Proċedura : 2014/2126(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0085/2015

Testi mressqa :

A8-0085/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.28
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0137

RAPPORT     
PDF 194kWORD 240k
30.3.2015
PE 539.719v02-00 A8-0085/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2126(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2126(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8–0085/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 10 500 000; billi l-baġit kollu tal-Uffiċċju ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tat-12-il kumment magħmula mill-Qorti fir-rapport 2012 tagħha, tnejn mill-azzjonijiet korrettivi għalihom issa huma mmarkati bħala "Ikkompletati", waħda bħala "Għadha għaddejja", tmienja bħala "Mhux Applikabbli" u waħda bħala "Pendenti";

2.      Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li għamel inventarju fiżiku li ġie ffinalizzat fl-aħħar tal-2013;

3.      Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija disponibbli fuq is-sit tal-internet tiegħu permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti, inklużi stqarrijiet għall-istampa, bullettini ta' kull xahar jew tweġibiet diretti għal talbiet minn ċittadini tal-Unjoni;

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

4.      Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-bażi għal ammont dovut ta' EUR 40 000 relatat ma' spejjeż u allowances għall-persunal li daħal fis-servizz fl-2013 ma kinitx disponibbli matul l-awditu; jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li l-ammont dovut kien stima waqt l-istennija għall-konferma tad-drittijiet kollha li jkunu waslu għand il-persunal;

Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet

5.      Jinnota mill-Uffiċċju li s-sistema ta' kontabilità tiegħu effettivament ġiet ivvalidata mill-uffiċjal tal-kontabilità tiegħu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

6.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 87,34 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 87,18 %; jenfasizza li l-Uffiċċju tejjeb ir-rata ta' eżekużżjoni tiegħu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

7.      Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li l-ħtiġijiet baġitarji kienu sopravalutati bi 13 % u li l-approprjazzjonijiet impenjati riportati kienu 24 % tat-total tal-approprjazzjonijiet impenjati, li minnhom 13 % ma kinux koperti minn impenn ġuridiku;

8.      Jieħu nota li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati prinċipalment jirrigwardaw il-linji baġitarji ta' Titolu II u Titolu III u, fil-parti l-kbira tagħhom, huma maħsuba għal fatturi li għadhom ma waslux jew li tħallsu fl-aħħar tas-sena jew meta s-servizzi inkwistjoni ma ngħatawx;

9.      Jinnota l-miżuri li ttieħdu mill-Uffiċċju sabiex jitnaqqas u jiġi salvagwardjat il-livell għoli ta' approprjazzjonijiet ta' impenn riportati, bħal rapporti ta' kull xahar dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, ir-rieżami annwali tal-baġit ta' nofs is-sena u l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid tiegħu;

10.    Jinnota li għad hemm lok konsiderevoli għal titjib fl-ippjanar baġitarju, għalkemm sar titjib sinifikanti meta mqabbel mas-sena finanzjarja 2012, li matulu l-Uffiċċju kiseb l-indipendenza finanzjarja tiegħu; jappella lill-Uffiċċju biex itejjeb aktar l-isforzi tiegħu għall-monitoraġġ tal-baġit fil-ġejjieni;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

11.    Jinnota bi tħassib li l-proċeduri ta' reklutaġġ juru nuqqas ta' trasparenza; jaqbel mal-kumment tal-Qorti li l-abbozzar tal-mistoqsijiet għall-intervisti u t-testijiet bil-miktub wara l-eżami tal-applikazzjonijiet iżid ir-riskju li l-mistoqsijiet jiġu influwenzati minn applikazzjonijiet individwali; jinnota, barra minn hekk, li kienet osservata diskrepanza f'waħda mill-proċeduri ta' reklutaġġ bejn kriterju ta' eliġibbiltà indikat fl-avviż ta' pożizzjoni vakanti u kriterju tal-għażla li jikkorrispondi miegħu; jappella lill-Uffiċċju biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-passi li jkun ħa għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet simili fil-ġejjieni;

12.    Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li kien konformi mal-kummenti tal-Qorti u biddel id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' interess għall-Kumitati tal-Għażla sabiex tinkludi relazzjoni professjonali bħala kunflitt ta' interess potenzjali; jinnota, barra minn hekk, li fl-2013 ġiet iffirmata politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interess;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

13.    Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li l-Bord ta' Tmexxija approva politika ġdida dwar il-kunflitt ta' interess fl-2013; jinnota li l-Membri tal-Bord ta' Tmexxija u d-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju ffirmaw forom dwar il-kunflitt ta' interess skont il-politika l-ġdida; jappella lill-Uffiċċju biex kemm il-politika tiegħu dwar il-kunflitt ta' interess kif ukoll il-forom dwar il-kunflitt ta' interess iffirmati mill-Membri tal-Bord ta' Tmexxija u mid-Direttur Eżekuttiv jagħmilhom disponibbli għall-pubbliku;

Kontrolli interni

14.    Jinnota bi tħassib li 18 % tal-għadd totali ta' pagamenti saru wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju; jieħu nota mill-Uffiċċju li għalkemm in-numru ta' pagamenti tard naqas sa nofs l-2013, dawn reġgħu saru fl-aħħar tliet xhur tal-2013, minħabba ż-żieda konsiderevoli fix-xogħol fi tmiem is-sena; jilqa' l-proċeduri ġodda implimentati mill-Uffiċċju sabiex tonqos ir-rata ta' pagamenti tard; jappella lill-Uffiċċju biex jirrimedja din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza u jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-effetti tal-miżuri meħuda;

15.    Jirrikonoxxi mill-Uffiċċju li, fis-sena 2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni ta' 16-il Standard ta' Kontroll Intern adottati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Uffiċċju; jinnota li, abbażi tar-riżultati ta' dak ir-rieżami u minħabba l-istatus attwali ta' kontroll intern dwar l-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju u funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv, l-IAS ħareġ 18-il rakkomandazzjoni, sitta klassifikati bħala "Importanti Ħafna" u 12 bħala "Importanti";

16.    Jieħu nota tal-fatt li l-Uffiċċju wettaq awtovalutazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern f'Marzu 2013, li juri d-determinazzjoni tiegħu biex jifhem u jistabbilixxi ambjent ta' kontroll intern validu;

17.    Jistabbilixxi mir-rapport tal-Qorti li sitta mis-16 il-Standard ta' Kontroll Intern għadhom ma ġewx implimentati kompletament; jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tas-sitt Standards pendenti ta' Kontroll Intern għadha għaddejja u jappella lill-Uffiċċju biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tagħha;

o

o   o

18.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

6.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2126(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Guillaume

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1   Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jqisu li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-EASO fil-31 ta' Diċembru 2013, kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u tal-flussi ta' flusu għas-sena li ntemmet f'dik id-data, u li jippreċiżaw, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet annwali tal-EASO għas-sena finanzjarja 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li jindikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet, tal-kontrolli interni u tal-ġestjoni baġitarja; jenfasizza li d-diversi kummenti tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-fatt li s-sena finanzjarja 2013 kienet l-ewwel sena finanzjarja sħiħa li, fiha, l-EASO kien finanzjarjament awtonomu;

3.  Jemmen b'mod partikolari li l-ippjanar baġitarju jista' jitjieb, iżda jinsab kuntent kemm is-sopravvalutazzjoni tal-ħtiġijiet baġitarji u kemm ir-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati kienu ħafna iktar baxxi milli kienu fl-2012;

4.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li jindikaw it-titjib meħtieġ fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ u t-trasparenza tagħhom; jieħu nota, f'dan ir-rigward, tar-risposti mill-EASO, li ttrattaw b'mod partikolari it-tibdil tad-dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitti ta' interess għall-kumitati ta' għażla, u l-konformità mal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ffirmata fid-29 ta' Novembru 2013;

5.  Iqis li, bħala regola ġenerali, għandha tingħata aktar attenzjoni lill-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba tal-EASO, bi qbil mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità, jiġifieri l-ekonomija, l-effikaċja u l-prestazzjoni li bihom l-Uffiċċju jkun uża l-approprjazzjonijiet li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 102.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P7_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali