Proċedura : 2014/2120(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0072/2015

Testi mressqa :

A8-0072/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.29
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0138

RAPPORT     
PDF 194kWORD 128k
30.3.2015
PE 539.715v02-00 A8-0072/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2120(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2120(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8–0072/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Bankarja Ewropea ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 25 967 360, li jirrappreżenta żieda ta' 25,16 % meta mqabbel ma' dak għall-2012, u dan minħabba l-fatt li l-Awtorità ġiet stabbilita reċentement,

B.   billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni għall-baġit tal-Awtorità għall-2013 ammontat għal EUR 10 386 944, li tirrappreżenta żieda ta' 25,16 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.  billi l-kompitu tal-Awtorità huwa li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' standards u prattiki regolatorji u superviżorji komuni ta' kwalità għolja, u għall-applikazzjoni konsistenti tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti, li tistimula u tiffaċilita d-delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet fost l-awtoritajiet kompetenti, li timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi tas-suq fil-qasam ta' kompetenza tagħha u li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-depożitur u tal-investitur,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tas-seba' kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa ħamsa huma mmarkati bħala "Ikkompletati", waħda bħala "Għadha Għaddejja" u waħda bħala "Mhux Applikabbli";

2.   Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

-     l-allowance komplementari skolastika addizzjonali ġiet inkluża fil-Pjan Pluriennali għall-Politika tal-Persunal bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-impjegati tagħha fir-rigward tal-livell għoli tal-miżati skolastiċi fis-sede tal-Awtorità u li l-Awtorità ffirmat ftehimiet diretti mal-iskejjel sabiex il-miżati tat-tagħlim jitħallsu direttament u sal-limitu minimu;

  -  qed tiġi żviluppata strateġija għall-komunikazzjoni abbażi ta' stħarriġ fost il-partijiet interessati l-aktar importanti tal-Awtorità sabiex tissemplifika t-taqsimiet eżistenti tal-websajt tagħha, kif ukoll sabiex toħloq kontenut ġdid biex toffri informazzjoni aċċessibbli għal udjenzi anqas speċjalizzati; jikkonstata, barra minn hekk, li fuq il-websajt inħolqot rokna għall-konsumatur b'informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar it-tressiq ta' lmenti kontra istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll pariri ġenerali dwar il-finanzi personali;

  -  is-sistemi informatiċi kollha ġew internalizzati għaċ-ċentru tad-data tal-Awtorità, ħlief għal għodda informatika relattivament żgħira għall-kulleġġi superviżorji, u li, fit-tlestija tal-proċedura ta' internalizzazzjoni, ir-riskji relatati mal-kontroll u s-superviżjoni limitati fuq is-sistemi informatiċi tal-Awtorità ġew kompletament mitigati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.   Jieħu nota mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati tal-Awtorità kien ta' 90 % (89 % fl-2012); jikkonstata li dawn l-approprjazzjonijiet impenjati varjaw bejn 87 % għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), 98 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 92 % għat-Titolu III (nefqa operazzjonali);

4.   Jindika li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra l-indiċizzazzjoni tas-salarji għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 u t-30 ta' Ġunju 2013 kellha impatt negattiv fuq il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-Awtorità għat-Titolu I, li kien jammonta għal EUR 1 800 000;

Impenji u riporti

5.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità rnexxielha tnaqqas b'mod sinifikanti l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati minn EUR 6 547 808 fl-2012 (36 %) għal EUR 3 876 564 fl-2013 (17 %);

6.   Jikkonstata bi tħassib li l-livelli tar-riporti għat-Titolu II (EUR 1 974 511 jew 35 %) u għat-Titolu III (EUR 1 651 203 jew 36 %) kienu relattivament għoljin, fil-biċċa l-kbira minħabba l-akkwist ippjanat tal-infrastruttura informatika u s-servizzi informatiċi, li l-kuntratti għalihom ġew konklużi kif ippjanat f'Diċembru 2013 u s-servizzi relatati ġew provduti fl-2014;

Trasferimenti

7.   Jikkonstata li, skont ir-rapport ta' attività annwali tal-Awtorità, kif ukoll ir-rapport tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aworità;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.   Jikkonstata li ma sar l-ebda kumment fir-rapport tal-Qorti rigward il-proċeduri ta' akkwist tal-Awtorità;

9.   Jirrikonoxxi mill-Awtorità li, fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u l-awtorità ta' kwittanza, ittieħdu miżuri korrettivi fil-proċeduri ta' reklutaġġ pendenti kollha fl-2012, u li ġew implimentati sistematikament fil-proċeduri ta' reklutaġġ sussegwenti kollha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10. Jikkonstata mill-Awtorità li, apparti l-linji gwida dwar l-etika li huma fis-seħħ u applikabbli għall-persunal kollu tagħha, l-Awtorità bdiet ukoll l-iżvilupp ta' politiki ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-indipendenza u l-proċessi deċiżjonali rigward id-dikjarazzjonijiet tal-interessi;

11.  Jirrikonoxxi mill-Awtorità li ġiet adottata u implimentata l-politika tagħha dwar il-kunflitti ta' interessi għall-persunal u partijiet kuntrattwali oħra, kif ukoll għal min mhux membru tal-persunal; jieħu nota mill-Awtorità tal-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord Maniġerjali u l-Bord tas-Superviżuri, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-President, id-Direttur Eżekuttiv u l-membri kollha tal-maniġment superjuri ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Awtorità; jikkonstata li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi huma pubbliċi fuq is-sit tal-internet tal-Awtorità;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Politika dwar l-Indipendenza u l-Proċessi għat-Teħid ta' Deċiżjonijiet mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità fit-3 ta' Frar 2015 u jappella għal riżultati validi wara l-implimentazzjoni f'waqtha ta' din il-Politika;

Kontrolli interni

13. Jirrikonoxxi li l-Bord Maniġerjali tal-Awtorità huwa magħmul minn sitt membri eletti mill-membri tal-Bord tas-Superviżuri tagħha u minn fosthom; jikkonstata, barra minn hekk, li l-membri tal-Bord Maniġerjali ġew eletti waqt il-laqgħa tal-1 ta' Lulju 2013 tal-Bord tas-Superviżuri, skont ir-regoli ta' proċedura riveduti tal-Bord tas-Superviżuri;

Awditjar intern

14. Jirrikonoxxi li, lejn il-bidu tal-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern; jikkonstata bi tħassib li, waqt l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala awditjabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti;

15. Jindika li r-rapport tal-IAS għamel 14-il rakkomandazzjoni, li minnhom tnejn ġew ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna"; jikkonstata li l-Awtorità implimentat pjan ta' azzjoni biex tindirizza l-oqsma fejn l-IAS għamel rakkomandazzjonijiet għal titjib; jikkonstata, barra minn hekk, li l-azzjonijiet korrettivi tal-Awtorità biex tindirizza dawn l-oqsma ta' riskju għoli se jingħataw segwitu mill-IAS matul il-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss;

16. Jikkonstata li, fl-2013, l-IAS wettaq rieżami dokumentarju ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jikkonstata li l-IAS ikkunsidra li l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma kienet pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013; jieħu nota tal-fatt li, miż-żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna" mill-IAS, ġie rrapportat li waħda ġiet implimentata u qed tistenna li tingħata segwitu, u l-oħra ddewmet fir-rigward tal-pjan ta' azzjoni oriġinali;

17. Jikkonstata li, fl-2014, l-IAS wettaq rieżami limitat ieħor tal-ġestjoni tal-proġetti informatiċi min-naħa tal-Awtorità, u għamel żewġ rakkomandazzjonijiet ikklassifikati bħala "Importanti Ħafna", u tnejn ikklassifikati bħala "Importanti"; jirrikonoxxi mill-Awtorità l-fatt li ħejjiet pjan ta' azzjoni dettaljat bi stadji intermedji x'jintlaħqu sabiex tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u l-vijabilità tagħhom ġiet aċċettata u kkonfermata mill-IAS;

Prestazzjoni

18. Jieħu nota tal-fatt li l-Awtorità tikkopera mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq trasversalment fir-rigward tal-funzjonijiet ta' appoġġ kollha sabiex l-ispejjeż amministrattivi jitnaqqsu kull fejn ikun possibbli, b'mod li jiġu attivati s-sinerġiji u jiġu kondiviżi l-aħjar prattiċi; jistenna bil-ħerqa sforzi ulterjuri min-naħa tal-Awtorità għat-tisħiħ tal-koperazzjoni mal-aġenziji deċentralizzati l-oħra;

Kummenti oħra

19.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kellu rwol ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien, bħala parti minn din is-sistema, tal-Awtorità fl-2011;

20.  Jinnota l-kumment li għamlet il-Kummissjoni fir-rapport riċenti tagħha dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-SESF, li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, malajr stabbilixxew organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, wettqu sew il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, u dan minkejja li ffaċċjaw eżiġenzi dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

21.  Jissottolinja l-fatt li r-rwol tal-Awtorità fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni madwar is-suq uniku hu essenzjali biex jiġi żgurat settur bankarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u aktar sikur fl-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa u għall-prevenzjoni ta' kriżijiet fis-settur finanzjarju fil-ġejjieni; jappella għal koordinament tal-Awtorità mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-funzjoni ta' superviżjoni bankarja tiegħu b'mod li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-akkumulazzjoni ta' kapaċità eċċessiva;

22.  Jieħu nota tar-rapport speċjali Nru 5/2014 tal-Qorti u tan-nuqqasijiet spjegati fih rigward il-funzjonament tal-arranġamenti l-ġodda li għandhom x'jaqsmu mas-superviżjoni bankarja transkonfinali, il-valutazzjoni tar-reżiljenza tal-banek Ewropej u l-promozzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Awtorità biex, fir-rigward ta' dawk il-partijiet mir-rakkomandazzjonijiet li mhumiex indirizzati esklużivament lill-Kummissjoni jew lill-koleġiżlaturi, tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza dawn in-nuqqasijiet;

23.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti fir-rapport speċjali Nru 5/2014 tagħha, l-Awtorità ma kellhiex biżżejjed riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista' twettaq il-mandat tagħha; jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jisħaq fuq il-fatt li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti f'ħidma leġiżlattiva li tkun għaddejja, jirrikjedu livell ta' persunal u ta' baġit li jkun biżżejjed biex jippermetti li ssir superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata b'attenzjoni l-ħtieġa li kompiti addizzjonali jiġu marbuta ma' riżorsi addizzjonali; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tiġi preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn tkun possibbli; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

24.  Jisħaq li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tikkontrolla l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

25.  Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina l-azzjoni tagħha aktar mill-qrib mal-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt;

26.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-Awtorità hu inflessibbli, ta' piż u theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni, jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tagħti prova, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament għall-Awtorità li tkun ibbażata biss fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq, jew abbażi tal-kumbinazzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti fis-suq b'finanzjament bażiku minn linja baġitarja separata tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

o

o   o

27.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2120(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien mutur kruċjali fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva fis-sitwazzjoni li ħalliet warajha l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien – bħala parti minn din is-sistema – tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fl-2011;

2.  Jinnota l-kumment li għamlet il-Kummissjoni fir-rapport riċenti tagħha dwar l-operat tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u s-SESF, li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, malajr stabbilixxew organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, wettqu sew il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, u dan minkejja li ffaċċjaw eżiġenzi dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

3.  Jissottolinja l-fatt li r-rwol tal-EBA fil-promozzjoni ta' reġim superviżorju komuni madwar is-Suq Uniku hu essenzjali biex jiġi żgurat settur bankarju integrat aħjar, aktar effiċjenti u aktar sikur fl-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa u għall-prevenzjoni ta' kriżijiet fis-settur finanzjarju fil-ġejjieni; jappella għal koordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-funzjoni ta' superviżjoni bankarja tiegħu b'mod li jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-akkumulazzjoni ta' kapaċità eċċessiva;

4.  Jirrikonoxxi li, fil-fehma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, it-tranżazzjonijiet tal-EBA li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

5.  Jieħu nota tar-rapport speċjali 2014/05 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tan-nuqqasijiet spjegati fih rigward il-funzjonament tal-arranġamenti l-ġodda li għandhom x'jaqsmu mas-superviżjoni bankarja transkonfinali, il-valutazzjoni tar-reżiljenza tal-banek Ewropej u l-promozzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-EBA biex, fir-rigward ta' dawk il-partijiet mir-rakkomandazzjonijiet li mhumiex indirizzati esklużivament lill-Kummissjoni jew lill-koleġiżlaturi, tieħu miżuri adegwati sabiex tindirizza dawn in-nuqqasijiet;

6.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 5/2014 tagħha, li komplessivament, fil-fażi inizjali tagħha, l-EBA ma kellhiex biżżejjed riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha; jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jisħaq fuq il-fatt li l-kompiti diġà mogħtija lill-EBA, kif ukoll il-kompiti futuri previsti f'ħidma leġiżlattiva li tkun għaddejja, jirrikjedu livell ta' persunal u ta' baġit li jkun biżżejjed biex jippermetti li ssir superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata b'attenzjoni l-ħtieġa li kompiti addizzjonali jiġu marbuta ma' riżorsi addizzjonali; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li kwalunkwe żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tiġi preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn ikun possibbli; jevidenzja r-rwol koordinatur tal-EBA u l-ħtieġa li tikkopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

7.  Jisħaq fuq il-fatt li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-EBA jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mil-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jissottolinja l-fatt li l-EBA għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li twessa' de facto l-mandat tagħha lil hinn minnhom, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jevidenzja li l-EBA għandha tikkontrolla l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

8.  Jevidenzja li l-EBA għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat eżistenti tagħha; jissosttlinja l-fatt li, f'dan il-qasam, l-EBA għandha tikkoordina aktar mill-qriba mal-ASE l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt;

9.  Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-EBA hu inflessibbli, ta' piż u theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jappella, għalhekk, lill-Kummissjoni biex, jekk dan jiġi pprovat mill-valutazzjoni tagħha, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament li:

-    tkun ibbażata esklużivament fuq l-introduzzjoni ta' miżati mill-parteċipanti tas-suq, jew

-    tikkombina l-miżati mill-parteċipanti tas-suq ma' finanzjament bażiku minn linja baġitarja separata fil-baġit ġenerali tal-UE.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

11

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Patrick O’Flynn, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Ashley Fox, Eva Kaili, Syed Kamall, Barbara Kappel, Thomas Mann, Siegfried Mureșan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 112.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali