RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013

31.3.2015 - (2014/2105(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ryszard Czarnecki

Proċedura : 2014/2105(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0088/2015
Testi mressqa :
A8-0088/2015
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[3],

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8–0088/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[8],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10],

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[13],

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2105(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0088/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 57 819 864, li jirrappreżenta żieda ta' 4,88 % meta mqabbel mal-2012,

B.     billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 53 789 658, li jirrappreżenta żieda ta' 2,65 % meta mqabbel mal-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa, fir-rapport 2013 tal-Qorti, kumment wieħed huwa mmarkat bħala "Ikkompletata" u ieħor bħala "Għadha għaddejja"; josserva, barra minn hekk, li għat-tliet kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdet azzjoni korrettiva waħda u l-kumment korrispondenti issa huwa mmarkat bħala "Ikkompletata", u għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ kummenti l-oħrajn, wieħed hu mmarkat bħala "Għadha għaddejja" u l-ieħor "Mhux applikabbli";

2.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li bis-saħħa tal-eżami tal-kostijiet amministrattivi interni, bosta proċessi fil-qasam tar-riżorsi umani ġew awtomatizzati u l-monitoraġġ u r-rapportaġġ finanzjarju ġew semplifikati permezz ta' strumenti awtomatizzati;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.      Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,07 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 88,73 %;

Impenji u riporti

4.      Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti u r-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni rilevanti fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2013;

Trasferimenti

5.      Jikkonstata li skont ir-rapport tal-Qorti u r-RAA tal-Aġenzija, il-livell u n-natura ta' trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.      Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

7.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fil-laqgħa tagħha tat-13 u tal-14 ta' Novembru 2013, il-Bord Amministrattiv tagħha adotta deċiżjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu li rrikjeda li l-membri kollha fi ħdanu, jew il-membri supplenti, iressqu dikjarazzjonijiet ta' impenn u kunfidenzjalità fil-bidu ta' kull mandat;

8.      Jagħraf li l-Aġenzija għamlet sforz biex tevita sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interess potenzjali billi introduċiet taħriġ dwar l-etika u l-integrità li jiġi pprovdut fl-Aġenzija stess u huwa obbligatorju għall-persunal kollu;

9.      Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Aġenzija, li fl-2013 il-Bord Amministrattiv tagħha adotta politika dwar il-kunflitti ta' interess li timmira li tidentifika r-riskji għall-integrità tal-membri tagħha u tissensibilizza dwar l-inċidenza ta' tali kunflitti; jieħu nota li dik il-politika hija msejsa fuq r-Rapport Speċjali tal-Qorti bit-titolu "Il-Ġestjoni ta' Kunflitti ta' Interessi f'Aġenziji Magħżula tal-UE";

10.    Iħeġġeġ lill-Aġenzija tqiegħed id-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tad-Direttur Eżekuttiv, il-Kapijiet tal-Unità u l-membri tal-Bord Amministrattiv għad-dispożizzjoni pubblika fuq il-websajt tagħha sabiex tkompli ttejjeb it-trasparenza;

Awditjar intern

11.    Jieħu nota li matul l-2013 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu bil-għan li jivvaluta l-adegwatezza u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern, u joffri assigurazzjoni indipendenti fir-rigward tagħha, għal dak li għandu x'jaqsam mas-Servizzi tal-Appoġġ Marittimu; jikkonstata li wara dan l-awditu, ġew identifikati bosta oqsma b'marġni għal titjib u ġew ifformulati ħames rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jaċċerta li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni bil-għan li jittratta dawn il-ħames rakkomandazzjonijiet u li l-IAS qies l-azzjonijiet proposti bħala adegwati biex jitrażżnu r-riskji identifikati;

12.    Jieħu nota li fl-2013 l-IAS wettaq rieżami dokumentarju bil-għan li jagħti segwitu lill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu u qies ir-rakkomandazzjonijiet kollha tiegħu bħala "Kritiċi" jew "Importanti ħafna" bħala magħluqin;

13.    Jieħu nota li matul l-2013 il-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditu fuq il-Faċilità ta' Kontinwità tal-Attivitajiet f'Porto; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-IAC ikkonkluda li l-kontrolli fiżiċi u ambjentali kienu operattivi b'hekk offrew assigurazzjoni raġenevoli rigward il-protezzjoni tat-tagħmir u tad-data tal-Aġenzija; jikkonstata barra minn hekk li wara dan l-awditu, l-IAC fformulat ċertu numru ta' rakkomandazzjonijiet li l-Aġenzija kkunsidrat u li l-Aġenzija ppreżentat pjan ta' azzjoni mmirat lejn it-trażżin tal-punti dgħajfin identifikati;

14.    Jikkonstata li mill-31 ta' Diċembru 2013, l-Aġenzija għalqet 31 mit-total ta' 36 rakkomandazzjoni li ġejjin mill-IAS, mill-IAC u mill-Qorti matul dawn l-aħħar sentejn;

o

o       o

15. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015[15] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

25.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2105(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Dominique Riquet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ċċertifikat ir-regolarità tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għas-sena 2013 kien EUR 57,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 54,03 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li r-rati ta' implimentazzjoni kienu 98 % u 95 % rispettivament;

3.  Ifakkar fir-rwol essenzjali tal-Aġenzija bħala garanti tas-sigurtà marittima fl-Ewropa, li l-kompetenzi tagħha ġew estiżi b'segwitu għall-adozzjoni tar-regolament bażiku l-ġdid tagħha fi Frar 2013; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-fatt li l-Aġenzija għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani li teħtieġ biex twettaq b'suċċess il-kompiti tagħha;

4.  Ifakkar li l-Aġenzija qablet li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u s-CVs tal-membri tal-Bord Amministrattiv, tad-Direttur Eżekuttiv u tal-livell maniġerjali superjuri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku;

5.  Japprezza l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri m'għamlet l-ebda kumment dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Aġenzija fl-2013; ifakkar lill-Aġenzija, madankollu, biex tkompli ttejjeb l-affidabilità tal-informazzjoni u l-proċeduri kontabilistiċi fir-rigward tal-kostijiet għall-assi intanġibbli ġġenerati internament;

6.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija fasslet linji gwida biex jiġu trattati l-kunflitti tal-interess, u bdiet torganizza taħriġ obbligatorju għall-impjegati kollha fil-qasam tal-kwistjonijiet ta' etika u integrità;

7.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

  • [1]  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
  • [2]  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
  • [3]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [4]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [5]  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
  • [6]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [7]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [8]  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
  • [9]  ĠU C 442, 10.12.2014, p. 210.
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
  • [12]  ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.
  • [13]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [14]  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
  • [15]  Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.