Proċedura : 2014/2122(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2015

Testi mressqa :

A8-0087/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.43
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0152

RAPPORT     
PDF 205kWORD 121k
30.3.2015
PE 539.735v02-00 A8-0087/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2122(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Awtorità(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 64 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2122(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0087/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 28 188 749, li jirrappreżenta żieda ta' 39,01 % meta mqabbel mal-2012, u dan minħabba kompiti addizzjonali fdati f'idejn l-Awtorità,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri (''il-Qorti''), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' sitt kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għal żewġ kummenti minnhom hija mmarkata bħala "Ikkompletata", għal tlieta "Għadha għaddejja" u għal waħda minnhom "Mhux applikabbli"; jikkonstata barra minn hekk li, għas-seba' kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa, għal żewġ kummenti l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala ''Ikkompletata'', għal tlieta "Għadha għaddejja" u għal tnejn ''Mhux applikabbli'';

2.      Jirrikonoxxi mill-Awtorità li:

-     il-persunal u l-ippjanar tal-baġit ġew integrati fl-ippjanar tal-ħidma annwali tagħha sabiex jitqiesu l-prijoritajiet fl-organizzazzjoni kollha, kif ukoll biex il-persunal jiġi rilokat b'kompiti differenti fejn possibbli;

-     il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha ġew modifikati sabiex jinkludu aktar kontrolli, bħalma huma kontrolli ex ante, mudelli aktar ċari u mekkaniżmi riveduti għall-evalwazzjoni tal-kandidati, u li skont ir-rapport tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti dwar din il-kwistjoni ġiet ikkompletata;

-     il-komunikazzjoni tagħha dwar il-ħidma u l-attivitajiet tagħha indirizzata liċ-ċittadini tal-Unjoni issir permezz tal-pubblikazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni permezz ta' ċertu numru ta' mezzi, inklużi l-websajt pubblika tagħha u tipi differenti ta' dokumenti dwar suġġetti, iżda li mhijiex limitata biss għal dawn;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,18 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 72,54 %;

4.      Jieħu nota li, bil-għan li jiġi żgurat li jittieħdu azzjonijiet korrettivi relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit fi żmien xieraq, l-Awtorità użat varjetà ta' metodi, bħal rappurtar ta' kull xahar lid-Direttur Eżekuttiv u rappurtar trimestrali lill-Bord Maniġerjali; jinnota li dan wassal għal rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ogħla meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Impenji u riporti

5.      Jirrikonoxxi li l-impenji saru b'mod aktar f'waqtu minħabba li żdied il-livell ġenerali tal-approprjazzjonijiet impenjati fuq is-sena ta' qabel; jinnota bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati jibqa' għoli għat-Titolu III fil-livell ta' 58 %, u li dan juri żieda ta' 6 %;

6.      Jinnota li l-livell għoli ta' riporti jirriżulta primarjament minn servizzi tal-IT ikkuntrattati fi tmiem is-sena, servizzi miksuba fl-2013 iżda mhux imħallsa qabel tmiem is-sena, kif ukoll minn dewmien fil-proċeduri ta' akkwist tal-IT u min-natura pluriennali ta' proġetti relatati mal-IT; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu bil-għan li jitnaqqas il-livell ta' riporti għall-aktar ammont baxx possibbli;

Trasferimenti

7.      Jinnota bi tħassib li l-livell ta' trasferimenti huwa għoli ħafna hekk kif ilaħħaq 18 % tal-baġit, li jammonta għal EUR 5 100 000; jiddispjaċih li din iċ-ċifra turi żieda meta mqabbel mal-2012, u li dan jindika nuqqasijiet kontinwi fl-ippjanar baġitarju; jistieden lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex tirrimedja dawn in-nuqqasijiet;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.      Jaċċerta ruħu mill-Awtorità li l-proċeduri ta' akkwist ġew ċentralizzati għall-akkwisti kollha 'l fuq minn EUR 15 000 bil-għan li tittejjeb il-puntwalità tagħhom, il-kontroll tal-kwalità u l-konformità; jieħu nota tal-fatt li r-rappurtar ta' kull xahar dwar l-istatus tal-pjan ta' akkwist lid-Direttur Eżekuttiv inbeda fl-2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.      Jinnota mill-Awtorità li hija saħħet aktar il-linji gwida tagħha dwar l-etika billi żviluppat politika dwar il-kunflitti ta' interess mhux għall-persunal li tqis il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE, u li tapplika għall-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali;

10.    Jinnota li l-politika tal-Awtorità dwar il-kunflitti ta' interess fiha dispożizzjoni dwar il-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali; josserva li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord tas-Superviżuri u tal-Bord Maniġerjali, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri, mhumiex disponibbli pubblikament; jappella lill-Awtorità biex tirrimedja dan in-nuqqas bħala kwistjoni ta' urġenza u biex tagħmel dawk id-dokumenti faċilment aċċessibbli permezz tal-websajt tagħha;

Awditjar intern

11.    Jirrikonoxxi mill-Awtorità li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq rieżami limitat tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, wara r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju mwettaq fl-2012 u l-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-Awtorità 2013-2015;

12.    Jinnota li fir-rieżami tiegħu tal-Istandards ta' Kontroll Intern tal-2013, l-IAS ħareġ 14-il rakkomandazzjoni f'oqsma differenti, waħda minnhom immarkata bħala “Importanti Ħafna”, u kkonkluda li l-maġġorparti tal-15-il Standard ta' Konroll Intern riveduti ġew implimentati kompletament jew fil-biċċa l-kbira tagħhom; jinnota li wara żjara ta' segwitu mwettqa mill-IAS f'Ġunju 2014, nofs ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati, inkluża waħda immarkata bħala “Importanti Ħafna”;

Kummenti oħra

13.    Jiddispjaċih li l-ħlasijiet tard jikkostitwixxu 27 % tal-ħlasijiet kollha għal prodotti u servizzi riċevuti, li jirriżultaw fi ħlas tal-imgħax li jammonta għal EUR 3 834, kif ukoll ħlasijiet b'dewmien ta' medja ta' 32 jum; jappella lill-Awtorità tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri meħuda biex tittratta din il-kwistjoni u biex ittejjeb il-puntwalità tal-proċessi tal-ħlas;

14.    Jinnota li l-arranġamenti attwali ta' finanzjament tal-Aġenzija mhumiex flessibbli, joħolqu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u jaf jipperikolaw l-indipendenza tagħha; iħeġġeġ lill-Awtorità tikkoopera mal-Kummissjoni sabiex tirrevedi l-istruttura ta' finanzjament attwali tagħha;

15.    Jieħu nota tal-fatt li, wara d-diskussjonijiet tagħha mal-Istat Membru ospitanti, l-Awtorità bdiet titlob ir-rimborż tal-VAT skont il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea(15) u d-“Direttiva tal-VAT” tal-Kunsill(16); jinnota li sa tmiem l-2013, kien ittieħed lura biss 39 % tal-VAT impost għall-perjodu 2011-2013; jappella lill-Awtorità tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet li ħadet biex titlob lura il-VAT imħallas, u tagħti stima tat-tul taż-żmien li matulu l-ammont totali jista' jintalab lura;

16.    Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien attur kruċjali fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva wara l-kriżi finanzjarja, u fil-ħolqien tal-Awtorità fl-2011, bħala parti minn din is-sistema;

17.    Jinnota l-osservazzjoni li saret mill-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li tgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

18.    Jenfasizza li r-rwol tal-Awtorità biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-suq uniku huwa essenzjali biex jiġu żgurati swieq finanzjarji aktar integrati, effiċjenti u sikuri fl-Unjoni, biex b'hekk jingħata kontribut għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa u jiġu evitati kriżijiet futuri fis-settur finanzjarju;

19.    Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-Awtorità, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jitħalltu flimkien kompiti addizzjonali ma' riżorsi addizzjonali; jenfasizza madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta u/jew ikkomplementata minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli; jiġbed l-attenzjoni fuq ir-rwol koordinatur tal-Awtorità u l-ħtieġa li tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex tissodisfa l-mandat tagħha;

20.    Jisħaq li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-Awtorità jeħtiġilha żżomm strettament mal-kompiti assenjati lilha mill-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jissottolinja l-fatt li l-Awtorità għandha twettaq dawn il-kompiti kompletament, imma li m'għandhiex tfittex li tmur lil hinn mill-mandat tagħha, u li jeħtiġilha tibqa' indipendenti; jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tivverifika l-ħtieġa li tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

21.    Jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-Awtorità għandha tisfrutta kompletament is-setgħat tagħha fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumatur li huma mogħtija lilha bis-saħħa tal-mandat tagħha; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-Awtorità għandha tikkoordina aktar mill-qrib ma' ASE oħrajn permezz tal-Kumitat Konġunt;

22.    Jistieden lill-Awtorità tiżgura li fil-ġejjieni ma jittieħed l-ebda impenn legali qabel l-impenji tal-baġit;

o

o   o

23.      Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal- ...  2015(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2122(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Markus Ferber

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Parlament Ewropew kien mutur ewlieni fl-isforzi biex titwaqqaf Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja (SESF) ġdida u komprensiva fil-perjodu ta' wara l-kriżi finanzjarja, u biex tinħoloq – bħala parti minn din is-sistema – l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fl-2011;

2.  Jinnota l-kumment tal-Kummissjoni fir-rapport reċenti tagħha dwar il-ħidma tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u tas-SESF, li jgħid li l-ASE, minkejja l-kundizzjonijiet diffiċli, stabbilixxew malajr organizzazzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb u li, b'mod ġenerali, issodisfaw il-varjetà wiesgħa ta' kompiti li għandhom, għalkemm iffaċċjaw talbiet dejjem akbar b'riżorsi umani limitati;

3.  Jenfasizza li r-rwol tal-ESMA biex ikun promoss reġim superviżorju komuni fis-Suq Uniku kollu huwa essenzjali biex jiġu żgurati swieq finanzjarji aktar integrati, effiċjenti u sikuri fl-Unjoni, b'hekk dan jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa kif ukoll jiġu evitati kriżjijiet futuri fis-settur finanzjarju;

4.  Jirrikonoxxi li, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri, it-tranżazzjonjiet tal-ESMA li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

5.  Jenfasizza, mingħajr ma jitfa' f'dubju l-opinjoni ġenerali, li l-ESMA jeħtieġ li tirrimedja għadd ta' punti minuri elenkati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; iqis li s-sitwazzjoni osservata fis-sena 2013 fir-rigward tal-pagamenti tard u ta' pagamenti ħżiena tal-VAT mhijiex aċċettabbli;

6.  Jirrikonoxxi li s-SESF għadha fi stadju ta' twaqqif u jenfasizza li l-kompiti diġà mogħtija lill-ESMA, kif ukoll il-kompiti futuri previsti fil-ħidma leġiżlattiva li għaddejja, jeħtieġu livell adegwat ta' persunal u ta' baġit li jippermettu superviżjoni ta' kwalità għolja; jenfasizza li għandha dejjem tiġi kkunsidrata bir-reqqa l-ħtieġa li jkunu kkumbinati flimkien kompiti addizzjonali ma' riżorsi addizzjonali; jenfasizza, madankollu, li kull żieda potenzjali fil-mezzi tagħha għandha tkun preċeduta minn sforzi ta' razzjonalizzazzjoni adegwati kull fejn hu possibbli u/jew ikkomplimentata minnhom; jenfasizza r-rwol ta' koordinament tal-ESMA u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali biex twettaq il-mandat tagħha;

7.  Jenfasizza li, minħabba r-riżorsi limitati tagħha, l-ESMA trid iżżomm mal-kompiti assenjati lilha mil-koleġiżlaturi tal-Unjoni; jenfasizza li l-ESMA għandha twettaq dawn il-kompiti b'mod sħiħ, madankollu fil-prattika m'għandhiex tfittex li twessa' l-mandat tagħha lil hinn minn dak assenjat, u li trid tibqa' indipendenti; jenfasizza li l-ESMA għandha tivverifika l-bżonn li jkunu mfassla linji gwida u rakkomandazzjonijiet;

8.  Jenfasizza li l-ESMA għandha tagħmel użu sħiħ tas-setgħat tagħha fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur mogħtija lilha mill-mandat eżistenti; jenfasizza li, f'dan il-qasam, l-ESMA għandha tikkoordina aktar mill-qrib mal-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt;

9.  Jistieden lill-ESMA toqgħod attenta li fil-ġejjieni ma jittieħdux impenji legali qabel ma jiġu stabbiliti l-impenji tal-baġit;

10. Jikkonkludi li l-arranġament ta' finanzjament imħallat tal-ESMA hu inflessibbli, tqil u huwa theddida potenzjali għall-indipendenza tagħha; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex, jekk il-valutazzjoni tagħha tikkonferma dan, tipproponi sal-2017 sistema ta' finanzjament li:

-    tkun ibbażata esklużivament fuq l-introduzzjoni ta' tariffi mill-parteċipanti tas-suq, jew

-    tkun tikkombina tariffi minn parteċipanti tas-suq b'finanzjament bażiku li ġej minn linja baġitarja separata fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

11

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Luděk Niedermayer, Patrick O’Flynn, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Ashley Fox, Eva Kaili, Syed Kamall, Barbara Kappel, Thomas Mann, Siegfried Mureșan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.

(3)

ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 247.

(10)

ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 115, 9.5.2008, p. 266).

(16)

Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(17)

Testi adottati ta' din id-data, P7_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali