġi razzjonalizzata u li l-Kummissjoni għandha tissorvelja perjodikament l-assorbiment tal-fondi; jinsisti fuq il-ħtieġa assoluta li l-miżuri ta' investiment għandhom ikunu orjentati lejn in-negozju u r-riżultati u li għandhom jiġu mħeġġa mudelli tal-aħjar prattiki u li għandna nitgħallmu minnhom;

175.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-isforzi li ma rnexxewx biex aktar intrapriżi żgħar u medji (SMEs) jiġu attratti għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-Unjoni għas-settur tal-inbid; iqis li r-rati ta' kofinanzjament għandhom jiġu riveduti biex b'hekk jibbenefikaw l-SMEs, b'mod li l-parteċipazzjoni tagħhom bħala benefiċjarji potenzjali, speċjalment b'kapaċitajiet amministrattivi u ta' finanzjament limitati, issir aktar faċli;

176.  Iqis li hemm bżonn li tkun implimentata sistema komuni ta' valutazzjoni tal-miżura ta' promozzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu jistgħu janalizzaw il-punt sa fejn ikunu waslu l-progress u l-ksib tal-objettivi definiti u l-impatt tagħha fuq il-kompetittività tas-settur tal-inbid fil-livell tal-Istati Membri; jirrimarka li kwalunkwe żieda fis-sehem tas-suq globali tal-kumpanija tal-inbid rispettiva tista' tkun parti minn dik is-sistema komuni ta' valutazzjoni;

177.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-ispejjeż anċillari bħal spejjeż tal-korpi ta' implimentazzjoni u spejjeż ġenerali għandhom ikunu ġustifikati sew u jkunu limitati għal perċentwal massimu tal-ispejjeż totali;

178.  Jenfasizza l-importanza kruċjali li tkun disponibbli taħlita politika xierqa bejn l-investiment u l-promozzjoni; jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu aktar effiċjenti fl-applikazzjoni tal-miżuri; jinnota, b'mod partikolari fir-rigward tal-miżura ta' promozzjoni, li l-benefiċjarji għandhom ikunu obbligati jagħtu prova tal-ħtieġa li jirċievu għajnuna mill-Unjoni, li m'għandhomx jiġu ffinanzjati l-ispejjeż operattivi normali, u li għandu jiġi ristrett l-appoġġ għall-benefiċjarji li jippreżentaw, f'kull perjodu ta' programmazzjoni, programmi ta' promozzjoni fl-istess pajjiżi; jirrimarka ulterjorment li r-riżultati tal-azzjonijiet ta' promozzjoni għandhom jiġu vvalutati fil-livell tal-benefiċjarju aktar milli għas-settur tal-inbid tal-Unjoni kollu kemm hu;

179.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tanalizza kif il-baġit allokat lill-programmi nazzjonali ta' appoġġ għall-perjodu 2014-2018 jaqbel mal-ħtiġijiet tas-settur tal-inbid tal-Unjoni, tanalizza l-kapaċità ta' assorbiment tal-Istati Membri u taġġusta l-baġit fejn ikun hemm bżonn; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra jekk hemmx il-bżonn ta' għodda finanzjarja addizzjonali għas-settur tal-inbid meta mqabbel ma' setturi agrikoli oħrajn;

180.  Jilqa' l-evoluzzjoni pożittiva tal-esportazzjoni ta' nbejjed ta' kwalità mill-Unjoni; jirrimarka li l-Unjoni għandha tidentifika u tisfrutta l-vantaġġ kompetittiv tagħha f'suq dinji tal-inbid multilaterali u dejjem aktar kompetittiv u għandha tinkoraġġixxi lill-produtturi tal-inbid tal-Unjoni jiżviluppaw inbejjed ta' kwalità fost l-aqwa fid-dinja li jkomplu jgħinu jissodisfaw il-bilanċ tal-Unjoni bejn il-provvista u d-domanda;

181.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkontribwixxi għal aktar trasparenza fil-promozzjoni tal-inbid f'pajjiżi terzi permezz ta' sistema aħjar ta' kontroll u monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati; jirrimarka li din il-miżura għandha tgħin ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju;

Parti VII – Rapport Speċjali Nru 10/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-appoġġ għall-akkwakultura mill-Fond Ewropew għas-Sajd"

182.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Qorti tal-Awdituri filwaqt li jinnota li l-Kummissjoni qed tiżviluppa l-gwida mitluba għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) (id-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina); Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni ħadet nota tar-rakkomandazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tat-territorju u l-ħtieġa ta' simplifikazzjoni amministrattiva;

183.  Jilqa' l-fatt li t-tagħlimiet li ħarġu mill-perjodu 2007-2013 ġew inkorporati fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd il-ġdid għall-perjodu 2014-2020; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni, madankollu, tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha ġew u se jiġu implimentati;

184.  Jifhem li l-impatt tal-kriżi finanzjarja affettwa b'mod kritiku l-kisba tal-għanijiet għat-tkabbir u l-impjiegi fis-settur tal-akkwakultura; jenfasizza, madankollu, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – it-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-akkwakultura – ma ntlaħaqx ukoll minħabba fatturi oħrajn; jenfasizza l-fatt li minflok ma kiber, is-settur tal-akkwakultura staġna għal ħafna snin b'differenza minn partijiet oħra fid-dinja;

185.  Jinsab iddiżappuntat bin-nuqqas ta' prijoritizzazzjoni fil-livell tal-proġetti u fl-ippjanar strateġiku fuq livell nazzjonali; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kummissjoni ttejjeb it-tfassil tal-programmi sabiex issaħħaħ il-miżuri li jappoġġaw l-akkwakultura u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura implimentazzjoni aħjar;

186.  Jirrimarka li, min-naħa l-waħda, akkwakultura aktar b'saħħitha u sostenibbli hi wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni, iżda min-naħa l-oħra, ftit li xejn sar biex dan l-għan jintlaħaq b'suċċess fil-qafas tal-FES; jinnota li dan hu żball sistematiku li jeżisti fi programmi oħrajn ukoll u għalhekk iħoss li l-Kummissjoni qed tonqos kontinwament milli tilħaq l-objettivi tagħha;

187.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti xejra ġdida lill-ġestjoni finanzjarja tagħha u tbiddel l-approċċ tagħha milli tuża s-sorsi kollha disponibbli għal li tikkonċentra fuq jekk l-infiq huwiex konformi mar-regoli, jekk hijiex qed trendi valur għall-flus minfuqa u jekk hijiex qed tipprovdi appoġġ effikaċi biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin;

188.  Jinnota li l-Istati Membri jeħtieġ jindirizzaw l-għażla fqira ta' proġetti minflok ma jagħtu fondi għall-proġetti kollha u għandhom jiżguraw li l-proċedura tal-għażla tkun soġġetta għal regoli ta' evalwazzjoni dettaljati li jivvalutaw il-potenzjal tal-proġetti biex irendu riżultati u valur għall-flus minfuqa li b'mod ġenerali jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) bħalma huma t-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri fit-twettiq ta' dan, tinkoraġġixxi segwitu ta' monitoraġġ tar-riżultati tal-proġetti u tistabbilixxi evalwazzjoni ta' wara l-proġett aktar kumplessa li mbagħad jinsiltu tagħlimiet minnha;

189.  Jinsab konvint li l-Istati Membri għandhom itejbu l-għodda u l-mezzi ta' rappurtar tagħhom peress li d-data mressqa lill-Kummissjoni ħafna drabi ma tkunx eżatta; jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex: (a) tiżviluppa mezzi ta' pressjoni aktar b'saħħithom fuq l-Istati Membri biex iressqu data affidabbli, speċjalment f'każ ta' diskrepanzi ovvji, u, (b) tikkunsidra li tippenalizza lill-Istati Membri li jkunu suspettati li ressqu intenzjonalment data mhux korretta;

190.  Jirrimarka li l-Kummissjoni teħtieġ tiżviluppa qafas aktar b'saħħtu għall-programmi finanzjarji kollha tagħha, inklużi l-miżuri l-ġodda tal-FEMS għall-akkwakultura; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra tkun aktar konsistenti fl-approċċ tagħha u għandha tiżviluppa integrità aktar b'saħħitha;

191.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jiċċaraw l-istrateġiji tagħhom stess u jimplimentawhom b'mod li jikkumplimenta l-objettivi tal-FEMS; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu sforz akbar fl-evalwazzjoni tal-proġett u jinħelsu minn nuqqas ta' ħsieb strateġiku dwar il-proġetti; jenfasizza li hemm il-bżonn li jiġi garantit li l-evalwaturi jevalwaw il-proġetti b'għajnejhom miftuħin u b'aspettattivi ċari;

192.  Jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat mill-ġdid il-finanzjament tal-proġetti li diġà bdew peress li dan m'għandu l-ebda impatt addizzjonali; jiskoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri milli jwettqu "eżerċizzju ta' lista ta' kontroll" sabiex jiġi evitat nuqqas ta' valur addizzjonali;

193.  Jinkoraġġixxi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi biex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-proġetti li japplikaw għall-finanzjament;

194.  Jilqa' l-proposta għal sistema ġdida ta' monitoraġġ fil-FEMS li tinkludi bażi tad-data fil-livell tal-Istati Membri li taħżen informazzjoni dwar kull operazzjoni u rapport aggregat b'informazzjoni kruċjali, iżda jinsisti fuq l-implimentazzjoni ta' din il-proposta u li din tibqa' ta' livell għoli;

Parti XVII – Rapport Speċjali Nru 11/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna"

195.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 11/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

196.  Huwa tal-fehma li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għadu mhuwiex servizz diplomatiku tal-Unjoni komplut minħabba nuqqas ta' riżorsi; iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri huma l-atturi xierqa biex jagħfsu biex is-SEAE jiġi kkonsolidat;

197.  Jirrimarka li l-prinċipju tan-newtralità tal-baġit huwa apprezzat ħafna; iqis, madankollu, li dan m'għandux jitqies f'iżolament mill-iffrankar li l-Istati Membri għamlu bit-twaqqif tas-SEAE;

198.  Iqis li s-SEAE għad għandu amministrazzjoni b'ammont sproporzjonat ta' karigi tal-ogħla livell u li dan jeħtieġ jiġi indirizzat; huwa tal-fehma li l-miżuri diġà implimentati biex titranġa din is-sitwazzjoni huma passi fid-direzzjoni t-tajba u jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-impenn tagħha biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn is-servizzi;

199.  Iqis li r-responsabbiltajiet tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni ma huma ċari xejn, b'nuqqas ta' analiżi xierqa tal-monitoraġġ u tal-prestazzjoni; jissuġġerixxi li, sabiex tissolva din il-lakuna, dawn jiġu integrati fis-SEAE;

200.  Iqis bħala pożittivi l-iżviluppi li saru fil-qasam tar-riżorsi umani iżda minkejja dan jaqbel mal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kompetenza tematika fid-Delegazzjonijiet hija meħtieġa sew; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE joħolqu approċċ miftiehem flimkien li jottimizza l-profil tal-persunal tad-delegazzjoni;

201.  Jistieden lis-SEAE jkollu perspettiva ġenerali aħjar tal-ispejjeż imġarrba fil-proċeduri ta' reklutaġġ; jistieden lis-SEAE juża soluzzjonijiet innovattivi bħall-videoconferencing għall-intervisti tax-xogħol u, kemm jista' jkun, joħroġ bi proposti simili għat-taħriġ tal-persunal ukoll;

202.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri li jippromwovu koordinament u kooperazzjoni aħjar bejn is-servizzi tar-relazzjonjiet esterni tagħhom u s-SEAE mingħajr ma jitwarrbu l-kwistjonijiet tematiċi orizzontali;

203.  Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata flessibilità akbar fil-finanzjament tal-missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) biex tkun garantita s-sigurtà interna u esterna tal-Unjoni minħabba l-periklu maħluq minn kunflitti f'pajjiżi li jmissu magħha, kif ukoll iż-żieda fir-riskju ta' attivitajiet terroristiċi possibbli marbuta mal-IS;

204.  Iħeġġeġ lis-SEAE jimmassimizza l-benefiċċji tal-ekonomiji ta' skala billi joħloq sinerġiji ġodda fi ħdan is-sede ċentrali tas-SEAE u d-delegazzjonijiet kif ukoll b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-servizzi diplomatiċi nazzjonali, fl-ispirtu ta' politika esterna u servizzi tal-Unjoni reali; jinnota b'sodisfazzjon li l-kolokazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri qed tiżdied, anki jekk għadha limitata, u jifraħ lis-SEAE talli qed jagħti prijorità lil din il-materja fl-azzjonijiet tiegħu;

205.  Jirrikonoxxi li għad baqa' xogħol xi jsir fir-rigward tas-servizzi konsolari;

Parti XVIII – Rapport Speċjali Nru 12/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?"

206.  Jirrimarka li l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) tiddefinixxi l-bijodiversità bħala l-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi fost oħrajn, ekosistemi terrestri, tal-baħar u ekosistemi akkwatiċi oħra u l-kumplessi ekoloġiċi li jagħmlu parti minnhom; jirrimarka wkoll li s-CBD tirrikonoxxi bosta theddidiet importanti għall-bijodiversità, bħat-telf u l-frammentazzjoni tal-ħabitat, l-użu eċċessiv tal-foresti, l-oċeani, ix-xmajjar, il-lagi u l-ħamrija, it-tniġġis, it-tibdil fil-klima, u l-ispeċijiet introdotti li jikkompetu mal-flora u l-fawna indiġeni;

207.  Jenfasizza li l-bijodiversità hija essenzjali għall-ħajja umana u għall-benessri tas-soċjetàjiet; jenfasizza, barra minn hekk, li l-bidla fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, it-theddidiet rappreżentati mill-ispeċijiet invażivi u l-konsum eċċessiv tar-riżorsi naturali huma sfidi kbar li jaffettwaw kull ċittadin tal-Unjoni;

208.  Jiddispjaċih li l-Unjoni ma rnexxilhiex tilħaq il-mira ewlenija tagħha li twaqqaf it-telf tal-bijodiversità fl-Unjoni sal-2010;

209.  Jinnota li t-telf tal-bijodiversità għandu spejjeż ekonomiċi devastanti għas-soċjetà, fatt li s'issa għadu ma ngħatax biżżejjed attenzjoni fil-politiki globali; L-istudju dwar l-ekonomija tal-ekosistemi u tal-bijodiversità stima li l-ispiża tan-nuqqqas ta' azzjoni u tad-degradazzjoni tas-servizzi ekoloġiċi tirrappreżenta sa 7 % tal-PDG globali kull sena fl-2050(20);

210.  Jinsab konvint li, għaldaqstant, hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni u li tingħata importanza politika akbar lill-bijodiversità sabiex jiġu sodisfatti l-impenji rilevanti għall-2020;

211.  Jinnota li r-riżultati tal-proġetti ta' spiss idumu biex joħorġu, li jagħmilha diffiċli li jiġu evalwati r-riżultati tagħhom;

212.  Huwa tal-fehma li, minkejja l-limitazzjonijiet assoċjati mal-livell baxx ta' fondi allokati għall-bijodiversità u mad-diffikultajiet tal-valutazzjoni tal-użu ta' dawn il-fondi, f'dan l-istadju huwa essenzjali li l-finanzjament jibqa' hemm;

213.  Jenfasizza l-fatt li l-ħarsien tal-bijodiversità mhuwiex biss għan ambjentali nobbli, iżda li din il-politika toffri wkoll potenzjal sinifikanti li jinħolqu ħiliet, impjiegi u opportunitajiet kummerċjali ġodda;

214.  Jenfasizza l-importanza li l-ħarsien u l-konservazzjoni tal-bijodiversità jiġu integrati fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-politiki l-oħra kollha tal-Unjoni (inklużi l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, l-iżvilupp reġjonali, l-enerġija, l-industrija, it-trasport, it-turiżmu, il-kooperazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp, u r-riċerka u l-iżvilupp) sabiex il-politiki settorjali u fiskali tal-Unjoni jkunu aktar koerenti u biex ikun żgurat li l-Unjoni tilħaq l-impenji vinkolanti tagħha dwar il-ħarsien tal-bijodiversità; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni għandha tissaħħaħ;

215.  Jinnota li, minkejja l-gwida u l-impetu mogħtija mill-Kummissjoni, huwa f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu prijoritajiet ta' finanzjament ibbażati fuq il-bżonnijiet tagħhom u li l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri ma tużax il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) bħala strument għall-ħarsien tal-bijodiversità;

216.  Huwa tal-fehma, għalhekk, li fid-dawl tal-użu baxx tagħhom (0,79 %), hemm bżonn jiġi kkunsidrat li parti mill-fondi tal-FEŻR (perċentwal li għad irid jiġi kkonfermat) jiġi allokat b'mod obbligatorju għall-promozzjoni tal-bijodiversità;

Parti XIX – Rapport Speċjali Nru 13/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti"

217.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 13/2014 li jevalwa l-appoġġ tal-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti bħala kontribut importanti għad-dibattitu politiku globali dwar il-politiki umanitarji esterni u tal-iżvilupp tal-Unjoni; jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet;

218.  Jilqa' u jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tar-rapport finali dwar l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni mar-Repubblika ta' Ħaiti li twettqet mid-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp – EuropeAid tal-Kummissjoni fuq talba tal-Parlament u jistabbilixxi l-osservazzjonijet u r-rakkomandazzjonijet tiegħu hawn taħt;

Kummenti ġenerali

219.  Itenni s-sodisfazzjon ġenerali bil-ħidma u l-isforzi mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni b'reazzjoni għat-terremot f'Ħaiti fl-2010 u dan, f'sitwazzjoni estremament kritika għad-delegazzjoni tal-Unjoni u l-persunal tagħha; jilqa' f'dan ir-rigward l-abbiltà tal-Kummissjoni li żżomm il-pagamenti u l-ħlasijiet bħala konsegwenza għall-progress mhux sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja tal-Gvern u n-nuqqasijiet fil-proċeduri nazzjonali tal-akkwist;

220.  Jiddeplora d-dgħufijiet identifikati fil-koordinazzjoni bejn id-donaturi u fi ħdan is-servizzi tal-Kummissjoni kif elaborat ukoll minn evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-Unjoni mar-Repubblika ta' Ħaiti (2008-2012)(21), li nħarġet f'isem il-Kummissjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, artikolazzjoni aħjar tal-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp b'rabta aktar b'saħħitha bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp permezz ta' qafas LRRD (kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp) permanenti; iqis li, fejn ikun possibbli, iridu jiġu stabbiliti approċċi integrati b'għanijiet ta' koordinazzjoni ddikjarati b'mod ċar u strateġija tal-pajjiż koerenti bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO) tal-Kummissjoni u l-EuropeAid flimkien mal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki; jilqa', f'dan ir-rigward, l-inklużjoni tal-integrazzjoni sistematika tal-approċċ LRRD fiċ-ċiklu ta' finanzjament li jkopri l-2014-20; jistieden, barra minn hekk, lis-servizzi tal-Kummissjoni biex itejbu t-tranżizzjoni minn attivitajiet umanitarji għal żmien qasir għal interventi ta' żvilupp fit-tul u jiżviluppaw koordinazzjoni koerenti mhux biss fost atturi differenti tal-Unjoni iżda wkoll bi prijoritajiet nazzjonali permezz ta' strateġija komuni ta' qafas umanitarju u ta' żvilupp konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Parlament jekk il-qafas legali eżistenti qed ifixkel il-koordinazzjoni effikaċi fost id-diversi strumenti finanzjarji fl-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp; jemmen, barra minn hekk, li l-involviment ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi tas-soċjetà ċivili lokali jista' jsaħħaħ l-użu tal-bażi ta' għarfien lokali sabiex jiġu identifikati aħjar il-bżonnijiet ta' riabilitazzjoni u biex jiġi sorveljat il-progress miksub mill-awtoritajiet nazzjonali;

221.  Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet li segwew iż-żjara tad-delegazzjoni tal-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit f'Ħaiti fi Frar 2012 u jinsisti, bħala prinċipju kostanti, dwar il-kwistjoni importanti tat-traċċabilità u l-obbligu ta' rendikont tal-fondi tal-iżvilupp tal-Unjoni, b'mod partikolari billi l-appoġġ baġitarju jintrabat mal-prestazzjoni, partikolarment permezz ta' definizzjoni ċara tal-obbligi u d-dmirijiet fl-amministrazzjoni nazzjonali sabiex ikun żgurat li jkun hemm trasparenza, traċċabilità u obbligu ta' rendikont adegwati; itenni l-appell tiegħu biex titpoġġa aktar enfasi fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni endemika; jirrimarka li l-għajnuna umanitarja għandha tkun ibbażata fuq strateġija ta' ħruġ u jenfasizza li, kemm jista' jkun, il-fondi għandhom jingħaddu mill-istituzzjonijiet ta' Ħaiti, fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou, sabiex tiġi żgurata s-sjieda u jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-organi nazzjonali, inkluża l-Aġenzija tal-Kuntratti Pubbliċi, li għandha taġixxi bħala filtru ta' kontroll; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jenfasizzaw in-natura kundizzjonali tal-appoġġ baġitarju settorjali;

222.  Ifakkar li l-"bini tal-istat" għandu jkun fiċ-ċentru tal-istrateġija ta' żvilupp tal-Unjoni u l-qofol ta' kull tali sitwazzjoni ta' kriżi, f'konformità mal-prinċipji għall-intervent f'kuntesti fraġli; jinnota li dan jinkludi l-appoġġ ta' bini istituzzjonali, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja pubblika, l-allokazzjonijiet baġitarji u l-effikaċja tal-infiq pubbliku, bi djalogi politiċi u ta' politika rinforzati;

223.  Jitlob id-definizzjoni ta' taħlita ta' politika tajba fil-loġika tal-intervent tal-Unjoni permezz ta' approċċ komprensiv għall-partijiet interessati statali u mhux statali/mhux governattivi u għas-sostenn tas-setturi li jingħata permezz ta' valutazzjoni rapida tal-bżonnijiet settorjali u dan, għall-benefiċċju tal-vijabbilità, il-komplementarjetà u s-sostenibbiltà tal-proġetti;

Orjentazzjonijiet għall-ġejjieni

224.  Iqis li, lil hinn mis-sitwazzjoni ta' Ħaiti, jeħtieġ jiġu diskussi u mtejba l-miżuri sabiex jissaħħaħ il-qafas tal-politika ta' intervent u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri bl-iskop aħħari li jiġi limitat u jinżamm f'minimu r-riskju għall-ħajjiet umani u l-kundizzjonijiet tal-għajxien; jemmen li l-investiment fit-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri huwa kruċjali bħala komponent sħiħ tal-iżvilupp sostenibbli u huwa wkoll kosteffikaċi ħafna, peress li jippermetti l-użu ta' riżorsi ferm aktar effiċjenti u effikaċi mill-ħlas tal-ispiża għar-rispons għad-diżastri;

225.  Iqis li sitwazzjonijiet ta' kriżi u fraġilità jeħtieġu l-iżvilupp ta' politiki ii jitolbu approċċi ġodda, metodi ġodda u kompetenza, partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu attivitajiet bħal (iii) l-identifikazzjoni tar-riskji fil-livelli operattivi differenti, (ii) l-istabbiliment ta' xenarju u projezzjonijiet tal-konsegwenzi possibbli u (iii) it-tfassil ta' strumenti biex jiġu evitati, jitnaqqsu u ssir preparazzjoni għar-riskji u d-diżastri potenzjali; jappella għal approċċ flessibbli sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadatta l-miżuri u l-istrumenti tagħha għall-għajnuna adegwata u rapida għal sitwazzjoni ta' kriżi u ta' wara l-kriżi; jinnota, f'dan il-kuntest, li sadanittant il-Kummissjoni waqqfet sistema biex timmobilizza esperti f'diversi oqsma ta' kompetenza sabiex, anke bi preavviż qasir, ikun jista' jintbagħat persunal addizzjonali għal mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni jew is-servizzi fis-sede ċentrali f'każ ta' nuqqas ta' ħaddiema;

226.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lis-SEAE jaħdmu b'mod sistematiku fuq l-erba' fażijiet taċ-ċiklu ta' ġestjoni tad-diżastri, jiġifieri l-mitigazzjoni u t-tħejjija, ir-rispons u l-irkupru lejn id-definizzjoni ta' qafas strateġiku għall-ġestjoni tar-riskju tad-diżastri u l-bini ta' reżiljenza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinfurmaw lill-Parlament dwar l-iżviluppi b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u t-tħejjija għall-implimentazzjoni u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm f'kuntest ta' wara diżastru;

227.  Ifakkar li fiċ-ċirkustanzi ta' kriżi bħal din, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lis-solidità u l-effikaċja operattiva tal-qafas ta' governanza nazzjonali għall-ġestjoni tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri bħala prekondizzjoni għas-suċċess tal-intervent tal-Unjoni; ifakkar li l-valutazzjoni ta' kwalunkwe qafas ta' governanza nazzjonali għandha tqis fost oħrajn il-qafas eżistenti ta' obbligu ta' rendikont għall-eżiti, id-definizzjoni eżistenti u d-deċiżjoni ta' responsabbilitajiet fuq livelli ċentrali u lokali, katina ċara ta' kmand u kontrolli, mezzi ta' informazzjoni fost diversi atturi/donaturi flimkien ma' mekkaniżmi ta' rispons dwar il-proġetti;

228.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-appoġġ tal-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti u jilqa' t-tweġiba tal-Kummissjoni biex taċċetta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet;

Parti XX – Rapport Speċjali Nru 14/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif jikkalkolaw, inaqqsu u jpaċu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet serra?"

229.  Jemmen li l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jħaddnu approċċ komuni fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom u fir-rigward tat-tnaqqis possibbli tagħhom; iqis li sabiex jiksbu dan, huma jeħtieġ jikkalkulaw b'mod globali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħhom u m'għandhomx joqogħdu lura milli jippubblikaw ir-riżultati tagħhom;

230.  Jemmen li l-Kummissjoni, sabiex iżżomm l-affidabilità tagħha fin-negozjati dwar l-ambjent ma' pajjiżi terzi, għandha tagħmel sforz akbar biex tiġbor aktar data dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha;

231.  Jistieden lil dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni li m'għandhomx ċertifikat tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), jikkunsidraw japplikaw għal wieħed minnufih; jenfasizza, madankollu, li l-EMAS għandha titqies bħala għodda biex tagħti struttura, fost l-oħrajn, lill-emissjonijiet tal-gassijiet serra u m'għandhiex titqies bħala l-għan aħħari uniku tal-politika ekoloġika tal-istituzzjonijiet;

232.  Jirrimarka li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu akbar tat-tpaċijiet għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra biex inaqqsu l-marka tal-karbonju tagħhom; jaqbel mal-Qorti tal-Awdituri li l-użu ta' tpaċijiet ta' kwalità għolja flimkien ma' miżuri ta' tnaqqis fl-emissjonijiet (u mhux minflok tali miżuri ta' tnaqqis) jindirizza dawn il-kwistjonijiet b'mod xieraq; jinnota, madankollu, li t-tpaċijiet għandhom ikunu sekondarji fir-rigward tal-investiment ta' dawn il-fondi għal għanijiet ta' titjib ulterjuri tal-politika ambjentali tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

233.  Jilqa' l-fatt li wħud mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni niedu proġetti pilota għall-akkwist ekoloġiku; jittama li r-riżultati jkunu promettenti u li l-akkwist ekoloġiku jsir proċedura standard tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fil-ġejjieni;

234.  Jenfasizza li, fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki, il-fattur uman jibqa' aspett ewlieni; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-maniġment tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni responsabbli għal dawn il-politiki jħarrġu u jkomplu jtejbu l-ħiliet u l-fehim tagħhom tal-importanza tal-emissjonijiet tal-istituzzjonijiet tagħhom; jittama li l-ħatra tal-Kulleġġ tal-Kummissarji l-ġdid fl-2014 toffri opportunità ta' ftuħ ġdid fl-implimentazzjoni ta' standards ogħla fil-Kummissjoni u fl-aġenziji tagħha;

Parti XXI – Rapport Speċjali Nru 15/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-Fond għall-Fruntieri Esterni rawwem solidarjetà finanzjarja iżda jeħtieġ kejl aħjar tar-riżultati u jeħtieġ jipprovdi valur miżjud ulterjuri tal-UE''

235.  Jinnota bi tħassib li l-objettivi strateġiċi tal-Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) ma kinux ċari u li, b'mod partikolari, teżisti tensjoni bejn in-natura ġenerali tal-FFE bħala mekkaniżmu ta' solidarjetà u l-konċentrazzjoni tiegħu fuq objettivi konkreti għal kooperazzjoni aħjar fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri u l-viżi;

326.  Jinnota li, għall-Kummissjoni, is-suċċess tat-tnedija ta' SIS II, VIS u Eurosur fl-Istati Membri kollha huwa turija tal-kontribut tal-FFE; huwa tal-fehma, madankollu, li tali dikjarazzjoni ġenerali ma tista' qatt tintuża bħala risposta sodisfaċenti għall-kritika speċifika tal-Qorti tal-Awdituri dwar in-nuqqas ta' indikaturi tal-prestazzjoni;

237.  Jinnota li jistgħu jinqalgħu problemi simili fir-rigward tal-objettivi tal-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF), billi għal darb'oħra dan l-istrument iservi kemm għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri għall-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntieri, u kemm għall-ħolqien ta' kontroll uniformi u ta' livell għoli tal-fruntieri esterni u l-ipproċessar effikaċi tal-viżi Schengen, f'konformità mal-impenn tal-Unjoni fir-rigward tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

238.  Jenfasizza li l-Istati Membri, filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza ta' kontroll effikaċi tal-fruntieri fil-fruntieri esterni komuni bħala parti mill-acquis ta' Schengen, għadhom jikkunsidraw il-ġestjoni tal-kontroll tal-fruntieri u sa ċertu punt l-ipproċessar tal-viżi bħala kompetenzi essenzjalment nazzjonali;

239.  Jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jinkludu l-ISF fl-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni tal-fruntieri sabiex jikkontribwixxu għall-kooperazzjoni konsolari, għall-operazzjonijiet tal-Frontex jew għall-azzjonijiet ta' emerġenza jew azzjonijiet speċifiċi li huma ta' importanza għaż-żona Schengen kollha kemm hi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-kooperazzjoni tagħhom f'dan ir-rigward;

240.  Jitlob li l-Kummissjoni teżamina jekk ikunx utli li l-kontroll tal-fruntieri u l-viżi li jagħmlu parti mill-ISF jinqasmu f'taqsimiet distinti differenti: waħda għas-solidarjetà, waħda għat-twettiq tal-kooperazzjoni konsolari, l-operazzjonijiet tal-Frontex u azzjonijiet speċifiċi u ta' emerġenza, u waħda għal azzjonijiet li huma partikolarment rilevanti minn perspettiva nazzjonali;

241.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw u jużaw indikaturi rilevanti u kwantifikabbli għar-riżultat, l-eżitu u l-impatt tal-proġetti ffinanzjati; jenfasizza li għandhom jiġu implimentati verifiki ex ante ta' kwalità għolja biex jiġi żgurat li l-proġetti ffinanzjati kollha jservu għal objettivi konkreti u kwantifikabbli u jkollhom valur miżjud; jinnota li l-verifiki ex post ikunu ta' għajnuna billi jfornu mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità;

242.  Jirrimarka li jista' jinkiseb aktar valur miżjud tal-Unjoni permezz ta' kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-operazzjonijiet tal-Frontex min-naħa tal-Istati Membri billi jsir obbligatorju li tal-inqas parti mill-assi kofinanzjati mill-ISF jiddaħħlu bħala parti mit-tagħmir tekniku tal-Frontex;

243.  Jinsab imħasseb dwar l-irregolaritajiet li sabet il-Qorti tal-Awdituri fil-politiki nazzjonali differenti dwar l-akkwist u jiddikjara li l-klawsola ta' eżenzjoni għall-akkwisti fid-difiża u s-sigurtà ma tistax tintuża f'każijiet fejn setgħu jintużaw proċeduri anqas ristrettivi li ma jikkompromettux is-sigurtà; jirrakkomanda s-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-finanzjament;

244.  Ifaħħar lill-Kummissjoni talli ħadet miżuri finanzjarji korrettivi fil-każ ta' proġett li nstab li kien qed jikser il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, iżda jappella lill-Kummissjoni tidentifika kemm jista' jkun, b'mod ex ante, kwalunkwe riskji possibbli f'dan ir-rigward, speċjalment għal dak li jirrigwarda l-mod li bih jitwettqu l-kontrolli tal-fruntieri b'rabta mad-dritt li persuna tfittex asil;

245.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-istandard tal-ġbir tad-data dwar il-proġetti ffinanzjati fil-livell nazzjonali sabiex jiżdied il-livell ta' trasparenza;

Parti XXII – Rapport Speċjali Nru 16/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-effettività tal-kombinament ta' għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE"

246.  Jilqa' r-Rapport Speċjali ddedikat għall-evalwazzjoni tal-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet ta' faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ tal-politiki esterni tal-UE u jippreżenta l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu hawn taħt;

Kummenti ġenerali

247.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri tkompli tapprofondixxi l-attivitajiet ta' awditjar f'dan il-qasam ta' kooperazzjoni emerġenti sabiex regolarment tipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika valutazzjoni komprensiva regolari tal-kwistjonijiet u r-riskji involuti;

248.  Jirrikonoxxi li ż-żieda ta' interess fit-taħlit u l-opportunitajiet offruti permezz tal-użu ta' faċilitajiet ġodda ta' investiment finanzjarju hija motivata prinċipalment mill-fatt li jeżistu sfidi importanti fil-qasam tal-iżvilupp filwaqt li l-fondi pubbliċi huma ristretti ħafna; għaldaqstant, qed jiġu żviluppati riżorsi finanzjarji ġodda li jikkombinaw għotjiet mill-Unjoni ma' tipi ta' riżorsi oħrajn;

249.  Jenfasizza li l-istrumenti finanzjarji l-ġodda u t-taħlit iridu jibqgħu konformi mal-objettivi tal-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni bbażati fuq il-kriterji tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u stabbiliti fl-Aġenda għall-Bidla, jiġifieri t-titjib fil-kwalità, fl-effiċjenza, fis-sostenibbiltà u fil-veloċità tal-implimentazzjoni tal-interventi tal-Unjoni; jemmen li dawn l-istrumenti jridu jiffukaw fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni li fihom l-ogħla valur miżjud u l-ogħla impatt kemm fil-livell ekonomiku u kemm f'dak mhux ekonomiku u jqis li jridu jintużaw b'mod strateġiku f'setturi fejn l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni huwa kruċjali għall-vitalità tal-investiment u fejn it-taħlit jista' jitħaddem bl-aktar mod utli; jiddispjaċih, għalhekk, li r-rapport jiffoka primarjament fuq l-aspetti finanzjarji tat-taħlit li jinvolvi għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali, filwaqt li l-effiċjenza u l-effikaċja tagħhom mhumiex ivvalutati b'mod suffiċjenti;

250.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali permanenti, li jiġi evitat ir-riskju li l-inċentivi finanzjarji jingħataw aktar importanza mill-prinċipji ta' żvilupp (l-objettivi finanzjarji jafu jieħdu preċedenza fuq il-kwistjonijiet ta' żvilupp) u jitlob li jiġu rispettati l-prinċipji ta' żvilupp sostenibbli, bħalma huma l-istandards soċjali u ambjentali u l-aċċess għall-beni pubbliċi bażiċi;

251.  Jieħu nota tar-riżultati tar-rieżami li sar fil-konfront tal-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bl-għan oriġinali li jiżdiedu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tal-mekkaniżmi u l-faċilitajiet ta' taħlit eżistenti, filwaqt li jqis li l-armonizzazzjoni tal-prinċipji ewlenin, li huma validi għall-faċilitajiet reġjonali u l-istrumenti finanzjarji kollha, se jkunu tal-ogħla importanza għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) l-ġdid; skont l-eżiti tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP, jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu djalogu strutturat/strateġiku dwar il-kwistjoni, b'mod partikolari dwar kif it-trasparenza u r-responsabilità jistgħu jiġu żgurati u mtejba kostantement;

252.  Ifakkar li matul il-fażi ta' ppjanar il-Kummissjoni għandha tikkonċentra fuq l-ilħuq ta' għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali sostenibbli u fit-tul fl-oqsma fejn l-investimenti jridu jiġu implimentati;

253.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali, li l-fondi Ewropej jiġu kkonċentrati fuq il-proġetti li ma jistgħux jiġu implimentati mingħajr il-flus tal-Unjoni, bħal proġetti bi profittabbiltà baxxa, iżda li jistgħu jwasslu għal titjib soċjali, ambjentali u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

254.  Jitlob, bħala prinċipju fundamentali, li jiġu żgurati l-monitoraġġ u s-segwitu tar-riżultati u tal-effetti fuq perjodu medju/fit-tul tal-proġetti implimentati fl-oqsma soċjali u ambjentali u fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li r-riżultati ta' tali valutazzjonijiet ta' segwitu għandhom jintużaw direttament sabiex isir rappurtar dwar għanijiet fit-tul miksuba u sabiex jittejbu l-fażi ta' ppjanar/l-għażla tal-proġetti għall-finanzjament fil-futur;

255.  Jitlob li jissaħħaħ ir-rwol politiku tal-Kummissjoni, bħala korp politikament responsabbli f'dan il-qasam;

256.  Jitlob l-introduzzjoni ta' standards komuni ta' governanza għal tali attivitajiet finanzjarji, kif ukoll id-definizzjoni tal-aħjar prattiki u kriterji ta' eliġibbiltà u ta' evalwazzjoni definiti sew għall-użu ta' dawn l-għodod finanzjarji; jemmen li regoli koerenti ta' ġestjoni bħal rappurtar strutturat, oqfsa ta' monitoraġġ ċari u kundizzjonijiet ta' superviżjoni jwasslu għal tnaqqis fl-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet jew fid-duplikazzjoni possibbli tal-ispejjeż;

257.  Iqis bħala essenzjali li jitfasslu strutturi adegwati ta' governanza għall-faċilitajiet differenti sabiex tiġi promossa s-sjieda tal-pajjiżi destinatarji, tal-benefiċjarji jew tal-partijiet interessati fil-konfront ta' dawn l-istrumenti; ifakkar li l-iżvilupp ta' għajnuna pubblika mħallta għall-iżvilupp, mgħoddija permezz tal-faċilitajiet, jirrikjedi kooperazzjoni strutturata sew bejn il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), l-Istati Membri u l-Parlament; jappella biex id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu aktar involuti fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fil-fażi ta' identifikazzjoni tal-proġetti permezz ta' kontributi għal evalwazzjonijiet ex ante jew għal valutazzjonijiet tal-impatt, u, b'mod aktar ġenerali, biex jikkonsolidaw il-pożizzjoni tal-Unjoni fid-djalogu politiku mal-pajjiżi sħab u biex iservu wkoll ta' interfaċċja mas-soċjetà ċivili lokali;

258.  Jinsisti fuq in-neċessità li jintlaħaq l-ogħla livell ta' trasparenza u responsabilità permezz tal-aċċess għal informazzjoni baġitarja u data finanzjarja eżawrjenti u sodi b'rabta mal-proġetti ffinanzjati minn dawn il-faċilitajiet ta' investiment biex il-Parlament tingħatalu s-setgħa ta' skrutinju u approvazzjoni; jappella biex il-Parlament jirċievi rapporti regolari dwar l-użu ta' dawn l-istrumenti finanzjarji u dwar ir-riżultati, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ingranaġġ u l-valutazzjoni finanzjarji u mhux finanzjarji filwaqt li jfakkar fil-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140 tar-Regolament Finanzjarju;

259.  Jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, bħala l-ewwel pass fid-direzzjoni t-tajba, fir-rigward tal-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet ta' faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-Unjoni u jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni aċċettat ukoll dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Parti XXIII – Rapport Speċjali Nru 17/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-inizjattiva tal-UE dwar iċ-Centri ta' Eċċellenza tista' tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-mitigazzjoni ta' riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari li jkunu ġejjin minn barra l-UE?

260. Jilqa' l-inizjattiva taċ-Ċentri ta' Eċċellenza kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN); iqis li l-istruttura ta' governanza tagħha tenfasizza l-karattru ta' netwerk li għandha l-inizjattiva;

261.  Jilqa' d-direzzjoni pożittiva ġenerali tar-Rapport Speċjali 17/2014 u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, li l-Kummissjoni aċċettathom kollha;

262.  Jinnota li l-inizjattiva tirrappreżenta approċċ innovattiv li jipprovdi għal netwerking, sħubijiet reġjonali u internazzjonali, konsolidazzjoni, koordinazzjoni u ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti f'termini ta' kompetenza, taħriġ, assistenza teknika jew tagħmir;

263.  Jirrimarka l-fatt li strutturi bħal dawn huma neċessarjament kumplessi, u għalhekk it-twaqqif u t-tmexxija effikaċi tagħhom huma diffiċli;

264.  Ifakkar li din l-inizjattiva kellha EUR 100 miljun għad-dispożizzjoni tagħha għall-perjodu 2010-2013;

265.  Huwa tal-fehma li l-valur prinċipali ta' din l-inizjattiva jinsab fl-approċċ tagħha "minn isfel 'il fuq", li jibni fuq l-esperjenza tal-pajjiżi sħab; iqis li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati regolarment u jimpenjaw ruħhom li jkollhom rwol aktar attiv b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż sieħeb rispettiv;

266.  Jixtieq jirrimarka, fl-istess ħin, li r-rispett tas-"sjieda" tal-pajjiżi sħab fir-rigward tal-proġetti m'għandux iżomm lill-Kummissjoni milli tagħmel proposti li jistgħu jibbenefikaw minn reazzjoni konġunta (eż. fil-ġlieda kontra l-epidemija tal-Ebola);

267.  Hu konvint li l-proġetti għandhom jintgħażlu b'tali mod li jippermettu li l-ammont limitat disponibbli jiġi kkonċentrat fuq l-oqsma l-aktar rilevanti għas-sigurtà tal-Unjoni; jemmen li, fl-għażla tal-proġetti, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jassumu funzjoni utli ta' kklerjar;

268.  Jinnota li l-għarfien espert tekniku tas-segretarjati reġjonali għandu jissaħħaħ sabiex jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati permezz ta' inizjattivi, kif ukoll biex itejjeb it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti individwali;

269.  Jilqa' l-fatt li minn Mejju 2013 'l hawn il-pajjiżi sħab jistgħu jipproponu proġetti fi kwalunkwe mument, ħaġa li tqawwi l-kapaċità ta' reazzjoni għat-theddidiet li jkunu qed jiżviluppaw;

270.  Jinnota li t-tul ta' żmien bejn meta ssir il-proposta tal-proġett u mbagħad l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett għandu jitnaqqas aktar;

271.  Jenfasizza li hemm bżonn ta' kooperazzjoni strateġika usa' biex jitjiebu l-koerenza u l-koordinazzjoni ta' diversi strumenti ta' finanzjament fil-qasam tas-sigurtà; jenfasizza li koordinazzjoni aħjar bejn l-atturi rilevanti fil-qasam tas-CBRN ikollha l-effett lil ssaħħaħ l-effikaċja ta' inizjattivi eżistenti;

272.  Huwa tal-fehma li l-inizjattiva taf tibbenefika minn distinzjoni aktar ċara bejn id-dimensjoni interna u esterna tal-azzjonijiet CBRN(22);

Parti XXIV – Rapport Speċjali Nru 19/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni tal-UE lis-Serbja"

273.  Jistieden lill-awtoritajiet Serbi jtejbu l-kwalità, u jkomplu jirrazzjonalizzaw, l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom, u jindirizzaw b'mod xieraq id-diversi kwistjonijiet politiċi u soċjoekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni, jekk ikun hemm bżonn, tagħmel lilha nfisha disponibbli biex tipprovdi l-appoġġ tekniku meħtieġ f'dan ir-rigward;

274.  Jisħaq fuq l-importanza li jitħejjew strateġiji nazzjonali f'oqsma politikament sensittivi; jitlob lill-awtoritajiet rilevanti jħejju strateġiji fl-oqsma prinċipali ta' governanza li ġejjin u jinkludu kalendarju realistiku għall-implimentazzjoni: id-deċentralizzazzjoni territorjali u strateġija għall-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;

275.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoni tal-UE fis-Serbja biex jevitaw il-problemi li nqalgħu fl-ewwel parti tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, jiġifieri l-għażla ta' proġetti problematiċi jew mhux żviluppati biżżejjed; jappoġġa l-kooperazzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet Serbi biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati, inkluż in-nuqqas ta' appoġġ mill-awtoritajiet nazzjonali, nuqqas ta' koordinazzjoni interistituzzjonali, tfassil dgħajjef tal-proġetti, definizzjoni fqira fit-termini ta' referenza, soluzzjonijiet ta' finanzjament mhux sostenibbli u n-nuqqas li jinsiltu tagħlimiet mill-iżbalji tal-proġetti preċedenti;

276.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proġetti relatati mal-governanza ġeneralment kisbu riżultati tajbin, iżda jqis l-implimentazzjoni u s-sistemi ta' kontroll tal-proġetti bħala dgħajfa jew mhux effiċjenti, speċjalment fejn il-Qorti tal-Awdituri identifikat nuqqasijiet materjali f'erbgħa mit-tmien proġetti awditjati relatati mal-governanza u ffinanzjati taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;

277.  Jirrimarka li r-riforma tas-settur ġudizzjarju ftit li xejn irreġistrat progress mill-2007 'l hawn;

278.  Jinsisti fuq in-neċessità li tissaħħaħ il-protezzjoni attwali għall-informaturi hekk kif imniżżel fl-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni għall-2013-2018; jinsisti li l-awtoritajiet Serbi għandhom javvanzaw fit-tħejjija ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar żvelar ta' irregolaritajiet u tali leġiżlazzjoni għandha trawwem il-fiduċja u tinkoraġġixxi lill-informaturi biex jippreżentaw ruħhom;

279.  Japprova r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u jitlob li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni xierqa biex tiddefinixxi l-objettivi, tevalwa l-ħtiġijiet u tislet tagħlimiet mill-proġetti tal-passat, kif ukoll biex tevita dewmien, u proċeduri ta' akkwist ineffiċjenti jew ineffikaċi; jisħaq fuq l-importanza tas-sostenibbiltà, peress li r-riżultati qajmu għadd ta' mistoqsijiet f'żewġ terzi tal-proġetti, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-governanza;

Parti XXV – Rapport Speċjali Nru 20/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "L-appoġġ taħt il-FEŻR lill-SMEs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku kien effettiv?"

280.  Jilqa' r-Rapport Speċjali Nru 20/2014 tal-Qorti tal-Awdituri u japprova l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu;

281.  Jilqa' pożittivament ukoll ir-reazzjoni kostruttiva tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;

282.  Jinnota li t-teknoloġiji tal-kummerċ elettroniku huma kruċjali biex jitjiebu l-iżvilupp u l-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jenfasizza l-importanza tal-SMEs għall-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni;

283.  Jirrikonoxxi l-fatt li r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri enfasizza l-importanza tal-kejl tal-prestazzjoni u l-valur miżjud Ewropew;

284.  Jinnota li minkejja l-fatt li d-disponibbiltà tan-negozji fuq l-internet żdiedet, il-proġetti li ntgħażlu għall-investiment kienu foqra; jinnota li n-nuqqas ta' għażla komparattiva tal-applikazzjonijiet u l-assenza ta' informazzjoni kummerċjali komprensiva rriżultaw biex f'aktar minn terz tal-każijiet il-valur meta mqabbel mal-flus minfuqa kien baxx jew ineżistenti;

285.  Jirrimarka li 10 mit-30 proġett kofinanzjat li ġew awditjati kienu se jitwettqu anke fin-nuqqas ta' kofinanzjament pubbliku, ħamsa minnhom kienu bdew qabel ġiet innotifikata l-għotja u tlieta minnhom kienu bdew meta l-impriża kienet lanqas għadha bagħtet applikazzjoni għall-kofinanzjament;

286.  Hu tal-fehma li għandu jkun obbligatorju li jiġi ppreżentat pjan ta' direzzjoni tan-negozju li juri l-valur Ewropew biex jiġi evitat il-fenomenu tal-effett deadweight;

287.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-kriterji u l-proċeduri tal-għażla li jiżguraw li l-proġetti magħżula jimmassimizzaw il-valur miżjud fir-rigward ta' dak li għandu x'jaqsam ma' kontribut lejn l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku fl-SMEs u l-ksib tal-objettivi tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (DAE);

288.  Jinnota li n-nuqqas ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni għamilha impossibbli li jiġi evalwat sa liema punt l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) kien ikkontribwixxa għall-ksib tal-objettivi nazzjonali u tal-UE fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni, kif ukoll għall-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju tal-SMEs stess;

289.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiżgura li tikseb informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri dwar l-użu tal-finanzjament tal-FEŻR; huwa tal-fehma li din l-informazzjoni għandha tindika l-progress tal-Programmi Operazzjonali, mhux biss f'termini finanzjarji iżda anke f'termini ta' prestazzjoni;

290.  Jikkondividi l-fehma tal-Qorti tal-Awdituri li sett minimu ta' indikaturi robusti b'miri relatati għandhom jiġu ddefiniti fil-ftehimiet għall-għotjiet, jitkejlu u jiġu soġġetti għal monitoraġġ sussegwenti, kemm meta l-proġett ikun ġie implimentat u jkun operattiv u kemm fi stadju aktar tard bil-ħsieb li tiġi evalwata l-prestazzjoni;

Parti XXVI – Rapport Speċjali Nru 21/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Infrastrutturi tal-ajruporti ffinanzjati mill-UE: valur baxx għall-flus"

291.  Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni diġà implimentat il-bidliet li jindirizzaw ħafna mill-kwistjonijiet spjegati fir-Rapport Speċjali u b'mod ġenerali jappoġġa l-qafas regolatorju l-ġdid deskritt mill-Kummissjoni. fid-dawl ta' dan, jipproponi li l-Kummissjoni għandha tirrapporta lura lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament fi żmien sena mill-adozzjoni ta' din ir-riżoluzzjoni rigward il-progress fil-konfront ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

292.  Jappoġġa r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Istati Membri jkollhom pjanijiet koerenti għall-iżvilupp ta' ajruporti u jirrakkomanda li dawn il-pjanijiet jiġu approvati mill-Kummissjoni qabel ma jingħata finanzjament għal proġetti speċifiċi; jirrakkomanda, barra minn hekk, li dawn il-pjanijiet reġjonali, nazzjonali jew supranazzjonali għandhom iqisu mhux biss it-trasport bl-ajru iżda anke trasport pubbliku ieħor b'tul ta' ħin ta' vvjaġġar simili għat-tul tat-titjiriet, inklużi l-ferroviji u l-karozzi tal-linja, b'mod li tiġi evitata s-saturazzjoni tas-suq u tiżdied l-vijabbiltà tas-servizz;

293.  Jirrakkomanda li l-finanzjament jingħata biss lill-ajruporti finanzjarjament vijabbli;

294.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżamina l-proġetti ġodda kollha fid-dawl ta' analiżi taż-żona benefiċjarja biex tiżgura l-vijabbiltà, filwaqt li tqis f'kull każ l-importanza tal-ajruporti reġjonali għall-aċċessibbiltà u l-mobilità fl-Unjoni;

295.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib, bħala prijorità, lill-Istati Membri identifikati fir-rapport li kellhom proġetti partikolarment problematiċi fl-imgħoddi.

o

o         o

296.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Iris Hoffmann, Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Markus Pieper, Julia Pitera

(1)

ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.

(4)

ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2015)0000.

(6)

     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

     ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1).

(9)

     Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta' Mejju 2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).

(10)

   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 266, 5.9.2014, p. 32).

(11)

   Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rappurtar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(12)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

(13)

  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(14)

      Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(15)

  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(16)

  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(17)

   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(18)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2011 u (EC) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(19)

   Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

(20)

  Leon Braat, Patrick ten Brink (eds. et al.), The Cost of Policy Inaction: The case of not meeting the 2010 biodiversity target, Wageningen/Brussell, 2008, p. 28.

(21)

   Evalwazzjoni tal-kooperazzjoni tal-UE mar-Repubblika ta' Ħaiti (2008-2012), Particip GmbH, imwettqa f'isem il-Kummissjoni, Awwissu 2014

(22)

   Ara wkoll ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar it-Tisħiħ tas-Sigurtà Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari fl-Unjoni Ewropea – Pjan ta' Azzjoni CBRN tal-UE (ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 8).

Avviż legali