Proċedura : 2014/2118(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0080/2015

Testi mressqa :

A8-0080/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.50
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0159

RAPPORT     
PDF 188kWORD 242k
30.3.2015
PE 539.721v03-00 A8-0080/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2118(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tagħha,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2118(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0080/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 82 520 500, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 1,94 % meta mqabbel mal-baġit għall-2012,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward tas-seba' kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjonijiet korrettivi għalihom ġew immarkati bħala "Għadhom għaddejjin" jew "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa erbgħa minnhom ġew immarkati fir-rapport 2013 tal-Qorti bħala "Ikkompletati", waħda bħala "Parzjalment ikkompletata" u "Parzjalment għadha għaddejja" u tnejn bħala "Mhux Applikabbli"; jinnota, barra minn hekk, li għas-sitt kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi fir-rigward ta' ħames kummenti li issa huma mmarkati bħala ''Ikkompletati'' filwaqt li waħda hija mmarkata bħala ''Mhux applikabbli'';

2.      Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li:

a.      il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika tiegħu hija kkunsidrata bħala magħluqa fir-rapport tal-Qorti; jinnota bi tħassib li l-Qorti xorta tqis l-azzjoni korrettiva biex jiġu awtorizzati eċċezzjonijiet bħala għadhom għaddejjin u jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tal-implimentazzjoni tal-azzjoni korrettiva;

b.      l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-awtorità ta' kwittanza dwar il-pubblikazzjoni tan-numru ta' dokumenti klassifikati pproċessati għadha għaddejja, peress li l-Uffiċċju qed ifittex il-parir tal-Kumitat tas-Sigurtà tiegħu u jikkonsulta l-oriġinaturi ta' informazzjoni klassifikata ta' bażi rigward l-approċċ biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress imwettaq f'dan ir-rigward, kif ukoll dwar il-perjodu ta' żmien previst li fih għandha tiġi mitmuma;

c.      jipprovdi informazzjoni pubblika, prinċipalment fuq is-sit tal-internet tiegħu li permezz tiegħu ċ-ċittadini jkollhom il-possibilità li jabbonaw għal servizz postali awtomatizzat ta' informazzjoni rigward attivitajiet operattivi;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.      Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-effikaċja tal-proċeduri ta' akkwist fis-sena 2013 kienet affettwata minn xi deċiżjonijiet li mhumiex ibbażati fuq kriterji tal-għażla speċifiċi biżżejjed jew offerti ta' prezzijiet realistiċi, kif ukoll billi ma ġewx stabbiliti rekwiżiti professjonali, għalkemm l-Uffiċċju tejjeb il-preparazzjoni, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist matul is-snin; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li flimkien mas-sejbiet tal-Qorti, huwa ta bidu għal rieżami fi ħdan l-organizzazzjoni kollha tal-proċess ta' akkwist globali fl-2014, bil-ħsieb li tiġi raffinata l-istruttura attwali interna u organizzattiva tal-proċessi ta' bażi; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu tar-rieżami u t-titjib ippjanat għall-proċess ta' akkwist;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,60 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,20 %;

Impenji u riporti

5.      Jirrikonoxxi li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati naqas minn 19,64 % fl-2012 għal 11,60 % fl-2013; jinnota bi tħassib li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati kien għadu għoli b'41 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċiplament relatati ma' modifiki ppjanati tal-bini tard fis-sena u ma' spejjeż amministrattivi oħra, li għalihom ma kinux waslu fatturi fi tmiem is-sena; jappella lill-Uffiċċju biex iżid l-isforzi tiegħu biex inaqqas ir-riporti futuri;

6.      Jieħu nota li l-livell ta' impenji kkanċellati riportati irreġistrat fl-2013 ammonta għal 8,9 % tal-ammont sħiħ riportat, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 8,4 % meta mqabbel mal-ammont reġistrat fl-2012; jinnota l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Uffiċċju sabiex jirrettifika din il-kwistjoni u jinnota li l-Qorti tqis il-kwistjoni bħala kompluta;

7.      Jaċċerta mill-Uffiċċju li b'segwitu għall-azzjonijiet tiegħu rigward it-tħejjija u l-valutazzjoni ta' rekwiżiti tekniċi għal riporti awtomatiċi, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni mill-Qorti matul l-attivitajiet ta' awditjar annwali tagħha tal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.      Jieħu nota li l-Uffiċċju aġġorna l-Linji Gwida dwar ir-Reklutaġġ tiegħu u d-deskrizzjoni tal-proċess ta' reklutaġġ, kif ukoll id-dokumentazzjoni relatata tal-mudell skont ir-Regolament tal-Persunal(15) emendat li daħal fis-seħħ fl-2014; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju daħħal fis-seħħ il-Kodiċi ġodda ta' Kondotta sabiex isaħħaħ it-trasparenza u l-indipendenza fil-qadi ta' dmirijietu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.      Jinnota li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni u l-maniġment superjuri, kif ukoll id-dikjarazzjoni tal-interessi tad-Direttur, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja s-sitwazzjoni b'mod urġenti;

Awditjar intern

10.    Jinnota li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni, flimkien mal-Uffiċċju tal-Awditjar Intern tal-Uffiċċju, wettaq valutazzjoni tar-riskju sħiħa fl-2013 fir-rigward tal-qagħda tal-proċessi fi ħdan l-organizzazzjoni, li kopriet id-dimensjonijiet amministrattivi, finanzjarji, informatiċi u operattivi tal-attivitajiet tal-Uffiċċju; jirrikonoxxi li b'segwitu għall-awditjar, ġie ppreżentat ir-rapport dwar l-eżitu tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju, inkluż "Pjan Strateġiku ta' Awditjar Intern 2014-2016", quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju; ir-rapport identifika r-reklutaġġ, il-ġestjoni tal-partijiet interessati, l-akkwist u l-immaniġġjar tad-data, inkluża s-sigurtà tal-informazzjoni, bħala t-temi ta' awditjar ta' segwitu;

11.    Jieħu nota mill-Uffiċċju li l-IAS segwa l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu permezz ta' rieżami dokumentarju, u li fil-31 ta' Diċembru 2013 la kien hemm rakkomandazzjonijiet kritiċi u lanqas importanti ħafna li għadhom pendenti;

Kummenti oħra

12.    Jinnota li, f'konformità mal-linji gwida tal-Qorti kif ukoll il-Bord ta' Amministrazzjoni tal-Uffiċċju, huwa previst li l-fond tal-pensjonijiet tal-Europol se jiġi kkonsolidat mal-kontijiet annwali tal-Uffiċċju b'effett mill-1 ta' Jannar 2016; jieħu nota mill-Uffiċċju li qed jitħejja strument leġiżlattiv rispettiv sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni f'waqtha tal-bidliet implikati;

13.    Ifakkar il-kumment tal-Qorti, fir-rapport 2011 tagħha, li r-Regolament Finanzjarju tal-Uffiċċju jirreferi għar-regoli u l-proċeduri dettaljati stabbiliti fir-Regoli ta' Implimentazzjoni tal-Uffiċċju għalkemm dawn ir-regoli għadhom ma ġewx adottati s'issa; iħeġġeġ lill-Uffiċċju biex jieħu azzjonijiet korrettivi f'dan ir-rigward;

o

o       o

14.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(16) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

6.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Guillaume

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha tagħhom, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-flussi ta' flusu għas-sena finanzjarja li ntemmet f'dik id-data, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali ta' EUROPOL għas-sena finanzjarja 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha tagħhom;

2.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jindikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet u tal-ġestjoni baġitarja;

3.  Iqis f'dan ir-rigward li, minkejja li EUROPOL għamel progress matul is-snin fir-rigward tat-tfassil, l-eżekuzzjoni u d-dokumentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist pubbliċi, l-effikaċja tagħhom għandha tkompli tittejjeb: il-kriterji tal-għażla mhumiex dejjem speċifiċi biżżejjed u l-offerti tarriffarji mhux dejjem realistiċi jew adegwati għall-eżiġenzi professjonali stabbiliti; jifraħ fl-isforzi magħmula minn EUROPOL biex joħloq funzjoni ta' provdiment ċentrali li tiggarantixxi kwalità għolja f'kull stadju ewlieni tal-proċess ta' provdiment; dan se jirriżulta fi kwalità aħjar matul is-sejħa għal offerti, biex b'hekk jiġi żgurat li l-offerti li jaslu jkunu dinamiċi u rilevanti; jieħu nota, fit-tweġibiet ta' EUROPOL, tal-eżami li qed isir attwalment rigward il-proċeduri ta' reklutaġġ u s-sejħiet għal offerti, bil-ħsieb li tittejjeb l-istruttura ta' organizzazzjoni interna attwali;

4.  Ifaħħar l-isforzi mwettqa fir-rigward tat-titjib tar-rati ta' eżekuzzjoni tal-baġit li rriżultaw biex ir-rata tal-approprjazzjonijiet ta' impenn riportati, li kienet 19,6 % fl-2012, niżlet għal 11,6 % fl-2013; jiddispjaċih madankollu li r-rata tal-approprjazzjonijiet ta' impenn riportati għat-Titolu II (infiq amministrattiv) li hi ta' 41 % għadha għolja, minkejja li tjiebet meta mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel (49% fl-2012);

5.  Jifraħ ukoll bil-fatt li EUROPOL adotta kodiċi ta' mġiba ġdid li jevidenzja l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, li hi element fondamentali li l-Parlament Ewropew kien issottolinja fil-proċeduri ta' kwittanza preċedenti;

6.  Iqis li, bħala regola ġenerali, għandha tingħata aktar attenzjoni biex tiġi stabbilita ġestjoni finanzjarja tajba min-naħa ta' EUROPOL bi qbil mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità, jiġifieri l-ekonomija u l-effikaċja li bihom l-Uffiċċju juża l-approprjazzjonijiet mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu, kif ukoll il-prestazzjoni tiegħu f'dan l-użu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 290.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).

(16)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali